Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt Valletta — bus terminus ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq il-bus terminus ġdid fil-Belt Valletta? Kemm hu mistenni li jiġi jiswa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru l-pjanti u preparamenti oħrajn marbutin ma’ dan il-proġett. Bħal kull progett ieħor, ix-xogħol jibda meta l-awtorità kompetenti jkollha l-permessi meħtieġa.
Leg 11 PQ #12750 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — flus allokat fil-Budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni tal-flus lill-kunsilli lokali ta' Għawdex fil-Budget 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-allokazzjoni finanzjarja li l-Kunsilli Lokali f’Għawdex ser jieħdu għas-sena 2010.
Leg 11 PQ #12751 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — servizz lir-residenti Għawdxin

Question

B'referenza għar-rapport li deher fuq in-Nazzjoni tas-Sibt 14 ta' Novembru 2009, bl-isem "Is-Sindki Għawdxin Sodisfatti bil-Budget", fejn intqal li l-kunsilli lokali Għawdxin se jkollhom l-għodda meħtieġa biex jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi din l-għodda meħtieġa biex jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Kumitat ta’ Għawdex peress li l-imsemmija stqarrija nħarġet mill-imsemmi Kumitat tar-Reġjun ta’ Għawdex, li hu kompost mir-rappreżentanti tal-erbatax-il kunsilli lokali f’Għawdex. Inżid li l-gvern f’dawn l-aħħar xhur ħa numru ta’ miżuri sabiex jissaħħu l-kunsilli lokali, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Fost il-miżuri ta’ min isemmi ż-żieda fl-allokazzjoni finanzjarja diretta, l-għoti ta’ aktar riżorsi umani, 24 skema ta’ fondi speċjali, għajnuna biex il-Kunsilli Lokali jiksbu fondi tal-Unjoni Ewropea, qafas legali biex bih joperaw aħjar u taħriġ f’diversi oqsma.
Leg 11 PQ #12752 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali t' Għawdex — miżuri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-miżuri kollha mħabbra fir-rigward tal-kunsilli lokali t' Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-miżuri mħabbra kemm fl-Estimi Finanzjarji għas-Sena 2010 għall-Kunsilli Lokali kif ukoll fondi oħra disponibbli taħt skemi oħra (bħall-Urban Improvement Fund ta’ l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar u fondi ta’ l-Unjoni Ewropea), ma jagħmlux distinzjoni bejn Kunsilli Lokali f’Malta u Kunsilli Lokali f’Għawdex. Nirreferi l-Onor Interpellant għall-Memo 84/2009 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li telenka l-iskemi u l-fondi kollha disponibbli għall-Kunsilli Lokali u li kopja tagħha intbgħatitlu meta nħarġet bħal ma jintbgħatulu l- memos kollha.
Leg 11 PQ #12764 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12021 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu investigati mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar xi abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt li nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12021, ninfurmah illi l-każijiet illi bħalissa qegħdin jiġu mistħarrġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali huma kif inhu mniżżel fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema dwar l-ipparkjar ikkontrollat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12020 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw biex jimplimentaw l-iskema dwar l-ipparkjar ikkontrollat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali li applikaw biex jimplementaw l-iskema dwar l-pparkjar ikkontrollat huma: 1. Attard 2. Birgu 3. B’Kara 4. Floriana 5. Iklin 6. Luqa 7. Marsa 8. Msida 9. San Gwann 10. San Giljan 11. San Pawl il-Bahar 12. Swieqi 13. Rabat, Malta 14. Safi 15. Paola 16. Tarxien
Leg 11 PQ #12731 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — strateġija ġdida ta' ġbir tal-iskart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li niedew strateġija ġdida għall-ġbir tal-iskart bl-iskop li l-komunità kummerċjali u residenzjali jkunu moqdija bir-riżultat li l-lokalitajiet ikunu aktar nodfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, u ċioè jekk hux qed jirreferi għall-kuntratt tal-ġbir tal-iskart domestiku mħallat.

