Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13194 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — responsabbiltajiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12409 u jikkonferma, issa li ġie ppreżentat il-Budget 2010 u qed jintqal li l-kunsilli lokali għandhom responsabbiltajiet ġodda, liema huma dawn ir-responsabbiltajiet ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13196 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna lill-ekonomija tal-pajjiż

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12412 u jgħid kif jemmen il-Gvern li l-kunsilli lokali għandhom jgħinu lill-ekonomija tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12412.
Leg 11 PQ #13258 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Impjegati fuq bażi full-time u part-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq bażi full-time, u fuq bażi part-time 'l fuq milli tippermetti l-Liġi tal-Kunsilli Lokali? F'liema kunsill lokali? Meta daħlu? F'liema kariga? Meta saret it-talba u meta ħarġet l-approvazzjoni tal-Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li s’issa ġew impjegati 9 persuni ’l fuq milli tippermetti l-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħdin imniżżla fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13260 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sa l-aħħar ġurnata ta' Novembru 2009 min huma s-Segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali? Meta daħlu? Min minnhom kien miċ-Ċivil? Min minnhom issa bil-Liġi l-ġdida tal-Kunsilli Lokali se jsir impjegat taċ-ċivil ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi s-Segretarji Eżekuttivi li kien hemm fil-Kunsilli Lokali fl-aħħar ta’ Novembru 2009. F’din il-lista hemm indikat ukoll min minnhom kien miċ-Ċivil, min minnhom ser isir impjegat taċ-ċivil u min minnhom għandu ’l fuq minn 61 sena.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12374 u jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar
Leg 11 PQ #13159 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12376 u jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12377 u jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru l-politika tal-Ministeru rigward il-Kunsilli Lokali hi dik adottata mill-Gvern kollu jiġifieri kollaborazzjoni u kooperazzjoni sħiħa kull fejn jinħass il-bżonn jew fejn issir xi talba. Isiru diversi kuntatti mal-Kunsilli Lokali kollha minn numru ta’ dipartimenti u entitajiet fi ħdan il-Ministeru. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet jkollu diversi talbiet għal xogħol minn Kunsilli bħal p.eż. xogħol ta’ elettriku, plumbing, ħadid u njam kif ukoll għal-tindif ta’ widien u culverts. Il-WasteServ taħdem bis-sħiħ fi skemi ta’ skart separat flimkien mal-Kunsilli u l-privat. Bħalissa qed jinħass li wasal iż-żmien lit-tmexxija tal-Bring-in sites tgħaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali sabiex dawn jibenefikaw mill-ġbir ta’ skart separat li jittieħed għar-riċiklaġġ. Minbarra hekk, taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 hemm numru ta’ miżuri fejn il-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw permezz ta’ proġetti u inizjattivi fil-lokalitajiet rurali Maltin u Għawdxin. Numru ta’ miżuri diġà nħarġu filwaqt li oħrajn qegħdin fil-proċess li jiġu mnedija.
Leg 11 PQ #13161 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Post tal-Gvern — gallarija f'kundizzjoni perikoluża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12253 u jieħu l-passi neċessarji fejn l-inkwilin ta' post tal-Gvern, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu l-gallarija li qiegħda f'kundizzjoni perikoluża sabiex tiġi rranġata qabel ma jkun hemm xi inċident anke fuq terzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, ma jirriżultax li l-inkwilin in kwistjoni issottometta talba jew applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar għat-tiswijiet meħtieġa. Għaldaqstant l-inkwilin hu mħeġġeġ li jimxi mal-proċedura u minnufih jimla u jissottometti l-Awtorità tad-Djar l-applikazzjoni meħtieġa taħt Skema SM.
Leg 11 PQ #13188 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

