Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nies li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar skond il-ħames reġjuni l-ġodda kif komposti fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tajjeb wieħed ifakkar li dawn il-persuni ma jaqgħux fil-faqar proprju minħabba il-qafas soċjali b’saħħtu li l-pajjiż bena matul is-snin.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — attivitajiet organizzati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid b'riżultat tal-fond ta' €277,000 bejn l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex jiġu organizzati attivitajiet differenti fil-lokalitajiet tagħhom, kemm se toħoroġ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-fond ta’ €277,000, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu se tkun qed toħroġ €100,000 sabiex jiġu organizzati attivitajiet kulturali mill-kunsilli lokali fil-lokalitajiet tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12066 u 10567 u jgħid minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema hu l-programm? Kemm kien l-ammont fi flus li ibbenefika minnhom kull kunsill? Kemm kien intitolat li jista' jibbenefika minn dan il-programm?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12064 u 10564 u jgħid liema huma l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li fil-preżent qed jibbenefikaw minnhom l-kunsilli lokali? X'inhu l-budget ta' kull programm? X'inhu l-iskop ta' kull programm? Liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu minn kull programm? X'inhu l-perjodu ta' użu għal kull programm?
Awtorità tad-Djar — applikazzjoni pendenti ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji qed jinbagħtu separatament li tgħix f'post waħedha l-Isla u fil-passat applikat biex il-post tagħha jiġi irranġat b'għajnuna tal-Awtorità tad-Djar, l-applikazzjonin tagħha għadha pendenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li fil-futur qrib l-applikanta ser tirċievi appuntament sabiex tiffirma ftehim mal-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex anzjana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mill-Isla li applikat għall-post alternattiv minħabba li is-sid qed jallega li qed tokkupa l-fond mingħajr titolu fil-liġi b'konsegwenza li se tispiċċa homeless, tieħu post alternattiv?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta konċernata applikat għall-Akkomodazzjoni Alternattiva fil-15/05/2009 u qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtiega.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12072 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10545, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn marru il-flus li daħlet u ċioe li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme? B'liema mod ibbenefikaw il-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-flus li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme sat-30 ta' Settembru 2009 jammontaw għal €11,135,895. Dawn ġew allokati hekk kif ġej:
€
Kontribuzzjonijiet miġbura minn applikanti
11,135,895
Interessi miġbura
1,521,231
Dħul ieħor
2,329
Tariffi bankarji
(718)
Tariffi amministrattivi
(1,686,915)
Inizjattivi u proġetti
(941,077)
Self għax-xiri ta' Hexagon House
(3,094,000)
Bilanċ
6,936,746
L-Inizjattivi u proġetti huma hekk kif ġej:
Spiża
€
Proġett tal-Park and Ride
688,612.28
Reklami
2,156.37
Servizz tal-linja b'xejn Milied 2007
128,115.54
Spejjeż oħra
69.88
Studju
11,617.52
Survey
1,276.73
Xogħlijiet fil-Mosta
74,539.94
Xogħlijiet f'Pender Place
11,646.87
Xogħlijiet f'San Ġiljan
7,304.40
Xogħlijiet f'San Pawl il-Baħar
5,648.73
Contribution to a project carried out jointly with Leicester City Council
10,089.19
941,077.00
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12085 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10565, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi it-tifsira ta' kull programm: Europe for Citizens, Youths in Action, MED, Youth in Action-EVS, Youth in Action-Youth Initiative, ERDF, ERDF-Education, Rural Funds Measure 313, Rural Funds Measure 323? Jista' jgħid x'benefiċċju għandu kull programm u fejn waslet it-talba li għamlu l-kunsilli lokali għall-applikazzjoni biex jibbenefikaw minn wieħed jew aktar minn dawn il-programmi?