Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-post alternattiv tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni tagħha ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar twieġeb l-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni tagħha ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jara fejn wasal l-ilment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għamel mal-perit tad-Direttorat tal-Artijiet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li dwar l-ilment ta’ ħsarat li għamel l-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, il-perit tad-Dipartiment spezzjona l-fond in kwistjoni u kopja tar-rapport ta’ ħsarat intbagħat lill-Awtorità tad-Djar fis-6 ta’ Settembru 2012, għal kull azzjoni li teħtieġ tittieħed dwar il-ħsarat f’dan il-post residenzjali.
Direttorat għal Servizzi Edukattivi — kwalifika ta' supply learning support assistant
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat bħala supply learning support assistant fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u ftit taż-żmien ippruvat tissottometi aktar kwalifikazzjonijiet mal-istess direttorat, dawn naqsu milli jirrikonxu dan it-taħriġ tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kors provdut mill- MCAST ‘Working with children with additional needs’ jrid jkun rikonoxxut mill-Kunsill Malti ġħall-Kwalifiki.
Il-persuna indikata fil-mistoqsija attendiet għall-Interview u r-riżultat ta’ Frar ġie ppublikat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu daqshekk benefiċċji soċjali meta din suppost għandha ieħor aktar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ma ħaditx il-passi neċessarji biex il-fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li għandu l-gallarija f'periklu, tiġi rranġata?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħadet nota ta’ din l-interpellenza u inkludiet din it-talba fil-programm ta’ manutenzjoni tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35786, jista' l-Ministru jara li ssir l-ispezzjoni fil-fond imsemmi peress li s'issa għadha ma saret l-ebda spezzjoni?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispezzjoni saret nhar il-Ħamis 26 ta’ Lulju, 2012 bejn it-tmienja u nofsinhar.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar mhux qed tirrispondi l-ittra li ntbagħtet minn omm ta' persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-25 ta' Ġunju 2012 minħabba l-problema li għandha fil-fond tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu sarlu appuntament mal-Kap Ezekuttiv tal-Awtorità tad-Djar nhar it-Tlieta 2 t'Ottubru, 2012, flimkien mas-social worker sabiex jiġi diskuss il-proċess tal-applikazzjoni tal-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Korporazzjoni Enemalta rigward substation li hemm fi Triq 4 ta' Settembru l-Isla minħabba sħana kbira li qed ikun hemm peress li l-fannijiet fejn hemm fil-magni mhumiex mixgħulin b'konsegwenza li qed ikun hemm ħafna sħana?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minħabba li qed isir xi xogħol fil-bieb tas-substation, kien hemm il-ħtieġa li jinqala’ l-extractor fan li kien imwaħħal mal-bieb. Temporanjament twaħħal exractor fan ieħor fuq in-naħa ta’ ġewwa tas-substation. Malli x-xogħol ikun lest se jerġa' jitwaħħal l-extractor fan mal-bieb kif kien qabel.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn l-Isla li applikat għas-servizz aktar minn sena u nofs ilu ta' meals on wheels għadha bit-talba tagħha pendenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-talbiet għas-servizz tal-Meals-On-Wheels żdiedu sostanzjalment. Biex naqdu dawn it-talbiet, il-Maltese Cross Corps li tieħu ħsieb it-tqassim tal-ikel kellha żżid van ieħor mat-tlieta li diġa’ għandha biex iqassmu madwar 295 ikla kuljum f'47 lokalità f'Malta.
Il-lokalita’ fejn toqgħod il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma hiex inkluża fis-servizz għax s’issa din kienet l-unika applikazzjoni li hemm minn din il-lokalita’. It-talba tal-applikanta qed tiġi pproċessata u kkunsidrata għal mal-estensjoni tas-servizz li qed jiġi ppjanat.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma t-toroq residenzjali kollha li qatt ma saru fil-lokalitajiet ta' Għawdex u li ġew imwiegħda mill-gvern fil-passat li kellhom isiru? Meta mistenni li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-toroq residenzjali f'Għawdex isiru meta dan ikun possibbli u skont il-ħtieġa f'kull każ.
Wied il-Għajn — servizz ta' trasport pubbliku għall-Bormla
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35776 u jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern li r-rotta li qabel kienet ir-rotta 124 u issa saret 22 u qabel ir-riforma ta' trasport din ir-rotta kienet titlaq minn l-Isla u tmur Wied il-Għajn terġa tiġi introdotta u cioè li ċ-ċittadini tal-Isla mgħandhomx għalfejn jimxu sa Bormla biex jużaw it-trasport ta' Wied il-Għajn imma ikun hemm karozza tal-linja li tibda mill-Isla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35936 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-awtoritajiet ikkonċernati ħadu deċiżjoni biex fil-jiem li għaddew ineħħu aktar minn 35 post ta' parkeġġ miż-żona aktar magħrufa l-Fossa, il-Belt Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35935.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34247, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li l-persuna kkonċernata lesta li tgħix kullimkien minbarra ġo garaxx?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jinforma lill-klijent tiegħu biex jidħol f’kuntatt mal-Awtorita’ tad-Djar u jagħti l-lokalitajiet preferuti tiegħu. Barra minn hekk l-applikazzjoni tal-klijent ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 34252, jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-ġurnata tal-lum l-ARMS Ltd m'għamlet l-ebda kuntatt dirett ma' din il-klijenta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li wara li l-ARMS għamlet kuntatt ma’ iben il-konsumatriċi, din il-persuna infurmat lill-ARMS li f’dak l-istess perjodu l-konsumatriċi kienet applikat għal xi vouchers tal-benefiċċji, u li l-ammont dovut fuq il-kontijiet, kien ser jiġi mħallas permezz ta’ installments.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm ibbenefika kull kunsill lokali f'fondi mill-Unjoni Ewropea sena b'sena? Fl-liema proġetti ġew allokati jew se jiġu allokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35937 fis-seduta numru 498 tal-4 ta’ Lulju 2012, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba wara li din inġabret mingħand il-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-water park ta' Buġibba, kemm se jqum l-operat tiegħu u min se jsostnih?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-l-ispiża tax-xogħol fuq il-Waterpark ta' Bugibba se jkun madwar €600,000. L-operat tiegħu għal dan l-istaġun sa l-aħħar ta’ Settembru, huwa mistenni li se tkun xi €24,655, li €20,000 minnhom ser ikunu pagi ta’ studenti universitarji, li ser jitħallsu min fondi publiċi. Is-somma finali tal-ispiza ghadha trid tinhadem fil-jiem li gejjin.