Bring-in sites

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull lokal kemm hemm bring-in sites? Kemm qed jinġabar tunnellati ta' skart minn kull bring-in site f'kull lokal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tieni mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 12421
Leg 11 PQ #12733 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — inizjattivi dwar l-ambjent u l-iskart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-inizjattivi għall-kunsilli lokali dwar l-ambjent u l-iskart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul is-sena 2009 kien hemm diversi skemi li b’xi mod jolqtu il-qasam ta’ l-ambjent. Dawn kienu: · Skema ta’ Proġetti Pilota għall-Lokalitajiet Sostenibbli · Green Challenge Award · Skema dwar l- Energy Saving · Premju Lokalitajiet Indafa · Fondi Speċjali għal Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali · 3 Proġetti Pilota dwar Studju għal Lokalitajiet Sostennibbli · Ġbir ta’ oġġetti tal-ħadid mitluqa ġewwa l-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex · Inizzjattivà bi sħab bejn il-Pulizija, l-Ispetturi tal-ambjent (MEPA) u l-Gwardjani Lokali fejn kien hemm perjodu ta’ twissijiet għal kontravenzjonijiet relatati mal-liġijiet tal-ambjent u wara dan il-perjodu, l-għoti ta’ multi. Ta’ min isemmi wkoll illi matul is-sena 2009 ġie mgħoddi lill-Kunsilli Lokali kollha d-dokument ta’ l-offerta għal ġbir ta’ skart imħallat. Dan id-dokument hu intiż sabiex jogħla il-livell ta’ servizz mogħti lill-komunità permezz ta’ standards ġodda. Dan id-dokument ġie mfassal kemm fuq l-istrateġija nazzjonali dwar l-iskart kif ukoll wara diskussjonijiet twal mal-entitajiet kollha interessati fosthom; il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, Dipartiment għall-Gvern Lokali, Wasteserv Ltd, General Retailers and Traders Union , Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali Malta. Għal dawn l-iskemi ġew ivvotati €689,900. Ta’ min iżżid li l-Gvern refa’ l-ispiża tal-kuntratturi għall-iskart separat matul l-2008 u l-2009, kif ukoll għadda fondi lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu tajjeb għat-‘ tipping fees ’ ġewwa l- landfills . L-ammont mgħoddi għat-‘ tipping fees ’ għal din is-sena hu ta’ €2 miljuni.
Leg 11 PQ #12734 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — ftehim mal-gvern fuq ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li l-gvern laħaq ftehim magħhom dwar il-ġbir ta' skart kummerċjali mal-lokalitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma għamel l-ebda ftehim mal-Kunsilli Lokali dwar ġbir ta’ skart kummerċjali kemm imħallat u kif ukoll separat. Il-Gvern kien biss strumentali biex b’konsultazzjoni wiesa’ mal-entitajiet kollha interessati, jitfassal dokument ġdid tal-offerti għall-ġbir ta’ skart imħallat, filwaqt li l-awtorità responsabbli mill-ambjent (MEPA) għandha r-responsabbilità tawtorizza entitajiet li jiġbru u jipproċessaw skart separat.
Leg 11 PQ #12747 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sindki Għawdxin — budget 2010

Question

B'referenza għar-rapport li deher fuq in-Nazzjon tas-Sibt 14 ta' Novembru 2009 bit-titlu "Is-Sindki Għawdxin Sodisfatti bil-Budget", jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa kontra l-Kumitat tar-Reġjun t'Għawdex li ħareġ stqarrija billi ngħatat l-impressjoni li s-sindki kollha ta' Għawdex qablu mal-budget, meta mhux biss li s-sindki kollha ma kenux preżenti imma fl-ebda ħin ma tkellmu biex joħorġu xi forma ta' stqarrija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kumitati Reġjonali huma entitajiet awtonomi. Huma għandhom kull dritt joħorġu stqarrijiet fejn u kif jidher lilhom. Ovvjament iridu jagħmlu dan b’kull responsabilità u rispett lejn il-fatti. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi l-mistoqsijiet dwar l-istqarrija ta’ Kumitati Reġjonali ta’ Għawdex lil dan il-Kumitat Konġunt.
Leg 11 PQ #12748 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

proġetti relatati ma' eko-Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif il-Gvern se jalloka €25,000,000 fi tliet snin għall-proġetti relatati ma' eko-Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi s-somma ta' €25,000,000 allokata għal Eko-Għawdex hija ntiża biex jitwettqu l-proposti msemmija fid-dokument : Eco-Gozo - a better Gozo (Proposed Action 2010-2012) li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament fis-seduta tad-9 ta' Novembru 2009.

Awtorità dwar it-Trasport — passi kontra l-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qed tieħu passi kontrihom minħabba li għamlu xogħol li kellu bżonn l-approvazzjoni ta' l-istess awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12726 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħidma bejn il-kunsilli lokali u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta

Question

Jista' l -Prim Ministru jgħid x'rwol għandha l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta mal-kunsilli lokali u kif qed taħdem mal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12727 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali f'kuntest tat-turiżmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern vis-a-vis il-kunsilli lokali f'kuntest tat-turiżmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

ammont ta' skart ġenerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' skart ġenerat f'kull lokal fis-sena 2008 u f'2009 sal-lum? Kemm minnu kien skart separat? Jista' jgħid kemm hu n-numru tal-popolazzjoni f'kull lokalità, kemm hemm households u kemm hemm stabbilimenti kummerċjali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor Membru jagħmilha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #12730 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie iffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12682 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — devoluzzjoni ta' kull proprjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jsemmi d-devoluzzjonijiet li saru ta' kull proprjetà lill-kunsilli lokali din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-proprjetà devoluta lill-Kunsilli Lokali fl-2009.
Leg 11 PQ #12683 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — fondi għall-bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għal fondi għall-bżonnijiet speċjali? Għal liema għan kull kunsill lokali applika biex jingħata fondi speċjali u kemm ingħata fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitlub mill-Onorevoli Interpellant.