Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi għall-kawżi ġusti

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-fondi għall-kawzi ġusti jibdew jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skond il-linji gwida li nħarġu fil-bidu tas-sena, l-fond għall-Kawżi Ġusti mhux qed jikkunsidra talbiet li jkunu ġejjin minn entitajiet li jirċievu għajnuna diretta mill-gvern ċentrali, inkluż dawk tal-kunsilli lokali. Il-gvern qed jgħin iżjed lill-Kunsilli Lokali billi żied l-allokazzjoni tiegħu diretta għal dan il-għan, anke fl-aħħar budget stess.
Leg 11 PQ #12658 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw attivitajiet kulturali b'kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru? Kemm ġew mogħtija flus mis-Segretarju Parlamentari għal kull attività? kemm ħarġu flus il-kunsilli lokali għal kull attività

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12579 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern — responsabilitajiet tal-inkwilini

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-responsabbiltajiet li għandhom l-inkwilini tal-postijiet tal-Gvern u r-responsabbiltà li għandu l-Gvern għall-postijiet li l-Gvern huwa s-sid tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kuntratt tal-kirja li l-inkwilini jiffirmaw meta jiġu allokati post tal-Gvern jew ta' l-Awtorità tad-Djar. Minn-naħa l-oħra l-Awtorità tad-Djar tara li l-proprjetà mikrija minnha ma tiġix abbużata b'mod illeċitu, il-kera tkun mħallsa dejjem u puntwalment, li l-appartamenti jiġu okkupati b'mod regolari u bħala residenza ordinarja ta' l-inkwilini u kif tkun taf li hemm il-perikolu tieħu azzjoni mmedjata biex jiġi eliminat dan il-perikolu.
Leg 11 PQ #12581 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern — kirjiet tal-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex vera li l-kirjiet tal-postijiet tal-Gvern (inkwilini) qed jogħlew? Kemm hu l-ogħla ammont li inkwilin ta' post tal-Gvern qed iħallas? Kemm hu l-orħos kera li qed iħallas inkwilin ta' post tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera tinħadem fuq id-dħul li jkollu/hom l-inkwilini. L-għola kera kummerċjali ta' post mikri mill-Awtorità tad-Djar hu ta' €2,236.20 però l-inkwilina tħallas kera sussidjata ta' €116.47 u l-irħas kera kummerċjali ta' post mikri mill-Awtorità tad-Djar hu ta' €698.81 waqt ukoll li l-inkwilini jħallas kera ssusidjata ta' €139.76 fis-sena. Fir-rigward ta' postijiet mikrija mill-Gvern, dawn jiġu ammininstrati mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-kera titħallas hemm ukoll għalhekk din il-mistoqsija l-aħjar issir ukoll lill-Ministru konċenrat.
Leg 11 PQ #12582 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern — xogħol ta' upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu nkarigat li jagħmel ix-xogħol ta' upgrading fil-parti komuni tal-binja tal-Gvern? X'inhi l-policy f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tagħmel it-tiswijiet ġenerali meħtieġa fil partijiet komuni ta’ blokki ta’ appartamenti li huma okkupati minn inkwilini konuxxuti. It-talbiet mill-inkwilini f’dan ir-rigward jiġu pproċessati skond l-urġenza u l-prijorità tal-każ partikolari.
Leg 11 PQ #12583 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — sejħiet għall-offerti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li għamlu sejħiet għall-offerti din is-sena? Għal liema kienet is-sejħa ta' kull offerta? Min ħadha? Kemm kien il-prezz valutat fit-tender mill-kunsill qabel ma ngħatat ? Jista' jgħid minn meta daħlu l-miżuri ta' l-Att li jemenda l-Att dwar il-kunsilli lokali, liema huma il-kunsilli lokali li għamlu sejħiet għall-offerti? Dawn ġew ippubblikati fuq il-gazzetti? Fuq liema gazzetta? Liema huma l-kunsilli lokali li għamlu sejħa għall-offerti u dan il-kunsill ma ppubblikahomx fuq il-gazzetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

proġett tal-kunsilli lokali taż-żgħażagħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma d-29 kunsill lokali li applikaw biex jipparteċipaw fil-proġett tal-kunsilli lokali taż-żgħażagħ? Fiex jikkonsisti dan il-proġett ? X'opportunità se jkollhom dawn il-kunsilli lokali? X'għajnuna finanzjarja se jagħti l-Gvern f'dan il-proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsilli Lokali li applikaw biex jipparteċipaw fil-Proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ huma 29. Dawn huma dawk tal-Birgu, Birkirkara, Bormla, Birżebbuġa, Fgura, Floriana, Gudja, Iklin, Imtarfa, Imsida, Isla, Kirkop, Mosta, Nadur. Naxxar, Pietà, Qormi, Rabat (Malta), Rabat (Għawdex), San Ġwann, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, Swieqi, Tarxien, Valletta, Ħaż-Żebbuġ u Żurrieq. Il-proġett qed joffri possibilta’ ta' djalogu strutturat bejn iż-żgħażagħ u l-Kunsill Lokali billi jagħti opportunità liż-żgħażagħ li: 1) jipparteċipaw fi proċess ta' diskussjoni politika 2) iwasslu leħinhom b’mod dirett qudiem il-Kunsill Lokali. Il-proġett joffri taħriġ lill-Kunsilliera żgħażagħ li jkunu qed jipparteċipaw biex jipprovdihom b'ħiliet neċessarji għall-politika lokali fosthom: tagħrif dwar il-liġi tal-Kunsilli Lokali, kif jitfassal pjan ta’ ħidma, korsijiet dwar diskorsi fil-pubbliku, kif jittieħdu minuti ta’ laqgħa, kif tirrelata mal-pubbliku, taħriġ dwar kif tapplika għall-fondi tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista’ timplimenta proġetti fil-komunità.‬‪ Il-proġett qiegħed ikun iffinanzjat mill-Gvern b' €70,000. Il-Kunsilli Lokali huma obbligati li joffru l-post għall-laqgħat tal-Kunsill taż-Żgħażagħ kif ukoll assistenza amministrattiva.
Leg 11 PQ #12594 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Full Development Application

