Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14415 Sitting 205 2010-03-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — miżuri ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12685 u 11850 u jgħid meta hu mistenni jitlesta l-qafas ta' regolamenti dwar is-set-up, inkluż ir-riżorsi umani u riżorsi fejn jidħol l-uffiċċju amministrattiv għal ħames reġjuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għadhom kemm ġew finalizzati linji direttivi skont l-artikolu 80(b) ta’ l-Att dwar il-Kunsilli Lokali li jipprovdu l-qafas għat-twaqqif tal-Kumitati Reġjonali. Dawn il-Linji Direttivi intbgħatu lill-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari. Hemm il-ħsieb li dawn il-linji direttivi iservu għal perjodu ta’ prova qabel jiġu ppublikati bħala regolamenti permezz ta’ Avviż Legali u dan sabiex ikun hemm żmien li fih ikunu jistgħu jiġu evalwati u emendati skont il-ħtieġa.
Leg 11 PQ #14416 Sitting 205 2010-03-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Cospicua Rangers - xogħol ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 12688 u jgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta' tisbiħ fil-lokalità ta' ħdejn il-Cospicua Rangers jiġifieri ħdejn il-flats tal-Gvern ta' Bormla? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti? Kemm se jiġi jiswa dan il-proġett? Dan il-proġett ta' tisbiħ skont il-gvern għadu jiġi finanzjat mill-Ministeru responsabbli għall-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Bormla qiegħed jistenna l-permess ta’ l-iżvillup mill-MEPA. Id-dewmien fil-ħruġ tal-permess huwa dovut primarjament għall-fatt li l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, kien qed japplika sabiex il-binja eżistenti tal-Cospicua Rangers tiġi estiża, liema proposta jidher li ma sabitx il-kunsens tas-Sovrintendenza tas-Swar. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali għamel emendi fil-pjanti u ċioe elimina kompletament l-estenzjoni tal-binja tal-Klabb imsemmi. Il-MEPA għadha qed tistenna xi rapporti mis-Sovrintendenza tas-Swar sabiex tapprova il-permess. Fuq talba tad-Direttur (Building and Engineering) fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla qed jieħu ħsieb il-proċess ta’ l-ippjanar u anke l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett. Il-ħlas ser isir kollu mill-Kunsill Lokali bi ftehim ma’ l-istess Dipartiment li hekk kif ix-xogħol ikun iċċertifikat mill-Works Manager, id-Dipartiment tal-Building and Engineering jirrimborsa l-flus kollha lill-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #14581 Sitting 205 2010-03-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12968 u 12085 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10565, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi it-tifsira ta' kull programm: Europe for Citizens, Youths in Action, MED, Youth in Action-EVS, Youth in Action-Youth Initiative, ERDF, ERDF-Education, Rural Funds Measure 313, Rural Funds Measure 323? Jista' jgħid x'benefiċċju għandu kull programm u fejn waslet it-talba li għamlu l-kunsilli lokali għall-applikazzjoni biex jibbenefikaw minn wieħed jew aktar minn dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14582 Sitting 205 2010-03-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — Programmi għal kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12918, 12064 u 10564 u jgħid liema huma l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li fil-preżent qed jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali? X'inhu l-budget ta' kull programm? X'inhu l-iskop ta' kull programm? Liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu minn kull programm? X'inhu l-perjodu ta' użu għal kull programm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi sa Ottubru 2009 38 Kunsill Lokali bbenifikaw jew jistgħu jibbenifikaw minn €21,304,498.21 (wieħed u għoxrin tlett mija u erbat elef, erba’ mija u tmienja u disgħin ewro u wieħed u għoxrin ċenteżmu) f’fondi finanzjarji mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-programmi jitrattaw l-aktar skambji ta’ żgħażagħ, ġemellaġġi, programmi edukattivi, l-aspett relatati mal-kultura, il-konservazzjoni tal-wirt rurali, l-attivitajiet fis-settur turistiku, l-innovazzjoni u l-ambjent. Fil-maġġor parti ta’ dawn il-programmi/miżuri/skemi huma validi għas-snin 2007-2013. Wara dan il-perjodu jiftħu oħrajn ġodda. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra id-dettalji dwar dawn il-fondi. Tabella A intitolata ‘Dettalji dwar fondi mill-Unjoni Ewropea lill-Kunsilli Lokali’ u Tabella B intitolata ‘Dettalji dwar applikazzjonijiet pendenti għall fondi mill-Unjoni Ewropea lill-Kunsilli Lokali’.
Leg 11 PQ #14583 Sitting 205 2010-03-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — programmi li bbenefikaw minnhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12917, 12066 u 10567 u jgħid minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema hu l-programm? Kemm kien l-ammont fi flus li bbenefika minnhom kull kunsill? Kemm kien intitolat li jista' jibbenefika minn dan il-programm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14582.

Kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tiġi mitluba biex tħallas kont tad-dawl meta dawn lanqas biss għandhom is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proprjetà imsemmiha mill Onorevoli interpellant m’hix reġistrata fuq il-persuna li qed tagħmel l-ilment. Mill-istħarriġ li sar irriżulta li f’Awwissu 2001 irċevejna ittra fejn ġejna infurmati li l-post mhux abitabbli u sabiex jiġu riveduti l-kontijiet pendenti. Il-KSI irrispondiet b’ittra fejn il-konsumatriċi ġiet infurmata li sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa hemm bżonn li jittieħed qari uffiċċjali. Dan il-qari qatt ma sar u wieħed jista’ jifhem li la ma kellniex qari uffiċċjali l-kontijiet ma ġewx riveduti. Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni li dan il-post ilu snin twal ma jinqara peress li kull meta jmur jaqra l-meter reader isib il-post magħluq. Peress li l-imsemmi post ma kienx qed jinqara il-KSI għamlet spezzjoni sabiex jiġi stabbilit is-sitwazzjoni ta’ dan il-fond, però bla ebda suċċess għax reġa’ ma kellniex aċċess. Is-Sinjura li ressqet l-ilment ġiet ikkuntatjata fejn ġejna mgħarrfin li dan il-post xtratu mingħand terzi persuni madwar 10 snin ilu però qatt ma applikat biex dan il-kont jiġi reġistrat fuq isimha kif ukoll ikkonfermat li qatt ma tat aċċess lil meter reader biex jittieħed qari. Fil-futur qrib għandha ssir spezzjoni oħra sabiex jittieħed qari (wara ħafna snin) u jkunu jistgħu jiġu aġġustati l-kontijiet pendenti. Il-konsumatriċi ġiet avżata biex timla d-dokumenti neċessarji sabiex il-kont ikun jista’ jdur fuq isimha.
Leg 11 PQ #14409 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12730 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie ffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14410 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12659 u 11851 u jgħid kemm iddaħħlu impjegati ġodda fil-kunsilli lokali minn April 2008 sal-lum? F'liema kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14411 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — użu ta' sistema ġdida ta' dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12660 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali kollha li qed jużaw sistema ġdida ta' dawl li taħdem bl-enerġija tax-xemx? Liema huma d-ditti li qed jagħmlu dan ix-xogħol mal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Numru 12660.
Leg 11 PQ #14412 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12663 u 11849 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq Proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Irranġar ta' post

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiġi allokat il-post battal li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? X'passi qed jittieħdu biex qabel jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadha għaddejja inkjesta maġisterjali fuq il-post imsemmi.
Leg 11 PQ #14414 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skemi differenti tal-ġbir tal-iskart

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12728 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma l-iskemi differenti tal-ġbir tal-iskart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2496 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn huma s-Segretarji Eżekuttivi f’kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex? F’liema sena ħarget l-approvazzjoni mid-dipartiment tal-kunsilli lokali, aktar tard dipartiment tal-gvern lokali, għal kull segretarju eżekuttiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 1803. Vide PL 4257 mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 204 nhar it-Tlieta, 23 ta' Marzu 2010.
Leg 11 PQ #12660 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — użu ta' sistema ġdida ta' dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali kollha li qed jużaw sistema ġdida ta' dawl li taħdem bl-enerġija tax-xemx? Liema huma d-ditti li qed jagħmlu dan ix-xogħol mal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12660, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #13194 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — responsabbiltajiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12409 u jikkonferma, issa li ġie ppreżentat il-Budget 2010 u qed jintqal li l-kunsilli lokali għandhom responsabbiltajiet ġodda, liema huma dawn ir-responsabbiltajiet ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Kunsilli Lokali u li issa daħlu kollha fis-seħħ huma dawk li jinsabu elenkati fl-artikolu 19 tal-Att Nru XVI tal-2009.
Leg 11 PQ #13717 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

