Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12251 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħajt imtella'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx il-passi meħtieġa biex is-sid ta' l-art, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, itella' ħajt meta din hija parti mill-policy tal-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12252 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — tindif ta' żona

Question

Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tas-Saħħa jieħu l-passi neċessarji biex titnaddaf iż-żona, li l-pjanta tagħha qed tintbagħat separatament, minħabba l-ġrieden?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għalkemm ir-raħal ma ġiex indikat fil-pjanta riferuta, t-triq imsemmija tinsab f’diversi rħula ta’ Malta – Naxxar, Għaxaq, Żejtun u Ħaż-Żabbar. Madankollu saret spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment Għal Saħħa Ambjentali illum 9 ta’ Novembru 2009 f’Ħaż-Zabbar li jidher l-eqreb li jixbaħ il-mappa mehmuża. L-ispezzjoni saret minn naha ta’ Triq tal-Labour, Żabbar ħdejn għalqa mhux maħduma li ma fihiex ħmieġ u akkumulu ta’ skart organiku imma biss ħaxix ħażin, kif ukoll minn Triq Ġanni Bonavia, Żabbar fejn ukoll ma nstab l-ebda ħmieg u akkumulu ta’ skart organiku. Tpoġġa valenu tal-ġrieden fl-għalqa minn uffiċjali ta’ l-istess Dipartiment mis-seżżjoni tal ‘ Pest Control’ . Tpoġġa xi valenu wkoll fi Triq il-Labour Zejtun ħdejn xi għelieqi għax is-sit jixbaħ ftit il-mappa pprovduta iżda ma saret l-ebda spezzjoni fi Vjal il-Labour Għaxaq għax din hija triq qasira qalb il-bini. Tali żoni ser jibqgħu jiġu sorveljati u ttrattati għal kontra l-ġrieden jekk ikun hemm il-bżonn.
Leg 11 PQ #12253 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Post tal-Gvern — gallarija f'kundizzjoni perikoluża

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji fejn l-inkwilin ta' post tal-Gvern, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu l-gallarija li qiegħda f'kundizzjoni perikoluża sabiex tiġi rranġata qabel ma jkun hemm xi inċident anke fuq terzi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12122 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — skema Inizjattivi Sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fit-tieni edizzjoni tal-iskema Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali, kemm ipparteċipaw kunsilli lokali, kemm applikaw kunsilli lokali biex jipparteċipaw u kemm kull kunsill lokali tella' attività sportiva? Kemm ħadu sehem persuni minn kull kunsill lokali għall-attivitajiet imtellgħin minn kull kunsill individwalment ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12121.
Leg 11 PQ #12124 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

liġi ġdida tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl li issa daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tal-kunsilli lokali, kemm se tkun l-onorarja tas-sindki u l-kunsilliera? Din iż-żieda bdiet? Jekk le, meta mistennija tibda? Kif se jiġu milquta dawk li qegħdin fl-eżekuttiv ta' l-Azzjoni Kunsilli Lokali bil-liġi l-ġdida u x'forma ta' remunazzjoni se jkollhom? Jekk le, għandu ħsieb il-Gvern li dawn il-membri fl-eżekuttiv ta' l-Azzjoni Kunsilli Lokali jieħdu remunerazzjoni jew salarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont Artiklu 32 tal-Att dwar Kunsilli Lokali kif emendat, l-onorarju lis-Sindku għandha tkun kif ġej: - fil-lokalitajiet taħt ħamest elef resident (ħames Kunsillieri), l-onorarju għandu jkun daqs terz tal-onorarju ta’ membru parlamentari; - fil-lokalitajiet b’inqas minn ħmistax-il elf resident (seba’ jew disa’ Kunsillieri), l-onorarju għandu jkun daqs nofs tal-onorarju ta’ membru parlamentari; - fil-lokalitajiet kollha fejn hemm aktar minn ħmistax-il elf resi dent (b’aktar minn disa’ Kunsillieri), l-onorarju għandu jkun ta’ żewġ terzi tal-onorarju ta’ membru parlamentari. Dwar l- allowance għall-Kunsillieri, l-Artiklu 32 (2) jistipula illi...”Il-Ministru jista’, permezz ta’ regolamenti, jistabbilixxi l- allowance li l-Kunsilli jistgħu jħallsu lill-Kunsillieri, liema allowance għandha tkun proporzjonata man-numru tal-laqgħat li Kunsillier ikun attenda f’xi sena kalendarja:...”. L- allowance għall-Kunsillieri se tibda mill-1 ta’ Jannar 2009. L-emendi li saru għall-Att dwar Kunsilli Lokali ma jistipulaw l-ebda allowance għall-membri tal-eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #12125 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Skema Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġu integrati l-persuni b'diżabilità fl-iskema Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wieħed mill-kriterji prinċipali għall-għoti ta’ fondi taħt din l-iskema hu l-integrazzjoni soċjali, li tinkludi l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità. Dan il-messaġġ twassal ukoll lil kull Kunsill b’enfasi speċjali. Fil-fatt waqt l-għoti lill-Kunsilli Lokali taħt l-Iskema dwar l-Aċċessibilità li saret f’nofs Ottubru 2009 (14/10/09), ġew mistiedna fost kelliema oħra mis-setturi varji tas-soċjetà, kemm iċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità kif ukoll persuna nieqsa mid-dawl li tagħmel użu minn kelb gwida.
Leg 11 PQ #12126 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — politika tal-Gvern għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern għall-persuni b'dizabilità fejn jidħlu kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-politikà tal-Gvern għal persuni b’diżabilità fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali hi l-istess waħda addottata fuq bażi nazzjonali, u ċioe’ politikà ta’ inklużjoni u integrazzjoni f’kull livell. Id-dokument dwar Il-Politikà ta’ Malta għal Governanza Lokali 2008 jinkludi diversi kapitli li jitrattaw din il-materja, fosthom: Taqsima 3 (inklużjoni soċjali), Taqsima 6 (tisħiħ tar-riżorsi umani) u Taqsima 9 (parteċipazzjoni mill-ispettru kollu tal-kommunità).
Leg 11 PQ #12127 Sitting 166 2009-11-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — skemi u inizjattivi għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmlu l-kunsilli lokali biex il-persuni b'diżabilità jiġu integrati fis-socjetà? Fil-preżent xi skemi u x'inizjattivi għandu l-Gvern f'dan ir-rigward mal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 12125 u 12126.

Viset — mużika filgħaxijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10535 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk min-naħa tal-Viset hux qed issir sorveljanza dwar volumi ta' mużika filgħaxijiet? Huwa ppjanat li fil-futur isiru xi concerts li ma jżommux mal-ħinijiet stabbiliti mil-Ligi? Għalkemm il-post huwa liċenzjat bħala multifunctional dan ma jfissirx li jistgħu jinkisru l-liġijiet.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull attivita' ta' din ix-xorta tirrikjedi li tkun koperta b'permess tal-Pulizija, għaldaqstant l-organizzaturi huma meħtieġa li japplikaw għall-permessi neċessarji. Il-Pulizija toħroġ dawn il-permessi skont ir-regolamenti u dawk il-kundizzjonijiet meħtieġa. Dan ma japplikax għal postijiet li huma diġa' liċenzjati biex jorganizzaw dawn it-tipi ta' attivitajiet. Il-Pulizija dejjem tieħu l-passi neċessarji fejn jirriżulta li jkunu qed jinkissru l-liġijiet ta' pajjiżna.
Leg 11 PQ #12072 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Payment Scheme — flus miġbura

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10545, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru il-flus li daħlet u ċioe li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme? B'liema mod ibbenefikaw il-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12085 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10565, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi it-tifsira ta' kull programm: Europe for Citizens, Youths in Action, MED, Youth in Action-EVS, Youth in Action-Youth Initiative, ERDF, ERDF-Education, Rural Funds Measure 313, Rural Funds Measure 323? Jista' jgħid x'benefiċċju għandu kull programm u fejn waslet it-talba li għamlu l-kunsilli lokali għall-applikazzjoni biex jibbenefikaw minn wieħed jew aktar minn dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

kunsilli lokali — faċilitajiet sportivi tal-iskejjel tal-istat

Question

Tista' l-Ministru tgħid, issa bl-emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali, kemm hemm kunsilli lokali li investew fil-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel tal-Istat? Liema huma dawn il-kunsilli lokali ? X'tip ta' investiment sar? Kemm intnefqu flus minn kull kunsill għal kull skola ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sal-lum sar investiment mill-Kunsill Lokali Birgu fl-Iskola Primarja tal-istess lokalità fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita. Dan l-investiment kien jinkludi l-installazzjoni ta’ UEFA Mini Pitch li għandu valur ta’ €17,470 u li kien provdut mill-Malta Football Association. Ix-xogħol ta’ istallazzjoni li tħallas mill-Kunsill Lokali ġie jiswa €13,850. B’kollox l-investiment kien dak ta’ €31,320.

Kunsill Malti għall-Isports — kuntratti mal-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt li ġie iffirmat mill-Kunsill Malti għall-Isport li daħal fi ftehim ma' xi wieħed minn 68 kunsill lokali biex jinvestu fil-faċilitajiet tal-iskejjel filwaqt li jagħmlu użu minnhom wara il-ħin tal-iskola minn Jannar 2008 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sal-lum il-Kunsill Malti għall-Isports daħal fi ftehim ta’ użu fit-tul u investiment fil-faċilità tal-iskola mal-Kunsill Lokali Birgu. Dan il-ftehim jistipola li parti mill-bitħa miftuħa tal-iskola ġiet ikkonvertita f’UEFA Mini-Pitch għall-ispejjeż tal-Kunsill Lokali. L-użu waqt il-ħin tal-iskola jibqa’ esklussivament għall-istudenti tal-iskola waqt li l-komunità tgawdi minnu wara l-ħin tal-iskola u waqt il-vaganzi skolastiċi. Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12121 Sitting 165 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — parteċipazzjoni sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl li l-kunsilli lokali qed jiġu mħeġġa biex jagħtu s-sehem tagħhom biex iwessgħu l-parteċipazzjoni sportiva fost il-komunitajiet tagħhom, x'qed jagħmel il-Gvern għal dan il-għan ? X'inizjattivi ħadu l-kunsilli lokali s'issa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Jannar 2009 twaqqfet Skema dwar Inizzjattivi Sportivi fejn il-Kunsilli Lokali kollha ġew imħeġġa japplikaw għall-fondi taħt din l-iskema (Memo 5/2009). Minn 46 Kunsill applikant, ġew aċċettati 24 Kunsill li bejniethom imgħataw jew se jingħataw is-somma ta’ € 60,000. Ta’ min isemmi li ġiet imnedija skema oħra għas-sena 2010 li għadha kemm għalqet. L-inizjattivi li saru s’issa kienu jinkludu attivitajiet sportivi għall-kommunità, diskussjonijiet dwar saħħa u l-importanza tal-isports, aerobic sessions għal kulħadd, ġiri u attivitajiet oħra li jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-kommunita.
Leg 11 PQ #12063 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — Funding Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10566 u jgħid minn min hu kompost il-Funding Unit tal-MEUSAC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Funding Unit tal-MEUSAC huwa ffurmat minn dawn l-uffiċjali: (1) Maria Schembri - Kap tat-Taqsima (2) James Buhagiar - Funding Support Executive (3) Alison Camilleri - Funding Support Executive (4) Sharon Farrugia - Funding Support Executive
Leg 11 PQ #12064 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — Programmi għal kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10564 u jgħid liema huma l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li fil-preżent qed jibbenefikaw minnhom l-kunsilli lokali? X'inhu l-budget ta' kull programm? X'inhu l-iskop ta' kull programm? Liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu minn kull programm? X'inhu l-perjodu ta' użu għal kull programm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12066 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — programmi li bbenefikaw minnhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10567 u jgħid minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema hu l-programm? Kemm kien l-ammont fi flus li ibbenefika minnhom kull kunsill? Kemm kien intitolat li jista' jibbenefika minn dan il-programm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12067 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Urban Improvement Fund

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 10543, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħa flus kull kunsill lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #12069 Sitting 164 2009-11-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Informazzjoni dwar ċitazzjonijiet minn wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet minn wardens kontra dawk li għamlu kontravenzjoni din is-sena, sal-lum? X'tip ta' kontravenzjoni kienu? F'liema lokalità ħarġet iċ-ċitazzjoni ? Kemm kien l-ammont fi flus li ġew mitluba biex jitħallsu u kemm tħallsu s'issa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett listi li juru l-informazzjoni mitluba u ċioe’: Lista A – l-ammont ta’ flus li ġew mitluba biex jitħallsu u kemm tħallsu s’issa xahar b’xahar Lista B – L-aktar għaxar ċitazzjonijiet frekwenti f’Malta u Għawdex. Lista C – L-ammont ta’ ċitazzjonijiet validi li nħarġu mill-1 ta’ Jannar sat-8 ta’ Novembru 2009 f’kull lokalita’ f’Malta u Għawdex.