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12061 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10573, jista' il-Prim Ministru jgħid miċ-ċitazzjonijiet li weħlu dawk il-persuni li ħammġu, kemm ħadu flus kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet li ngħataw mill-wardens u minn dawk li ngħataw mill-Pulizija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-flus li kull Kunsill Lokali ħa minn ċitazzjonijiet miġbura mill-gwardjani lokali u mill-pulizija kollettivament għal kontravvenzjonijiet ta’ littering. Dan ikopri l-perjodu minn mindu ġiet delegata din l-infurzar tal-liġi (mill-1999 sal-31 ta’ Diċembru 2009).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12059 u 10579 u jgħid kemm hawn postijiet fejn tipparkja l-vettura fit-toroq ta' Malta u Għawdex li ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport bħala bażi ta' parking wara talba minn kull kunsill lokali? Kemm minn dawn il-parking bays huma riservati? Jista' jagħti d-dettalji lokal b'lokal u kategorija b'kategorija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12030 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-investigazzjonijiet li saru fuq abbużi li għamlu xi kunsilli lokali? Liema huma dawn il-kunsilli lokali ? X'kienu l-allegazzjonijiet ta' abbużi ? X'passi ttieħdu mid-dipartiment għall-Gvern Lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12030.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12032 u jikkonferma li l-għadd tal-voti għall-elezzjoniet ġenerali, għall-kunsilli lokali u għall-Membri tal-Parlamentari Ewropew mhux se jibqgħu jsiru n-Naxxar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex u fejn se jibda jsir l-għadd tal-voti ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12032.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12071 u jgħid fejn marru l-flus mill-fondi li nġabru sal-31 ta' Lulju 2009 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme li kien jammonta għall-€2,952.901? B'liema mod il-lokalitajiet ta' pajjiżna bbenefikaw minn dan il-fond ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12071.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12019 u jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li għandu fuq ismu kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12766 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12026, jista' l-Prim Ministru jgħid kif inhu mistenni l-Gvern ikompli jgħin lill-kunsilli lokali b'riżorsi umani kull fejn huwa possibbli? Jista' jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li għamlu talba biex iżidu l-impjegati mal-kunsilli lokali tagħhom? Liema huma dawn il-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn jidħlu riżorsi umani, il-Gvern jgħin lill-Kunsilli Lokali b’diversi modi. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali għandhom diversi ħaddiema tal-IPSL (ex-tarznari), ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet, ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll persuni li jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tat-Taħriġ u l-Impjieg assenjati magħhom. Il-Kunsilli Lokali ma joħorġux is-salarju ta’ dawn il-ħaddiema. F’dan ir-rigward nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13648.
Barra minn hekk, fl-emendi l-ġodda tal-Att dwar Kunsill Lokali (KAP 363), il-Gvern daħħal klawsola li biha kull Kunsill li jħoss il-ħtieġa li jimpjega persuni klerikali aktar mil-limitu stabbilit mil-liġi, jista’ jagħmel dan wara li jkun għamel talba ġustifikata lid-Dipartiment għal Gvern Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-community workers fil-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-community workers qed jagħmlu xogħol ta’ maintenance ta’ natura varja li tinkludi wkoll li jieħdu ħsieb il-ġonna, xogħol klerikali jew xogħol ta’ tindif skont l-abbilità tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-iskema tal-ħaddiema tal-IPSL taħdimx xorta bejn Malta u Għawdex fejn jidħlu kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi filwaqt li l-ħaddiema tal-IPSL f’Malta qegħdin assenjati ma’ Kunsilli Lokali individwali, il-ħaddiema f’Għawdex, minbarra tnejn, qegħdin miġburin f’pool u jagħmlu xogħolijiet f’lokalitajiet diversi skont il-ħtieġa.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12022, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-kunsiliera li rċevew ittra ta' twissija mid-dipartiment tal-Gvern lokali minħabba kull tip ta' aġir irresponsabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, ingħataw numru kbir ta’ twissijiet, u peress li fuq medda ta’ sittax-il sena dawn huma konsiderevoli, il-ġbir ta’ din l-informazzjoni jieħu fit-tul u r-riżorsi tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma jippermettux dan.