Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12685 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — miżuri ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11850, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni jitlesta l-qafas ta' regolamenti dwar is-set-up, inkluż ir-riżorsi umani u riżorsi fejn jidħol l-uffiċċju amministrattiv għal ħames reġjuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12686 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokal — ħaddiema li jaħdmu s-Sibt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed joperaw dawk li huma ħaddiema tal-kunsilli lokali meta jiftħu nhar ta' Sibt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull Kunsill Lokali għamel l-arranġamenti meħtieġa biex juża’ s-servizz ta’ impjegati tiegħu, u fejn dawn ma xtaqux li jaħdmu s-Sibt, il-Kunsilli Lokali involuti, ingħataw l-awtorizzazzjoni jimpjegaw ħaddiema addizzjonali sabiex jaħdmu s-Sibtijiet. B’hekk kull nhar ta’ Sibt il-pubbliku jkun jista’ jmur il-Kunsill biex jagħmel l-ilment jew talbiet, kif ukoll ħlasijiet ta’ kontravvenzjonijiet u ħlasijiet oħra.
Leg 11 PQ #12688 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Cospicua Rangers - xogħol ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta' tisbiħ fil-lokalità ta' ħdejn il-Cospicua Rangers jiġifieri ħdejn il-flats tal-Gvern ta' Bormla? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti? Kemm se jiġi jiswa dan il-proġett? Dan il-proġett ta' tisbiħ skond il-Gvern għadu jiġi finanzjat mill-Ministeru responsabbli għall-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

restawr tal-Palazz tal-President

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li qed isir ix-xogħol ta' restawr mal-faċċata tal-Palazz tal-President, meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq in-naħa ta' wara jiġifieri quddiem is-suq? Dawk li jarmaw fuq il-monti f'dak il-perjodu ta' restawr se jibdew jarmaw hemm jew jiġu mitluba jarmaw x'imkien ieħor? Jekk iva, fejn ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li huwa maħsub lix-xogħol fuq il-Palazz in-naħa ta’ Triq il-Merkanti jibda fl-2011. Aktar ’il quddiem ikun hemm komunikazzjoni ma’ dawk kollha kkonċernati, nkluż il-bejjiegħa tal-monti, dwar l-impatt temporanju ta’ dawn ix-xogħlijiet.
Leg 11 PQ #12672 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — segretarju eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12015 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx segretarju eżekuttiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm żewġ Kunsilli Lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv. Dawn huma: Bormla u Kerċem. Naturalment, sakemm jinħatar Segretarju Eżekuttiv ġdid, dawn il-Kunsilli għandhom Aġent Segretarju Eżekuttiv biex jaqdi l-funzjonijiet kollha meħtieġa minn Segretarju Eżekuttiv.

Kappara — kostruzzjoni tal-junction

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12004 u jgħid f'liema sena se jibda x-xogħol tal-kostruzzjoni tal-junction tal-Kappara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din id-data tiddependi fuq fatturi relatati mall-ħruġ tal-permess tal-MEPA u fatturi oħra relatati għall-offerta tal-istess xogħol.

Awtorità dwar it-Trasport — reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11999 jgħid kemm ħarġu permessi l-Awtorità dwar it-Trasport għal reserved parking? Għal liema kategorija u f'liema lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #12675 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11852 u jgħid kull kunsill lokali kemm għandu impjegati? Kemm suppost għandu impjegati kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ impjegati (inkluż is-Segretarju Eżekuttiv) li kull Kunsill Lokali għandu. Skont l-Artikolu 53(1)(a) tal-Att dwar Kunsilli Lokali, Kunsill...”ma jistax jimpjega iktar minn persuna waħda għal kull elfejn u ħames mitt resident...Iżda meta popolazzjoni ta’ lokalità tkun inqas minn elfejn u ħames mija, il-Kunsill jista’ jimpjega persuna fuq bażi part-time jew full time : Iżsa wkoll Kunsill li skont dan l-artikolu jimpjega persuna waħda biss, jista’ minkejja kif provdut f’dan l-artikolu, jimpjega persuna waħda oħra.” Bħala parti mit-tiġdid fil-Gvern Lokali, daħlet emenda fl-Att dwar Kunsilli Lokali (Art 53(1)(b) li tistipula li: “Id-Dipartiment Għal Gvern Lokali jista’, wara li ssir talba ġustifikata għal dan l-għan minn Kunsill Lokali, u jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministru, jawtorizza li dak il-Kunsill Lokali jimpjega persuna klerikali aktar mil-limitu stabbilit mil-liġi”.
Leg 11 PQ #12678 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċitazzjonijiet minn wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru multi minn wardens f'kull lokal minn ċitazzjonijiet din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi in-numru ta’ multi li tħallsu fl-2009.

