Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjonijiet għal residential parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex jintroduċu residential parking? Liema huma l-kunsilli lokali u għal kemm-il parking? Meta saret l-ewwel talba għal kull applikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba ħlief in-numru ta' parking f'kull każ u dan għaliex it-talbiet isiru triq triq iktar milli numru ta' parking.

Residential Parking Schemes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew approvati Residential Parking Schemes fl-aħħar ħames snin sal-lum? F'liema lokalità u għal kemm-il parking?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba ħlief in-numru ta' parking f'kull każ u dan għaliex it-talbiet isiru triq triq, iktar milli numru ta' parking.
Leg 11 PQ #12015 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — segretarju eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx segretarju eżekuttiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm sitt (6) Kunsilli li għandhom Deputat jew Aġent Segretarju Eżekuttiv. Dawn huma: Bormla, Fontana, Għajnsielem, ta’ Kerċem, Safi u Mtarfa. Inbeda l-proċess f’dawn il-Kunsilli sabiex qabel tidħol fis-seħħ l-emenda fil-liġi li tali kariga timtela minn uffiċjali pubbliċi li jkunu f’ pool ta’ Segretarji Eżekuttivi wara li jkunu segwew kors apposta, dawn il-postijiet vakanti jimtlew bil-proċedura li kien hemm fil-liġi qabel ġiet emendata. Fir-rigward tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, jidher li hemm xi diffikultajiet fil-konkulżjoni ta’ dan il-proċess peress li qed jirriżulta li l-kunsill lokali ma mexiex mal-proċedura stabbilità bil-liġi.
Leg 11 PQ #12021 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu investigati mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali dwar xi abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment jirċievi diversi rapporti dwar allegati abbużi. Tali allegazzjonijiet ivarjaw minn allegati ksur tal-kodiċi ta’ etika sa allegati irregolaritajiet aktar serji, bħalma huma allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet finanzjarji, dwar offerti jew ta’ natura kriminali. Fil-każ ta’ l-aħħar meta d-Dipartiment ikun sodisfatt li hawn raġunijiet validi għal investigazzjonijiet mill-pulizija dan jgħaddi l-każ lilhom. Il-każijiet li preżentament qed jiġu mistħarrġa (u ċioé li huma pendenti) mid-Dipartiment huma: - Allegazzjonijiet illi l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qed jinkludi pagamenti ġodda fil-listi ta’ pagamenti li diġà ġew approvati; - moniteraġġ tal-Kunsill Lokali Mosta wara li nħariġlu Avviż Formali f’Mejju 2009; - Rapport illi l-Kunsill Lokali tal-Mosta ħareġ sejħa għall-offerti għal servizz ta’ perit li fiha nklużi kundizzjonijiet li jistgħu jkunu diskriminatorji; - ilment mill- General Retailers’ and Traders’ Union dwar kif ingħata t- tender dwar il-ġbir tal-iskart fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke; u - ilment mill- General Retailers’ and Traders’ Union dwar kif ingħata l-kuntratt dwar servizz ta’ emerġenza għall-ġbir tal-iskart fil-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan. - allegazzjoni dwar aġir arbitrarju mis-Sindku taż-Żebbuġ (Għawdex) li jagħti ordnijiet mingħajr l-approvazzjoni tal-Kunsill; - allegazzjoni li Kunsill Lokali taż-Żebbuġ (Għawdex) ta’ xogħol b’mod dirett lil persuna partikulari; - Ilment mill- General Retailers’ and Traders’ Union li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ser iħaddem opeatur għall-ġbir tal-iskart meta dan mhux attrezzat biex jagħmel dan ix-xogħol; - Rapport dwar il-metodu tal-għażla tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla Il-lista ma tinkludix każijiet li wara stħarriġ mid-Dipartiment għaddew lill-awtoritajiet kompetenti (bħal Pulizija, Awditur Ġenerali, Direttur Ġenerali tal-VAT) u ma tinkludix ukoll każijiet fejn minkejja li kien sar rapport, il-każ ikun wieħed li jeħtieġ kjarifika u mhux investigazzjoni.
