Awtorità tad-Djar — ħlas għal xogħol fuq fond
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-famlija, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikaw għal waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar, għadhom ma rċevewx ic-cheque għax-xogħol li għamlu fil-fond li jgħixu fih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar kienet approvat is-somma massima ta’ € 6,988.12 fit-13 ta’ Lulju 2007 sabiex isiru x-xogħlijiet approvati mit-tekniku tal-Awtorità sabiex il-fond allokat lilhom jiġi up to standard. Minn spezzjoni li għamel it-tekniku nkarigat irriżulta li parti mix-xogħlijiet ma sarux ta’ livell aċċettabli. Konsegwentament l-ammont relatat ma’ dawk ix-xogħlijiet ġie mnaqqas u għalhekk is-somma massima ġiet mnaqsa relattivament. Il-persuna msemmija ġiet infurmata b’din is-sitwazzjoni u fit-13 ta’ Marzu 2008, ffirmat dikjarazzjoni li huma kuntenti bix-xogħlijiet magħmula u li mhux ser jitolbu aktar flus mill-Awtorita’ tad-Djar.