Ħaż-Żabbar — Bieb is-Sultan - pjanti tal-Park Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-Park Nazzjonali ta' ħdejn Bieb is-Sultan, Ħaż-Żabbar u jgħid meta mistenni jibda x-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 12448.
Leg 11 PQ #12032 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

post għall-għadd tal-voti

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-għadd tal-voti għall-elezzjoniet ġenerali, għall-kunsilli lokali u għall-Membri tal-Parlament Ewropew mhux se jibqa' jsir in-Naxxar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex u fejn se jibda jsir l-għadd tal-voti ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-post li ntuża għall-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet ġenerali, għall-kunsilli lokali u għall-Membri tal-Parlament Ewropew fl-ex Trade Fair Grounds fin-Naxxar m’għadhux aktar disponibbli għal Kummissjoni Elettorali. Dan il-post kien inkera inizjalment fl-2007 għal perjodu ta’ sena u wara diskussjonijiet mas-sid tal-post, il-kirja ġiet imġedda għal sena oħra. Il-Kummissjoni diġà ħadet passet biex jinstab post adegwat għall-għad tal-voti u kitbet lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.
Leg 11 PQ #12438 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

lokalitajiet żgħar — elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fil-futur qrib se jkollhom elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi għal-lokalitajiet żgħar (hamlets)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ fejn ser jitwaqqfu kumitati amministrattivi huwa kważi konkluż u ser jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin. Hekk kif ikunu identifikati dawn l- areas , jistkatta mill-ewwel il-proċess elettorali.
Leg 11 PQ #12572 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strutturi tad-dipartiment tal-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif inhu strutturat id-Dipartiment tal-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-Organigram tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali kif inhu fil-preżent.
Leg 11 PQ #12658 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw attivitajiet kulturali b'kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru? Kemm ġew mogħtija flus mis-Segretarju Parlamentari għal kull attività? Kemm ħarġu flus il-kunsilli lokali għal kull attività

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsilli Lokali li organizzaw attivitajiet kulturali b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni fix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2009 kienu kif indikat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. F’din it-tabella qed jiġi indikat ukoll kemm ħareġ il-Gvern għal dawn l-attivitajiet.
Leg 11 PQ #12659 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11851 u jgħid kemm iddaħħlu impjegati ġodda fil-kunsilli lokali minn April 2008 sal-lum? F'liema kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12660 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — użu ta' sistema ġdida ta' dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali kollha li qed jużaw sistema ġdida ta' dawl li taħdem bl-enerġija tax-xemx? Liema huma d-ditti li qed jagħmlu dan ix-xogħol mal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12661 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — viżjoni għal rwol iżjed attiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkollhom rwol iżjed attiv fit-twettiq tal-viżjoni tal-Gvern Ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali ‘Biex il-Kunsill Jagħtik l-Aqwa Servizz’, fejn fost l-oħrajn jissemmew il-proposti ta’, One Stop Shop, Lokalitajiet Sostenibbli, Patrimonju Naturali u Storiku, Promozzjoni ta’ ħiliet artistiċi fil-komunita`, Ħidma Soċjali (b’kollaborazzjoni ma Aġenziji nazzjonali u N.G.O’s), Parteċipazzjoni sħiħa tar-residenti fl-inizjattivi mill-Gvern Lokali. L-Onorevoli Interpellant jista wkoll jinnota it-13–il funzjoni ġdida tal-Kunsilli Lokali li daħlu b’mod statutorju fl-artikolu 33 ta’ l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #12662 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — pjan strateġiku sostenibbli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta l-Gvern nieda l-kunċett ta' lokalitajiet sostenibbli kif qed jgħin il-Gvern Ċentrali biex kull kunsill lokali jkollu pjan strateġiku sostenibbli għal-lokalità tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12427.
Leg 11 PQ #12663 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11849 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq Proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12666 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali- ftehim dwar enerġija nadifa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-15-il kunsill lokali li jiffirmaw konsorzju u imbagħad iffirmaw ftehim ta' koperazzjoni biex iwettqu proġett flimkien dwar enerġija nadifa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-15-il Kunsill Lokali li iffirmuw konsorzju biex iwettqu proġett flimkien dwar enerġija nadifa kienu dawn: Il-Furjana, Għajnsielem, Ħal Għargħur, Ta’ Kerċem, L-Imġarr, Il-Mellieħa, Il-Mosta, L-Imtarfa, In-Nadur, il-Qala, ir-Rabat (Għawdex), Ta’ Sannat, Ix-Xagħra u iż-Żebbuġ.