punti mid-diskors tal-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12541 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għad-diskors tal-budget paġna 44, jista' jikkonferma dak li qiegħed nifhem f'dan is-sens : a) se jiġu identifikati toroq li se jinbnew u jitmantnu, liema spiża huwa stmat li tilħaq ma' €8 miljun, b) li dawk il-kunsilli lokali li jiddeċiedu li jipparteċipaw fil-public private partnership hekk proposta, iridu joħorġu nofs l-ispiża għall-bini u manteniment ta' toroq ċ) li allura il-Gvern Ċentrali se jkun qiegħed jalloka s-somma ta' €1 miljun għad-dispożizjoni tal-kunsilli lokali biex jipparteċipaw f'din l-iskema.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena kurrenti hemm żewġ skemi ta’ għajnuna finanzjarja mmirata għal Toroq Residenzjali. L-ewwel skema, tikkonsisti fi Proġett Pilota għat-Toroq u li għaliha ġew magħżula it-Toroq fil-Madliena (Lokalità tas-Swieqi), l-Imqabba u Ħal Kirkop. Għal dawn it-tlett proġetti pilota ġiet ivvutata s-somma ta’ €1 miljun. Minbarra dan, permezz ta’ ċirkolari maħruġa fil-bidu ta’ din is-sena il-Kunsill Lokali, ġew infurmati li jistgħu joħorġu sejħiet għal offerti ta’ bini ta’ għadd ta’ toroq residenzjali permezz ta’ Public Private Partnership , fejn il-Kuntrattur ser jiġi obbligat li jibni u jmantni it-Toroq allokati lilu fuq medda ta’ snin. Għal dan il-għan, il-gvern qed jalloka €1 miljun bħala fondi speċjali bil-ħsieb li l-Kunsill joħroġ il-parti tiegħu. Hu mmirat li permezz ta’ din l-għajnuna isiru b’kemm jiswew madwar €8 miljun f’xogħlijiet ta’ Toroq Residenzjali.
Leg 11 PQ #13723 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iffirmar ta' ftehim mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kull fejn intervjena l-gvern, liema kunsilli lokali ffirmaw ftehim mal-Ministeru tiegħu bħala gwida ta' kif għandu jibqa' jintuża l-post? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li l-Ministeru tiegħu ffirma ma' xi kunsilli lokali minn Mejju 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika x’tip ta’ ftehim qed jirreferi għalih, u ċioe jekk hux qed jirreferi għal xogħlijiet li saru mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali għan-nom tal-Kunsill, inkella xogħlijiet li saru fuq skala nazzjonali fejn il-funzjoni taż-żamma u manutenzjoni ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #13786 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx il-minuti ta' l-aħħar laqgħa tal-kunsill lokali tagħhom jidher fuq il-website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali? X'passi se jieħu d-dipartiment f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 24 il-Kunsill Lokali li sad-data ta’ din ir-risposta kienu għadhom ma poġġewx il-minuti tal-laqgħat aġġornati fuq il-website uffiċjali tal-Kunsilli Lokali amministrata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Dawn il-Kunsilli huma: Il-Belt Valletta, l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Ir-Rabat (Għawdex), Birkirkara, Ħad-Dingli, Il-Gżira, Għajnsielem, L-Għasri, Ħal Għaxaq, Il-Ħamrun, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Il-Mellieħa, Il-Mosta, Pietà, Il-Qala, San Ġwann, San Lawrenz, Ta’ Sannat, Tas-Sliema, Ħal Tarxien u x-Xgħajra. Dawn il-Kunsilli ngħataw żmien stipulat sabiex jirregolarizzaw ruħhom u fin-nuqqas ta’ dan se jeħlu penali.

skejjel — aċċessibilità għal studenti bi bżonnijet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel li mhumiex provduti b'aċċessibilità għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali, per eżempju lifts, rampi eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minħabba xi dislivelli fl-istruttura interna tal-iskejjel, u biex ikun hemm aċċess komplet f’kull klassi għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali, se jittieħdu l-passi neċessarji sabiex isiru rampi f’dawn l-iskejjel. L-iskejjel Primarji tal-Gudja, Ħamrun (GP), Msida, Pietà, Rabat, Safi, Għajnsielem u l-iskejjel Sekondarji: Liċeo Blata l-Bajda, tas-Subien Naxxar u tal-Bniet Tarxien. Fil-preżent fejn l-aċċessibilità mhix kompleta fis-sulari kollha, isiru arranġamenti interni biex persuna b’diżabilità tingħata s-servizzi edukattivi kollha fis-sular/i fejn hemm aċċessibilità kompleta.