Leg 11 PQ #12030 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — abbużi

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-investigazzjonijiet li saru fuq abbużi li għamlu xi kunsilli lokali? Liema huma dawn il-kunsilli lokali ? X'kienu l-allegazzjonijiet ta'abbużi ? X'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-investigazzjonijiet li għamel id-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Leg 11 PQ #12071 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental Initiatives Partnership Programme — fondi miġbura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru l-flus mill-fondi li nġabru sal-31 ta' Lulju 2009 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme li kien jammonta għall-€2,952.901? B'liema mod il-lokalitajiet ta' pajjiżna bbenefikaw minn dan il-fond ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-fondi li nġabru sal-31 ta' Lulju 2009 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme intużaw €897,764.32. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji ta' kif intuża dan l-ammont.
Leg 11 PQ #12072 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Payment Scheme — flus miġbura

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10545, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru l-flus li daħlet u ċioe li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme? B'liema mod ibbenefikaw il-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-flus li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme sat-30 ta' Settembru 2009 jammontaw għal €11,135,895. Dawn ġew allokati hekk kif ġej: € Kontribuzzjonijiet miġbura minn applikanti 11,135,895 Interessi miġbura 1,521,231 Dħul ieħor 2,329 Tariffi bankarji (718) Tariffi amministrattivi (1,686,915) Inizjattivi u proġetti (941,077) Self għax-xiri ta' Hexagon House (3,094,000) Bilanċ 6,936,746 L-Inizjattivi u proġetti huma hekk kif ġej: Spiża € Proġett tal-Park and Ride 688,612.28 Reklami 2,156.37 Servizz tal-linja b'xejn Milied 2007 128,115.54 Spejjeż oħra 69.88 Studju 4,810.16 Survey 1,276.73 Xogħolijiet fil-Mosta 74,539.94 Xogħolijiet f'Pender Place 11,646.87 Xogħolijiet f'San Giljan 7,304.40 Xogħolijiet f'San Pawl il-Baħar 5,648.73 924,180.90
Leg 11 PQ #12404 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

numru ta' playgrounds u playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn playgrounds u playing fields f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalità qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-playgrounds u playing fields li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex.
Leg 11 PQ #12405 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna diretta għal servizzi estensivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod se tingħata għajnuna diretta lil dawk il-kunsilli lokali li jridu jagħtu servizzi estensivi kemm lir-residenti u kemm lil dawk li jżuruhom għal diversi raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-diskors tal-Budget mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, taħt it-Taqsima dwar fondi li qed jiġu allokati lill-Kunsilli Lokali għas-sena 2010, ġew elenkati diversi funzjonijiet, fosthom servizzi estensivi. L-iskema li tagħti d-dettalji dwar din il-materja għadha qed tiġi mfassla u malli tkun finalizzata, din tiġi mħabbra permezz ta’ ċirkolari lill-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #12406 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — żieda fl-allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod kien hemm żieda fl-allokazzjoni finanzjarja diretta lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena 2010, il-Gvern alloka bħala fondi diretti lill-Kunsilli Lokali l-ammonti kif ġej: 1. € 28,010,000 – li tinħadem skont il-formola li hemm fit-Tmien Skeda ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali 2. € 1,000,000 għall-inizjattivi speċjali tal-Kunsilli Lokali – li huwa vot ġdid 3. € 500,000 bħala fondi ta’ ko-finanzjament ta’ proġetti tal-Unjoni Ewropea – żieda fuq is-sena 2009 ta’ € 197,000; 4. € 1,000,000 fond speċjali għat-toroq – li huwa fond ġdid ieħor; u Barra minn hekk, il-Gvern qabel li, is- surplus funds ta’ madwar 4.5 miljun li jirriżultaw mill-bidla tas-sena finanzjarja tal-Kunsilli Lokali, jibqgħu għall-użu esklussivament tal-Kunsilli Lokali biex jintużaw fost oħrajn għat- tipping fees , fondi speċjali u t-twaqqif ta’ l-uffiċini reġjonali.
Leg 11 PQ #12407 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — impenn f'ħidma fil-qasam soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jimpenjaw ruħhom il-kunsilli lokali f'ħidma fil-qasam soċjali u fil-ħarsien tal-identità lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kriterji għal dawn iż-żewġ oqsma għadhom qed jitfasslu u malli jkunu finalizzati jiġu mħabbra permezz ta’ ċirkolari lill-Kunsilli Lokali kollha.