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħala full development application? Fiex jikkonsisti kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikazzjonijiet pendenti minn Kunsilli Lokali bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema ta' l-informatika ta' l-istess Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom il-kliem " Council " jew "Kunsill" fl-isem jew fl-indirizz ta' l-applikant.
Leg 11 PQ #12573 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzja ta' gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent, kemm hemm persuni li għandhom liċenzja bħala gwardjani lokali? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12574 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Knis ta' toroq — kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-lum, kunsill b'kunsill, liema huma d-ditti li huma responsabbli għall-knis tat-toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12575 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern — ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irid jagħmel inkwilin ta' post tal-Gvern li l-post fejn jgħix ikollu ħsarat strutturali perikolużi ċertifikati minn perit? Min suppost jagħmel ix-xogħol ta' tibdil ta' soqfa u manteniment?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li talbiet għal tiswijiet strutturali f’postijiet tal-Gvern għandhom jiġu indirizzati lill-Awtorita’ tad-Djar. L-Inkwilini għandhom japplikaw taħt Skema SM sabiex l-Awtorita’ tkun tista’ tipproċedi bix-xogħol jew tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-inkwilini sabiex jitneħħa l-periklu u jsiru t-tiswijiet strutturali. Aktar informazzjoni dwar l-iskema SM kif ukoll skemi oħra li toffri l-Awtorita’ tad-Djar tinsab fuq il-website ta’ l-istess Awtorita’.
Leg 11 PQ #12576 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern — kostruzzjoni u tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Tiswija ta' Postijiet tal-Gvern li l-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament hija d-direttur tiegħu, għalaq? Jekk iva, fejn wieħed jista' jirrapporta meta jkollu problema f'post tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-uffiċċju tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Tiswija ta’ Djar għalaq xi ġimgħat ilu, madanakollu, sa minn Marzu ta’ din is-sena, l-Inkwilini ta’ postijiet residenzjali mibnija mill-Gvern bdew jindirizzaw talbiet għal tiswijiet kif ukoll l-ilmenti tagħhom dwar ħsarat lill- Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar.
Leg 11 PQ #12577 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar postijiet li l-Gvern huwa is-sid tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-appartamenti proprjeta’ tal-Gvern jingħataw għall-perjodu ta’ ħames snin b’kera lill-persuni li verament huma fil-bżonn. F’għeluq dan it-terminu jiġi rivedut il-każ ta’ l-inkwilin biex jiġi stabbilit jekk huma il-każ li l-kuntratt jiġi mġedded. F’każ li jinstab li l-inkwilin jkun tejjeb l-pożizjoni tiegħu allura l-appartament jingħata lill-ħaddieħor. Dan issir sabiex l-appartamenti ta’ Gvern jkunu mikrija lill min tabilħaqq jistħoqlu.
Leg 11 PQ #12455 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ġid tal-komunità tal-lokal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-istat għall-ġid tal-komunità tal-lokal wara l-ħin tal-iskola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12456 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — faċilitajiet sportivi tal-iskejjel tal-istat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, issa bl-emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali kemm hemm kunsilli lokali li nvestew fil-faċilitajiet sportivi ta' l-iskejjel tal-istat? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'tip ta' investiment kien? Kemm intnefqu flus minn kull kunsill għal kull skola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill Malti għall-isport — faċilitajiet tal-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt li ġie ffirmat mill-Kunsill Malti għall-Isport li daħal fi ftehim ma' xi wieħed minn 68 kunsill lokali biex jinvestu fil-faċilitajiet tal-iskejjel filwaqt li jagħmlu użu minnhom wara il-ħin tal-iskola minn Jannar 2008 sal-lum ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12088.
Leg 11 PQ #12502 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' persuna għall-post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11621 u jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post sub-standard qatt ma ġiet provduta post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni għadha qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #12522 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — post alternattiv lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità tad-Djar lanqas ipprovdit post alternattiv lill-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni għadha qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

punti mid-diskors tal-budget

Question

B'referenza għad-diskors tal- budget paġna 44, jista' l-Ministru jikkonferma dak li qiegħed nifhem f'dan is-sens : a) se jiġu identifikati toroq li se jinbnew u jitmantnu, liema spiża huwa stmat li tilħaq ma' €8 miljun, b) li dawk il-kunsilli lokali li jiddeċiedu li jipparteċipaw fil- public private partnership hekk proposta, iridu joħorġu nofs l-ispiża għall-bini u manteniment ta' toroq ċ) li allura il-Gvern Ċentrali se jkun qiegħed jalloka s-somma ta' €1 miljun għad-dispożizjoni tal-kunsilli lokali biex jipparteċipaw f'din l-iskema.

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.