numru ta' playgrounds u playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12404 u jgħid kemm hawn playgrounds u playing fields f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalità qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12404.
Leg 11 PQ #13190 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — għajnuna diretta għal servizzi estensivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12405 u jgħid b'liema mod se tingħata għajnuna diretta lil dawk il-kunsilli lokali li jridu jagħtu servizzi estensivi kemm lir-residenti u kemm lil dawk li jżuruhom għal diversi raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12405.
Leg 11 PQ #13115 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — skema għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema tal-fond bejn l-Awtorita tat-Turiżmu ta' Malta u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali? Liema huma l-kunsilli li ġeww aċċettati li jistgħu jorganizzaw dawn l-attivitajiet ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħamsin (50) Kunsilli Lokali applikaw għal 67 proġett bejniethom biex jibbenefikaw mill-iskema tal-fond bejn l-Awtorità tat-Turiżmu tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Minnhom ġew aċċettati 49 kunsill lokali b’56 attività. L-informazzjoni mitluba dwar liema huma l-Kunsilli Lokali li applikaw u dawk li ġew aċċettati tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13116 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u Dipartiment tal-Gvern Lokali — attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jieħu kull kunsill lokali biex jorganizza attivitajiet mill-fondi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u Dipartiment tal-Gvern Lokali? X'attività se jorganizza? Meta? Kemm hu stmat li se tiġi tiswa kull attività? Kemm minnhom se joħorġu mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, mid-Dipartiment tal-Gvern lokali, jew mill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward kemm se jieħu kull Kunsill Lokali biex jorganizza attivitajiet mill-fondi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali, x’attività se jorganizza u meta, qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. Mit-total ta’ 277,000 Ewro li se jieħdu l-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw dawn l-attivitajiet, 100,000 Ewro ġejjin mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u 177,000 Ewro ġejjin mill-vot ta’ fondi speċjali tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali.
Leg 11 PQ #13117 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — skema għal attivitajiet differenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-ewwel skema għall-2009 kemm kien hemm kunsilli lokali li applikaw biex jorganizzaw attività differenti fil-lokaltajiet tagħhom? Kemm ġew aċċettati u ċioe min kienu l-kunsilli lokali li organizzaw attività kulturali? Kemm kien il-fond għal din l-iskema għas-sena 2009? Kemm ħa kull kunsill lokali u kemm ħareġ id-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex tittella' kull attività?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsjia Parlamentari Numru 7610 fejn kien hemm informazzjoni dwar kemm Kunsilli Lokali applikaw u liema kienu dawk li bbenefikaw minn din l-iskema. Ta’ min iżid illi ma’ dik il-lista irid jiżdied il-Kunsill Lokali Żejtun li kien ingħata € 3,500 għall-attività Żejt iż-Żejtun. Barra minn hekk il-Kunsill Lokali Fontana kien ħassar l-attività tiegħu u għaldaqstant ma kienx ħa l-€ 4,500 li kien ser jibbenifika mill-iskema. Il-fondi għal din l-iskema li ħarġu mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali kienu ta’ € 137,500.
Leg 11 PQ #13155 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-djar — applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12250 u jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar waqqfet l-applikazzjoni li kienet għamlet il-familjia, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, aktar minn sentejn ilu fuq gallarija li tinsab fi stat perikoluż?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-familja konċernata m'għandiex applikazzjoni pendenti.
Leg 11 PQ #13156 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — ħajt imtella'

