Legislature:
Category:
Reset
Active:

Post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li qed tistenna post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant huwa mitluba jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-Customer Care Service tal-Awtorità tad-Djar u titlob ‘status report’ tal-applikazzjoni tagħha.

Awtorità dwar it-Trasport — passi kontra l-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12725 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qed tieħu passi kontrihom minħabba li għamlu xogħol li kellu bżonn l-approvazzjoni tal-istess awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali huma: 1. Mdina 2. Naxxar 3. Attard 4. Birkirkara 5. San Ġiljan 6. San Ġwann 7. Żebbuġ Malta 8. Ħamrun 9. Kirkop 10. Luqa 11. Żurrieq 12. Birgu 13. Żabbar 14. Żejtun 15. Fgura 16. Floriana 17. Marsa 18. Marsaxlokk 19. Marsascala 20. Xagħra Gozo 21. Żebbuġ Gozo F’dawn il-każijiet, id-Direttiva Ministerjali fir-rigward tax-xogħlijiet bla permess fuq it-toroq tapplika.
Leg 11 PQ #14407 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħidma bejn il-kunsilli lokali u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta

Question

Jista' l -Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12726 u jgħid x'rwol għandha l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta mal-kunsilli lokali u kif qed taħdem mal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12726.
Leg 11 PQ #14408 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali f'kuntest tat-turiżmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12727 u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern vis-a-vis il-kunsilli lokali f'kuntest tat-turiżmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12727.

Post sub-standard

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibiltà hemm li, l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tgħix f'post ikkundanat u sub-standard tieħu post tal-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna li qiegħda issir riferenza għaliha applikat għal post alternattiv fi Frar 2008. Intbagħtu diversi ittri fejn is-sinjur gie mħeġġeġ jibgħat id-dokumenti neċċessarji sabiex l-applikazzjoni tkun tista' tiġi pproċessata iżda dan għadu ma bagħatx dawn id-dokumenti u għaldaqstant l-applikazzjoni għadha pendenti.
Leg 11 PQ #14199 Sitting 201 2010-03-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — regoli dwar il-laqgħat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mhumiex iżommu mar-regoli dwar meta għandha tissejjaħ laqgħa tal-kunsilli lokali? X'passi se jittieħdu kontra dawk il-kunsilli ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm żewġ kunsilli li qabżu il-perjodu ta’ ħames ġimgħat li huma l-Mosta u San Ġwann. Fiż-żewġ każi, id-dewmien kien kaġun ta’ mard. F’ta’ l-ewwel kien is-Sindku u fil-każ tal-Mosta kien is-Segretarju Eżekuttiv li kien marid. Għaldaqstant iż-żewġ każijiet kienu ġustifikati.
Leg 11 PQ #14200 Sitting 201 2010-03-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — laqgħat mhux fil-ħin stipulat

Question

Jista' l-Prim ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għamlu laqgħa tal-kunsill lokali mhux fil-ħin stipulat fil-liġi? X'passi se jittieħdu kontra dawk il-kunsill ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent ma jirriżultax li hemm xi kunsill lokali li m’għamilx il-laqgħa tiegħu fil-ħin stipulat fil-liġi.
Leg 11 PQ #14201 Sitting 201 2010-03-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għall-Gvern Lokali — penali lil xi kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali fejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta xi penali? Għal liema raġuni ngħatat din il-penali ? Kemm kien il-penali għal kull każ ? F'liema sena minn mindu twaqqaf il-kunsill lokali ntgħatat il-penali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-kunsill ;okali li ngħataw xi penali sa minn meta bdiet titħaddem din is-sistema.

Birgu — xogħlijiet fuq Triq San Lawrenz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm l-awtoritajiet konċernati biex issir Triq San Lawrenz, il-Birgu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed isiru l-aħħar arranġamenti ma' l-MRRA (Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali) biex dan ix-xogħol ikun jista’ jinbeda.

Tagħlim tal-arti u l-mużika fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel li għad m'għandhomx post adegwat sabiex jgħallmu kemm l-arti kif ukoll il-muzika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskejjel primarji tal-Istat t-tagħlim tal-arti jista’ jsir fil-klassi jew fi kmamar speċjali. Hemm tmienja u sittin (68) skola primarja u dawn kollha għandhom kmamar speċjali għat-tagħlim tal-arti. Fl-iskejjel sekondarji kollha hemm kmamar speċjali jew art rooms. Hemm sebgħa u għoxrin (27) skola tal-Knisja u 13-il skola Indipendenti li għandhom kamra apposta għat-tagħlim tal-Arti. Fl-iskejjel primarji tal-Knisja u Indipendenti, t-tagħlim tal-Arti jista’ jsir fil-klassi jew fi klassi adatta għat-tagħlim ta’ dan is-suġġett. Fl-iskejjel sekondarji hemm kmamar apposta għat-tagħlim tal-Arti. Rigward mużika l-iskejjel kollha tal-Istat għandhom ir-riżorsi fiżiċi fejn jistgħu jinżammu l-lezzjonijiet tal-mużika. Hemm 19-il skola tal-Knisja u 10 skejjel Indipendenti li għandhom kamra adegwata għat-tagħlim tal-mużika. L-iskejjel kollha għandhom riżorsi għat-tagħlim tal-Mużika. Skejjel Sekondarji Ogħla Post Adegwat għall-Arti Post Adegwat għall-Mużika Sir M’Ang Refalo (Għawdex) Iva Iva Giovanni Curmi HSS Iva Le

pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha armla għal aktar minn sentejn u għandha żewgt itfal jgħixu magħha għadha ma bdietx tirċievi l-pensjoni tar-romol jew ir-relief?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.

