Kunsilli Lokali moniterjati mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu moniterjati mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bħalissa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jimmoniterja b’mod dirett lill-Kunsill Lokali tal-Mosta wara li dan il-kunsill kien inħariglu Avviż Formali, kemm permezz ta’ moniteraġġ ta’ dokumentazzjoni u l-operat tal-kunsill, inkluż moniteraġġ tal-laqgħat tal-kunsill.
Barra minn hekk, fil-kors normali tax-xogħol tiegħu d-Dipartiment, permezz tal-
monitoring unit
tiegħu jagħmel moniteraġġ ta’ Kunsilli abbażi ta’
sampling
ta’ (a) l-Iskedi tal-Pagamenti (b) id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsilli Lokali u (ċ) l-operat finanzjarju inklużi r-Rapport Finanzjarju ta’ kull Kwart u l-
Balance Sheets
tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Gvern biex jieqaf il-proġett ta' tisbiħ tax-Xatt tas-Sajjieda, Marsaxlokk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Proġett ta' Xatt is-Sajjieda f' Marsaxlokk fl-ebda ħin ma twaqqaf. Wara li tlestiet l-ewwel fażi, inbeda proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha konċernati dwar it-tieni fażi.
Fil-laqgħat ġew espressi pożizzjonijiet konfiġġenti mill-partijiet ikkonsultati. Il-Gvern dejjem għamilha ċara li, filwaqt li hu determinat li jkompli l-proġett, minn naħa tiegħu l-Gvern mhux dispost jonfoq flus pubbliċi biex jissebbaħ il-
promenade
biex dan jispiċċa ssirlu ħsara fi żmien qasir jekk jibqa jintuża kif inhu llum.
Dan il-proċess issa ġie konkluż u x-xogħol fuq it-tieni fażi indeda proprju fil-ġranet li għaddew. Nieħu ġost ninnota li dan ix-xogħol għandu l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta' titjib u bini mill-ġdid ta' toroq fosthom arterji li mistennija jsiru din is-sena, jiġifieri 2010? Kemm se tiġi tiswa kull triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-proġett ta' titjib u bini mill-ġdid ta' toroq fosthom arterji ewlenin tat-traffiku f'pajjiżna, kemm se joħroġ il-Gvern ta' Malta u kemm se joħorġu flus li ġejjin minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, fil-preżent kemm hemm kunsilli lokali li qed jibnu uffiċini ġodda? Liema huma l-kunsilli lokali? Kemm se tiġi tiswa kull binja? Meta beda x-xogħol ta' kostruzzjoni u meta mistenni jitlesta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħal issa hemm tliet Kunsilli Lokali li qed jagħmlu xi xogħol ta’ kostruzzjoni fl-uffiċini amministrattivi tagħhom.
Dawn huma:
(1) Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem qed jibni l-uffiċini amministrattivi tiegħu. Dan ix-xogħol huwa stmat li jiswa’ €79,235. Ix-xogħol beda f’Diċembru 2009 u bħala kostruzzjoni mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta’ Mejju 2010;
(2) Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr li qed jagħmel xogħol ta’ estensjoni fl-uffiċini tiegħu – xogħol li ser jinkludi wkoll Day Care Centre. Dan ix-xogħol huwa stmat li jiswa’ madwar € 250,000. Ix-xogħol beda f’Mejju 2008. Filwaqt li l-bini huwa lest, l-attrezzar tiegħu mistenni jitlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena; u
(3) Il-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li qed jibni l-uffiċini amministrattivi ġodda tiegħu li ser jiġu jiswew madwar € 162,521. (Dan jinkludi l-attrezzar kif ukoll l-aperturi tal-Kalkara tal-Ġir li tmiss ma’ l-istess uffiċini). Ix-xogħol beda f’Novembru 2008 u mistenni jitlesta aktar tard din is-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-passat jew fil-preżent kellhom xi proġetti li għamlu jew qed jagħmlu xi investiment bl-użu tal-enerġija alternattiva fil-lokal tagħhom? Xi tip ta' proġett? Kemm kien jiswa fi flus kull proġett? Kemm ħareġ il-kunsill? Kemm ħareġ il-Gvern ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13710.
Pannelli fotovoltajċi fuq binjiet tal-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom sistema ta' pannelli fotovoltajiċi fuq il-binja tal-kunsilli lokali? Kemm qed jiġu iġġenerati units ta' elettriku fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12660.
Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali — relazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'forma ta' relazzjoni teżisti bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ?