Leg 11 PQ #12409 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — responsabiltajiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma, issa li ġie ppreżentat il-Budget 2010, fejn qed jintqal li l-kunsilli lokali għandhom responsabilitajiet ġodda, liema huma dawn ir-responsabilitajiet ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nurmu 12382 fejn elenkajt ir-responsabbiltajiet kollha li l-Kunsilli Lokali issa għandhom konsegwentament għat-tibdil fil-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #12412 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna lill-ekonomija tal-pajjiż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jemmen il-Gvern li l-kunsilli lokali għandhom jgħinu lill-ekonomija tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant japprezza li kull attività, inizzjattiva jew proġett magħmul mill-Kunsill Lokali tkun qed tgħin b’mod dirett jew indirett lill-ekonomija tal-pajjiż. Eżempju ta’ dawn: - Proġetti tal-Unjoni Ewropea fejn, fost l-oħrajn l-istess proġett jiffinanzja Project Manager ; - Skemi dwar attivitajiet kulturali li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ għaqdiet mhux governattivi kif ukoll b’mod indirett il-ġenerazzjoni ta’ bejgħ mill-istabbilimenti kummerċjali lokali; - Skemi dwar Enerġija Alternattiva fejn fost l-oħrajn il-Kunsill jinvesti fi stallazzjoni ta’ apparat li jkun energy saving ; - Skemi dwar attivitajiet sportivi li jinvolvu attivitiajiet speċifiċi li b’mod indirett jiġġeneraw bejgħ minn stabblimenti kummerċjali fil-lokalitajiet; - L-għoti ta’ kuntratti lill-kuntratturi privati biex jiġu mwettqa l-funzjonijiet kollha staturorji tal-Kunsilli, fosthom; · żamma u manutenzjoni tat-toroq urbani u mhux urbani; · tindif tat-toroq; · ġbir ta’ skart imħallat u dak separat; · żamma u manutenzjoni ta’ ġonna u parks; · żamma u manutenzjoni ta’ latrini pubbliċi; · żamma ta’ sinjali u marki tat-traffiku; u · servizzi permezz ta’ aġenziji ta’ Gwardjani Lokali Kif jaf, l-Onorevoli Interpellant hemm diversi inizzjattivi, attivitajiet u proġetti oħra tal-Kunsilli Lokali li b’mod dirett jew indirett jgħinu lill-ekonomija tal-pajjiż.
Leg 11 PQ #12430 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — xogħlijiet fuq toroq residenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux veru li ftit żmien ilu ġie rrappurtat li l-kunsilli lokali ingħataw €4.8 miljun biex jagħmlu xogħlijiet fuq toroq residenzjali, jista' jgħid liema huma dawn it-toroq? F'liema lokalità qegħdin, kemm ġiet tiswa kull triq u fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar f'kull triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-€ 4.8 miljun li qed isemmi huwa l-ammont allokat lill-Kunsilli Lokali għas-sena finanzjarja 2009-10 għal manutenzjoni tat-toroq. Dan l-ammont huwa parti mill-€ 27,010,000 li tqassam skont il-formula ta’ finanzjament li tinsab fl-Att dwar Kunsilli Lokali. Għall-ewwel darba l-Kunsilli Lokali ġew obbligati illi jonfqu l-ammont li ngħatalhom għal manutenzjoni tat-toroq kollu għal dan l-iskop u ma setgħux jutilzzaw dawn il-fondi għal xi skop ieħor. Il-Kunsilli kienu mitluba jinfurmaw lid-Dipartiment għal Gvern Lokali liema kienu dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħhom li saru jew kienu ser jagħmlu xogħol fuqhom. Ġew identifikati 162 triq li dawn kellhom jitlestew sa l-aħħar ta’ din is-sena. Fil-fatt, f’Settembru 2009 kien deher avviż fil-gazzetti lokali kollha bit-toroq li l-Kunsilli Lokali kienu ser jagħmlu xogħol fuqhom matul din is-sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż fejn juri l-lokalità u t-toroq. L-informazzjoni dwar l-infiq fuq kull triq tingħata fl-aħħar tas-sena meta l-Kunsilli jkunu jridu jissottomettu statement li l-flus allokati għaż-żamma u manutenzjoni tat-toroq ma ntużawx fuq xi funzjoni oħra.
