Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12024 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema tal-IPSL kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 127 ħaddiem tal-IPSL fil-Kunsilli Lokali f’Malta u 2 fil-Kunsilli Lokali ta’ Għawdex. Dawn huma mqassmin kif inhu indikat fit-tabella mehmuża. Ta’ min isemmi wkoll, illi hemm ‘pool’ ta’ 18-il ħaddiema li qed jagħmlu xogħol fil-Kunsilli Lokali Għawdxin, skont il-ħtieġa.
Leg 11 PQ #12438 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

lokalitajiet żgħar — elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fil-futur qrib se jkollhom elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi għal-lokalitajiet żgħar (hamlets)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12441 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Emendi fil-liġi tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, issa li daħlet fis-seħħ il-liġi tal-kunsilli lokali, liema huma t-80% tal-emendi proposti fir-riforma tal-kunsilli lokali li diġà daħlu fis-seħħ, kif intqal diversi drabi mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Iffirmar ta' ftehim mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull fejn intervjena l-gvern, liema kunsilli lokali ffirmaw ftehim mal-Ministeru tiegħu bħala gwida ta' kif għandu jibqa' jintuża l-post? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li l-Ministeru tiegħu ffirma ma' xi kunsilli lokali minn Mejju 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #12452 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — politka sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar 2008 sal-lum kemm investa l-Gvern fi flus fil-politika sportiva tiegħu vis-a-vis l-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

kunsilli lokali — ftehim mal-Kunsill Malti għall-Isport

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li applikaw biex isir ftehim mal-Kunsill Malti għall-Isport biex isir investiment fil-faċilitajiet ta' l-iskejjel filwaqt li jagħmlu użu minnhom wara l-ħin ta' l-iskola? Meta hu mistenni li jsir dan il-ftehim ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sal-lum kien hemm talba waħda li diġà ntlaqgħet u ġiet implimentata. Il-Kunsill Lokali Birgu applika biex jagħmel investiment f’UEFA Mini Pitch fil-bitħa tal-iskola primarja tal-lokalità.
Leg 11 PQ #12425 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Commuted parking payment scheme

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-Gvern qed jagħti direzzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jintuża l-fond tal-Commuted Parking Payment Scheme?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ Marzu tal-2010 għandha titħabbar skema aktar effiċjenti sabiex il-fondi fil-Commuted Parking Payment Scheme jipprovdu faċilitajiet ta’ parkeġġ għall-vetturi f’diversi nħawi tal-pajjiż bi prijorità lill-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u liż-żoni kummerċjali.
Leg 11 PQ #12427 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjan strateġiku għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-Gvern se jgħin lil kull kunsill lokal li jkollu pjan strateġiku sostenibbli għal-lokalità tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12428 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — skemi differenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi tal-Awtorità tad-Djar? Min jista' japplika għal kull skema? X'benefiċċju hemm għal kull skema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fil-website tal-Awtorità tad-Djar www.housingauthority.com.mt/.
Leg 11 PQ #12430 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — xogħlijiet fuq toroq residenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux veru li ftit żmien ilu ġie rrappurtat li l-kunsilli lokali ingħataw €4.8 miljun biex jagħmlu xogħlijiet fuq toroq residenzjali, jista' jgħid liema huma dawn it-toroq? F'liema lokalità qegħdin, kemm ġiet tiswa kull triq u fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar f'kull tirq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12432 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — ħidma mal-Gvern Ċentrali - laqgħat/ diskussjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-kunsilli lokali, kemm saru laqgħat/diskussjonijiet/konsultazzjonijiet mal-presidenti eletti tar-reġjuni dwar il-qafas regolatorju ta' kif se jaħdmu mal-Gvern Ċentrali? Min kienu r-rappreżentant tal-Gvern f'dawn il-laqgħat? Meta saret kull laqgħa? X'kienet l-aġenda ta' kull laqgħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12404 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

numru ta' playgrounds u playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn playgrounds u playing fields f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalità qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12405 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna diretta għal servizzi estensivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod se tingħata għajnuna diretta lil dawk il-kunsilli lokali li jridu jagħtu servizzi estensivi kemm lir-residenti u kemm lil dawk li jżuruhom għal diversi raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12406 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — żieda fl-allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod kien hemm żieda fl-allokazzjoni finanzjarja diretta lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12407 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — impenn f'ħidma fil-qasam soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jimpenjaw ruħhom il-kunsilli lokali f'ħidma fil-qasam soċjali u fil-ħarsien tal-identità lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12409 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — responsabiltajiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma, issa li ġie ppreżentat il-Budget 2010, li qed jintqal li l-kunsilli lokali għandhom responsabilitajiet ġodda, liema huma dawn ir-responsabilitajiet ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12412 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna lill-ekonomija tal-pajjiż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jemmen il-Gvern li l-kunsilli lokali għandhom jgħinu lill-ekonomija tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12382 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Responsabilitajiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma ir-responsabbilitajiet tal-kunsilli lokali? Jista' jelenka kull responsabbilità li għandu l-kunsill lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, estratt mill-Att dwar Kunsilli Lokali (Artikolu 33) kif emendat, fejn juri ir-responsabiltajiet tal-Kunsilli Lokali.