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12251 u jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx il-passi meħtieġa biex is-sid ta' l-art, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, itella' ħajt meta din hija parti mill-policy tal-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MEPA m'għandhiex poter legali li ġġiegħel lis-sidien ta' plottijiet vojta jtellgħu ħitan mad-dawra tal-plots. Mill-banda l-oħra l-MEPA tista' taġixxi bis-saħħa tal-Artikolu 55 ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp kontra siti fejn jirriżulta li l-kundizzjoni jew sura ħażina tagħhom tkun ta' detriment u ta' ħsara għall-ġmiel jew is-siwi taż-żona li jinsabu fiha. Fil-fatt fl-2008 ittieħdet inizjattiva biex, b'kollaborazzjoni mall-Kunsilli Lokali, jiġu nkoraġġiti sidien ta' plottijiet vojta biex jibnu ħitan mal-linja uffiċjali tal-bini mingħajr il-ħtieġa li jottjenu permess tal-bini, biex jiġi żgurat illi l- plots ma jispiċċawx mimlijin ħmieġ u skart li ġie li jintefa’ fihom. Dwar dan is-sit partikolari f'Ħaż-Żabbar, il-MEPA qatt ma rċeviet ilment dwaru mingħand il-Kunsill Lokali skont l-inizjattiv. Madankollu t-Taqsima ta' l-Infurzar tal-MEPA investigat dan il-każ, ġie identifikat is-sid tal-art, u ġie miftiehem miegħu li l-art għandha titnaddaf fi żmien xahar u ġie mistieden itella' ħajt ħalli l- plot ma terġax titħammeġ. Is-sezzjoni ta' l-Infurzar tal-MEPA ser tibqa' issegwi l-każ.

Forti Delimara — Restawr

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 12221 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 10620, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jirrestawra l-Forti Delimara minħabba li tinsab fi stat ta' periklu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Lejn l-1982 il-Forti Delimara ġie mogħti f’idejn raħħal għall-użu bħala maqjel tal- majjali. Heritage Malta ħadet il-Forti taħt ir-responsabbiltà tagħha fl-2005. Minn dak iż-żmien ’il hawn Heritage Malta wettqet għadd ta’ miżuri sabiex il-Forti ma jibqax isofri ħsarat ikkawżati minn vandali li kienu jisgassaw u jokkupaw il-Forti illegalment sa dakinhar. Saru wkoll studji biex wieħed jistabbilixxi l-kundizzjoni u l-potenzjal tal-Forti. Għalkemm ma jeżistix pjan immedjat għar-restawr tal-Forti Delimara sejrin jibdew diskussjonijiet bejn Heritage Malta u NGO lokali biex jiġi esplorat jekk jistax isir xi ftehim ta’ kooperazzjoni bil-għan li jibda programm ta’ restawr.

Talba għal għajnuna mill-programm NWAR

Question

Tista' l-Ministru tieħu azzjoni biex tifel, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibda jattendi għall-programm NWAR provdut mill-Foundation for Educational Services (FES) biex jibda jingħata għajnuna f'ċerti nuqqasijiet bħalma hu l-qari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dan l-istudent qed jistenna li jsir l-assessjar tiegħu sabiex, jekk ikun eliġibli, jingħata s-servizz kemm jista’ jkun malajr.
Leg 11 PQ #13004 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — korsijiet u taħriġ għal lokal tagħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li din is-sena organizzaw xi kors\taħriġ fil-kunsill tagħhom għall-komunità tal-lokal tagħhom? X'kien il-kors/taħriġ ? Jista' jgħid min hu l-perit ta' kull kunsill lokali mqabbad mill l-istess kunsill? Jista' jgħid minn hu l-accountant ta' kull kunsill lokali imqabbad mill-istess kunsill? Jista' jgħid min hu l-avukat ta' kull kunsill lokali mqabbad mill-istess kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13013 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — nies li jivvutaw skond il-ħames reġjuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nies li jivvotaw skond il-ħames reġjuni l-ġodda kif komposti fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali, reġjun reġjun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ persuni li huma rreġistrati bħala votanti fl-aħħar reġistru elettorali tal-Kunsilli Lokali (Ottubru 2009) skont il-ħames reġjuni huma: Reġjun Għawdex: 29,768 Reġjun Tramuntana: 74,640 Reġjun Ċentrali: 86,272 Reġjun Nofsinhar: 78,886 Reġjun Xlokk: 73,657 Madankollu, meta ġew iffurmati r-Reġjuni, ittieħdu inkonsiderazzjoni fatturi oħrajn bħal eżempju: il-popolazzjoni f’kull reġjun. Tajjeb ngħid li l-popolazzjoni f’dawn ir-reġjuni hija: Għawdex: 37,224 Tramuntana: 93,945 Ċentrali: 106,725 Nofsinhar: 95,242 Xlokk: 100,462