Leg 11 PQ #12432 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — ħidma mal-Gvern Ċentrali - laqgħat/ diskussjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta daħlet fis-seħħ il-Liġi tal-Kunsilli Lokali, kemm saru laqgħat/diskussjonijiet/konsultazzjonijiet mal-presidenti eletti tar-reġjuni dwar il-qafas regolatorju ta' kif se jaħdmu mal-Gvern Ċentrali? Min kienu r-rappreżentant tal-Gvern f'dawn il-laqgħat? Meta saret kull laqgħa? X'kienet l-aġenda ta' kull laqgħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel laqgħa mal-Presidenti tar-Reġjuni saret waqt il-laqgħa tas-Sindki li saret fis-6 u 7 ta’ Novembru 2009. F’din il-laqgħa l-Presidenti tar-Reġjuni ngħataw informazzjoni u direzzjoni b’mod ġenerali dwar id-delega li kienet ser tgħaddi lill-istess kumitati reġjonali, filwaqt li saru ħames workshops, wieħed għal kull reġjun, li fihom ġew mgħoddija l-proposti mir-rappreżentanti tal-Kunsilli f’kull reġjun. Is-Segretarju Parlamentari sejjaħ laqgħa għall-Presidenti tar-Reġjuni fl-10 ta’ Novembru fejn ġew diskussi b’mod ġenerali t-twaqqif tal-imsemmija kumitati reġjonali u talab lil kull President biex jibgħat ir-rapporti tal- workshops li saru waqt il-laqgħa tas-Sindki. Dawn ir-rapporti issa waslu u qed jiġu evalwati biex jitħejjew ir-regolamenti relevanti.
Leg 11 PQ #12452 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — politka sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar 2008 sal-lum kemm investa l-Gvern fi flus fil-politika sportiva tiegħu vis-a-vis l-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena 2009, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali nieda l-iskema dwar inizjattivi sportivi illi permezz tagħha il-Kunsilli Lokali ingħataw € 30,000. Dan apparti inizjattivi oħrajn li setgħu ittieħdu tul l-istess perjodu minn Ministeri differenti.

Binjiet governattivi — stallazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema binjiet governattivi mistenni il-Gvern jagħmel stallazzjoni ta' tagħmir ta' pannelli fotovoltajċi? Jista' jsemmi kull binja u jgħid f'liema lokalità tinsab? Kemm hu l-ispazju disponibbli fuq kull binja u kemm tiġi tiswa l-ispiża totali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni mitluba tinsab kollha fl-Expression of Interest, li ġiet innotifikata fil-Gazzetta tal-Gvern nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru 2009. Kopja tad-dokument tista’ titniżżel mill-website www.solarenergy.gov.mt.

Żborff ta' drenaġġ qrib il-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet konċernati vis-a-vis l-interess tar-residenti u ta' dawk li jaħdmu fil-qrib wara l-iżbroff tad-drenaġġ qrib il-biċċerija? X'komunikazzjoni saret bejn dawn l-awtoritajiet u l-Kunsill Lokali tal-Marsa? Liema huma dawn l-awtoritajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12652 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — proġetti u iniżjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokail li qed jagħmlu proġetti u iniżjattivi li jvarjaw minn sistemi ta' enerġija rinnovabbli ta' effiċjenza għolja sa istallazzjoni ta' solar water heaters fuq il-bini tal-istess kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12656 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — skema għall-użu effiċjenti tal-enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li bbenefikaw mill-iskema għall-użu effiċjenti tal-enerġija? Kemm ibbenefika kull kunsill lokali? Kif saret l-għażla biex il-kunsilli setgħu jibbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 41 Kunsill li ibbenefikaw mill-iskema għall-użu effiċjenti tal-enerġija. Ħmistax minn dawn kienu jiffurmaw konsorzju. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ħa kull Kunsill. L-għażla saret minn Bord ta’ evalwazzjoni magħmul minn rappreżentanti mis-Segretarjat għal-Konsultazzjoni Pubblika u Informażżjoni, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali.