Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-fond ta' ko-finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea għen lill-kunsilli lokali din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi għas-sena finanzjarja kurrenti, il-Gvern alloka s-somma ta’ € 303,000 biex tingħata bħala għajnuna lill-Kunsilli Lokali għal ko-finanzjament ta’ proġetti tal-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ din l-iskema ġew mgħejuna 20 Kunsill Lokali li bejniethom dawn irnexxielhom iġibu bi € 3.9 miljuni fi proġetti.
Il-fond għas-sena finanzjarja 2010 ser ikun ta’ € 500,000 u għalhekk u mistenni li n-numru ta’ Kunsilli u proġetti ikunu ferm akbar.
Kunsilli lokali — fondi għal ħidma fil-qasam soċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jinħoloq fond u ċioe kif se jaħdem il-fond għall-ħidma fil-qasam soċjali u sabiex il-kunsilli lokali kollha jkunu aċċessibbli għal kulħadd? Meta hu maħsub li jibda jaħdem dan il-fond? Kemm hu mistenni li jkun dan il-fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern alloka fond ta’ € 1 miljun għas-sena 2010 imsejjaħ ‘Inizzjattivi Speċjali’ li permezz tiegħu dawk il-Kunsilli li l-uffiċini tagħhom għadhom m’humiex aċċessibbli jistgħu jiggwadanjaw minnhom.
Minbarra dan, hemm fond ta’ € 1 miljun għal Fondi Speċjali, liema fond kien possibbli mill-fondi allokati taħt l-2009/10 għat-tlett xhur bejn Jannar u Marzu 2010 u li, konsegwentament għal bdil tas-sena finanzjarja, irriżultaw bħala ‘
surplus funds
’.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jħaddem u jintuża il-fond għal attivitajiet kulturali u għall-attivitajiet sportivi għal kulħadd? Kemm hu mistenni li se jkun dan il-fond?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta Arts Fund li ġie mniedi riċentement se jitħaddem skont il-linji gwida li jinsabu pubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żghażagħ u Sport http://www.education.gov.mt/artsfund.htm. Il-fond għal din l-ewwel sejħa se jkun għal proġetti ż-żgħar b’allokazzjoni ta’ €15,500 filwaqt li l-allokazzjoni għall-proġetti l-kbar se tkun ta’ €100,000. Fil-preżent għadha ma ngħatat l-ebda għotja.
Għar-rigward il-qasam sportiv, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12365.
studju fuq is-sigurtà tal-playgrounds u playing fields
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min se jagħmel l-istudju fuq kull playground jew playing field fil-lokalitajiet sabiex titjib is-sigurtà għat-tfal u żgħażagħ li jużawhom? X'tip ta' studju sar? Kemm hu l-fond għal dan l-istudju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali wasal fl-aħħar fażi tal-ħruġ tad-dokument tat-tender li permezz tiegħu ser isir Risk Assessment tal-playing fields kollha madwar Malta u Għawdex (madwar 160) li huma taħt ir-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali.
Meta jitlestew dawn ir-rapporti, dawn jiġu mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, u b’hekk l-istess Kunsilli ikunu ġew mgħejuna mill-Gvern Ċentrali b’mod indirett billi l-ispiża tax-xogħol relatat mar-rapporti ser ikunu ffrankawha.
Minister tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — skemi u inizjattivi għall-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpelleant illi l-politika tal-Minsteru tal-Finanzi fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali hi waħda ta’ appoġġ kontinwu. Kif żgur innota l-Onorevoli Interpellant mill-inizjattivi meħuda fil-budget, ġiet mgħoddija allokazzjoni diretta lill-Kunsilli Lokali ta’ €31.5m biex iżidu fl-inizjattivi u x-xogħolijiet fil-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex. Il-Kunsilli lokali jaqgħu taħt ir-responsabilta ta’ l-Uffiċju tal-Prim Ministru fejn jeżistu ukoll diversi skemi u inċentivi anke bl-għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea.
Ministeru għall-Politika Soċjali — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli Lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli Lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika tal-Ministeru fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali hija waħda ta' appoġġ kontinwu u nvolviment sħiħ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, mill-Qrati tal-Gustizzja u mill-Korp tal-Pulizija.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Skemi u Inizjattivi għall-Kunsilli Lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi il-politika tal-ministeru tagħha fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tagħha u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħha vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Skemi u Inizjattivi għall-Kunsilli Lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tagħha fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tagħha u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tagħha vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru għal Għawdex jaħdem id f'id mal-Kunsilli Lokali f'Għawdex għall-ġid tal-gżira Għawdxija. Fost il-koperazzjoni li teżisti bejn il-Ministeru u l-Kunsilli Lokali nsibu t-tmexxija konġunta tad-Day Care Centre għall-Anzjani, titjib fil-Branch Libraries, il-provvista ta' servizzi b'xejn ta' tindif tax-xtut, it-twettiq ta' xogħolijiet infrastrutturali in kollaborazzjoni ma' Kunsilli Lokali, it-twettiq ta' manutenzjoni ta' soft areas u siġar mingħajr ħlas, u għotjiet finanzjarji lill-Kunsilli Lokali għall-attivitajiet kulturali li jiġu organizzati mill-istess Kunsilli bil-għan illi jattiraw turiżmu ntern lejn Għawdex matul is-sena.
Fid-dawl li l-kunsilli lokali qed jiġu mħeġġa biex jagħtu s-sehem tagħhom biex iwessgħu l-parteċipazzjoni sportiva fost il-komunitajiet tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern għal dan l-għan? X'inizjattivi ħadu l-kunsilli lokali s'issa ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali nieda skema ‘Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali’ u ħoloq fond ta’ €120,000 . Il-Gvern qed jiffinanzja nofs l-ispejjeż tal-attivita, bin-nofs l-ieħor jiġi mħallas mill-Kunsill Lokali. Fl-ewwel sena l-iskema attirat il-parteċipazzjoni ta’ 24 Kunsill Lokali li b’kollox mistennija li jorganizzaw madwar 80 attivita sportiva bl-inklużjoni ta’ aktar minn 4,500 parteċipant.
L-iskema toffri programmi sportivi u ta’ attivita fiżika għall-etajiet kollha inkluż
aerobics
u
pilates
. L-iskema toffri wkoll diversi programmi għaż-żgħażagħ speċjalment qabel u wara l-ħin tal-iskola.
Iniżjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali — parteċipazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid fit-tieni edizzjoni ta' l-iskema Iniżjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali, kemm ipparteċipaw kunsilli lokali? Kemm applikaw kunsilli lokali biex jipparteċipaw u kemm kull kunsill lokali tella' attività sportiva? Kemm ħadu sehem persuni minn kull kunsill lokali għal attivitajiet imtellgħin minn kull kunsill individwalment ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskema, Inizzjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali tal-2010 għadha fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Persuni b'diżabilità integrati fl-iskema Iniżjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif qed jiġu integrati l-persuni b'diżabilità fl-iskema Iniżjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskema Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali tagħti spazju għal inizjattivi mal-persuni b'diżabilità. Fil-fatt il-Kunsill Lokali Senglea qed jippjana attività f’dan ir-rigward.
Persuni b'diżabilità — politika tal-gvern fl-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport
Question
Jista' l-Prim Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-Gvern għall-persuni b'diżabilità vis-a-vis l-edukazzjoni, kultura, żgħażagħ u sport fejn jidħlu kunsilli lokali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12126.
Ministeru tal-Affarijiet barranin — skemu u inizjattivi għall-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Response (BORG, TONIO)
Il-Ministeru ma għandu ebda inizjattiva/skema immirata speċifikament lejn il-Kunsilli Lokali. Ma dan kollu, il-Ministeru jagħti kull appoġġ lill-kunsilli lokali f'kuntatti li huma jkollhom, jew li jixtiequ jiżviluppaw, internazzjonalment.
Ġeneralment din il-ħidma issir tramita d-dipartiment responsabbli għall-kunsilli lokali.
Dan kollu isir fl'isfond tal-politika barranija ta' Malta, mmirata li tassigura relazzjonijiet b'saħħithom u mill-aktar wisa' ma pajjiżi oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10618, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid hekk hemmx il-ħsieb li l-binja fejn qabel kien hemm il-bar tal-maċina u xi uffiċini fuqu, l-Isla, tiġi mwaqqa' u tinkixef il-fortifikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bini tal-Maċina inkluż fejn qabel kien hemm il-bar u l-uffiċini huma mogħtija b’ċens temporanju lil terzi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10620, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jirrestawra l-Forti Delimara minħabba li tinsab fi stat ta' periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar waqqfet l-applikazzjoni li kienet għamlet il-familjia, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, aktar minn sentejn ilu fuq gallarija li tinsab fi stat perikoluż?