Bormla — Wires imwaħħlin ħażin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li hemm xi irregolaritajiet f'xi wires fiż-żona f'Bormla, li hija mmarkata fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament? Jekk iva, x'passi se jittieħdu biex jitneħħa l-periklu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni li saret irriżulta li hemm wire minn dar fi Triq Pulverista k/m Triq Carmelo Mifsud Bonnici mogħddi b’mod irregolari mingħand is-sid tad-dar minn din id-dar għal ġo l-għalqa faċċata tad-dar. Is-sid tal-proprjetà ġie ordnat biex ineħħi dan il-wire.

Post tal-Gvern — Bdil ta' saqaf

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-post tal-Gvern, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu s-soqfa kkundannati jiġu rranġati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma jirriżultax li saret talba mill-inkwilini biex isiru tiswijiet fil-post imsemmi. F’każijiet bħal dawn, l-inkwilini għandhom minnufih japplikaw taħt l-iSkema SM (Structural Maintenance for Government owned property) sabiex l-Awtorità tkun tista’ tipproċessa t-talba u eventwalment tipproċedi bix-xogħol jew tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-inkwilini sabiex jitneħħa l-periklu u jsiru t-tiswijiet strutturali.

Risposta għal ittra dwar alterazzjoni f'dar

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ittra li bagħat l-individwu, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi mwieġba?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm huwa veru li l-ittra li ntbagħtet mill-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament ma kieneitx imwieġba bil-miktub, però l-individwu jaf tajjeb li saru għexieren ta’ kuntatti telefoniċi bejnu u bejn diversi uffiċċjali tal-Uffiċċju Konġunt dwar il-problema imsemmija fl-ittra tiegħu tal-25 ta’ Jannar 2009. Minkejja dan, f’dawn il-jiem, lill-individwu se tintbagħtlu tweġiba bil-miktub.

Talba għal post tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu post tal-Gvern? Din hija single parent, unemployed u tgħix ma' binha f'post tal-privat

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid lill-persuna ndikata minnu tersaq lejn il-Customer Care Service tal-Awtorità tad-Djar u titlob ‘status report’ tal-applikazzjoni tagħha.

Proġett ta' twaqqiegħ — post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħat separatament, li jgħix f'post sub-standard u qiegħed f'żona ta' proġett ta' twaqqiegħ għadu ma ġiex pprovdut b'xi post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna li qegħda issir riferenza għaliha lanqas għandha applikazzjoni għall-post alternattiv ma’ l-Awtorità tad-Djar. Il-mara ta’ din il-persuna ġiet allokata appartament ġdid ġewwa Triq Santa Elena, Bormla. Ġurnata qabel ma ffirmat il-kuntratt ta’ kirja din il-koppja sseparaw u skont is-separazzjoni “il-partijiet jaqblu li l-mara u wliedha jibqgħu jgħixu fid-dar matrimonjali li ġġib n-numru wieħed (1) f’Telgħet Hanover Bormla jew kull indirizz ieħor fejn tiġi stabbilita d-dar matrimonjali u r-raġel għandu jfittex residenza oħra alternattiva”. Dan iffisser li l-Awtorità tad-Djar kellha l-obbligu li issib post alternattiv lill-persuna li l-post ta’ Hanover kien assenjat lilha – f’dan il-każ lill-mara u fil-verità dan l'għamlet l-Awtorità tad-Djar. Hija fir-responsabilità tal-persuna indikata li tfittex post alternattiv u m’għandha l-ebda dritt li tibqa tgħix hemm.
Leg 11 PQ #13868 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — elezzjonijiet għall-kumitati tal-hamlets

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-ġimgħat li ġejjin se ssirilhom l-elezzjoni għall-kumitati tal-hamlets? Meta mistennija ssir kull elezzjoni? Kemm hu n-numru ta' nies li huma eliġibbli li jivvutaw f'kull hamlet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li għall-ewwel parti tal-Misoqsija jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13712. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ nies li huma eliġibbli li jivvutaw f’kull komunità qed nelenka n-numru ta’ votanti fil-komunitajiet eżistenti (skont l-aħħar reġistru elettorali). Il-votanti għall-Kumitati tal-Komunitajiet il-ġodda għad irid jiġu pubblikati fir-Reġistru Elettorali l-ġdid li jinħareġ f’April 2010.
Leg 11 PQ #13869 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — memos mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu memos lill-kunsilli lokali mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali fis-sena 2009? Liema kienu? Huwa possibbli li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memos kollha tas-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm inħarġu memos fis-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Liema kienu? Huwa possibbli li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memos kollha ta' kull sena msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi lista ta’ memos li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħareġ mit-2005 sal-2009. Bħal ma jista’ jinnota l-Onorevoli Membru kien hemm 211 il-memo. Tajjeb ngħid li l-Onorevoli Interpellant jirċievi kopja ta’ kull memo maħruġ mid-Dipartiment fil-kapaċità tiegħu bħala Shadow Minister tal-Kunsilli Lokali. Minħabba l-volum enormi ta’ dokumentazzjoni, l-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jindika liema ċirkolari partikolari għandu bżonn kopja tagħha u din tingħatalu.

Awtorità tad-Djar — Chief Executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi/hu ċ-Chief Executive tal-Awtorità tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tagħmel referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13662, li sakemm l-Awtorità qiegħda fil-proċess biex timpjega persuna biex timla din il-pożizzjoni, l-post huwa vakant u bħala Acting Head hemm ic-Chairman li hu s-Sur Charles Borg.
Leg 11 PQ #13871 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att tal-kunsilli lokali — avviżi legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Avviżi Legali kollha li għadhom in vigore taħt l-Att tal-Kunsilli Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali diġà għadda kopja tal-Avviżi Legali kollha lill-Onorevoli Interpellant.