Jista' jgħid fl-aħħar sena kemm-il darba d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għamel kuntatt f'forma ta' konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fuq inizjattivi/skemi li għandu l-istess dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi r-relazzjoni bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, u l-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali hi waħda kontinwa fejn issir komunikazzjoni fuq kull materja li b’xi mod tolqot l-operat tal-Kunsilli Lokali. Diversi drabi tali komunikazzjoni issir permezz ta’ l-użu tal-posta elettronika kif ukoll telefonati f’xi każijiet urġenti u għaldaqstant mhux possibbli li jiġi ddeċifrat in-numru ta’ dawn il-kuntatti.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex tiġi rrangata l-apramorta tal-bejt f'binja tal-Gvern, fi Blokk 1, Hubbard Flats, Bormla li tinsab f'periklu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn spezzjoni li diġa saret fil-post imsemmi, ma jirriżultax li hemm periklu. Għalkemm bħalissa l-Awtorità tad-Djar qed tagħti prijorità lill-każijiet ta’ strutturi perikolużi u rranġar ta’ bjut, li huma aktar urġenti, dan ix-xogħol se jiġi inkluż fi programm ta’ tiswijijiet fil-faċċati tal-blokki, li għandu jitfassal fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid x'sens tagħmel skema tal-Awtorità tad-Djar, eżattament skema R, jiġifieri sussidju tal-kera f'residenzi privati li dawk li qed iħallsu kera ta' €185 fis-sena ma jibbenefikawx minn din l-iskema u dawk li jħallsu aktar minn €186 jistgħu jibbenefikaw? X'inhu l-budget għal din l-iskema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14902. L-Awtorità tad-Djar m'għandhiex budget speċifikament għal din l-iskema però l-Awtorità tad-Djar tissussidja kull applikazzjoni li tkun eliġibbli taħt l-iskema.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13158 u 12374 u jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 13159 u 12376 u tgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tagħha fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tagħha u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tagħha vis-a-vis il-kunsilli lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali — korsijiet u taħriġ għal lokal tagħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13004 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li din is-sena organizzaw xi kors\taħriġ fil-kunsill tagħhom għall-komunità tal-lokal tagħhom? X'kien il-kors/taħriġ ? Jista' jgħid min hu l-perit ta' kull kunsill lokali mqabbad mill-istess kunsill? Jista' jgħid minn hu l-accountant ta' kull kunsill lokali imqabbad mill-istess kunsill? Jista' jgħid min hu l-avukat ta' kull kunsill lokali mqabbad mill-istess kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13004, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru: (1) Korsijiet/taħriġ li saru mill-Kunsilli Lokali matul l-2009; u (2) l-ismijiet tal-periti, l-accountants u l-avukati tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jara li l-Għassa tal-Pulizija ta' Bormla tieħu l-passi neċessarji biex jitneħħa l-periklu li hemm fil-gallariji tal-post li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li qed ikun ta' periklu għal terzi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġà bdiet tieħu l-azzjoni meħtieġa billi talbet li ssir spezzjoni mill-Perit tal-Gvern u jinħareġ rapport fuq dan il-każ sabiex tittieħed azzjoni immedjata.
Awtorità tad-Djar — inspector fuq post sub-standard
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar tibgħat inspector fil-post li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatmaent, li jinsab fi stat ta' periklu u sub-standard?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-uffiċċjlali tal-Awtorita’ tad-Djar għamlu inspezzjoni nhar l-24 ta’ Marzu 2010. Ser issir spezzjoni nhar l-Erbgħa, 21 t’April 2010 minn-perit sabiex jiġi verifikat jekk hemmx periklu f’dan il-fond.
Tajjeb li wieħed jgħid li l-post imsemmi huwa kiri minn għand il-privat u għaldaqstant l-Awtorità mhix responsabbli biex jitranġaw il-perikli f’dan l-post.
L-inkwilin kien ġie allokat post ġdid mill-Awtorità tad-Djar ġewwa Birżebbuġa. Wara żmien toqgħod fih hu rritorna ċ-ċwievet tal-post u mar joqgħod fil-post imsemmi fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li l-kont tad-dawl u l-ilma li qed jintbagħat separatament, li ntbagħat lill-inkwilin li jgħix f'post tal-gvern f'Bormla, jiġi verifikat minħabba li jidher li qed ikun għoli ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli interpellant ġie mistħarreġ. Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru ma jirriżultax li hemm xi anomaliji fil-kontijiet tad dawl u ta’ l-ilma.
Ta min wieħed jiġbed l-attenzjoni li f’dan il-fond imsemmi ma hemm ħadd reġistrat għas-sussidju. Għalhekk jekk hemm xi persuni li jabitaw b’mod permanenti għandhom jimlew id-dokumenti neċessarji sabiex il-kont jiġi maħdum fuq in-numru tal-persuni korrett. In-numru tal-persuni reġistrati fuq il-kont jaffettwa kemm il-kont ta’ l-ilma kif ukoll tad-dawl.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titwaħħal il-lampa ta' d-dawl mad-dar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fi Triq Ħal-Far, Żurrieq wara talba li għamel il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-talba mill-Kunsill Lokali ġiet ivvetjata wara li sar site meeting mar-rappreżentanti tal-Kunsill Lokali u ġie kkonfermat li t-talba għal żieda ta’ street lighting hija ġġustifikata skont il-manual tal-street lighting. Il-Kunsill Lokali ġie nfurmat fit-8 ta’ Frar u hija r-responsabbiltà tagħhom li jagħmlu arranġamenti mal-kuntrattur biex tiġi stallata l-lanterna u biex japplikaw ħalli tiġi kkonnetjata mas-sistema tal-street lighting tat-triq kkonċernata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn playing fields f'Malta u f'Għawdex separatament? Fejn huma? Min hu responsabbli għalihom? Xi studju qed isir biex jiġu irranġati? Liema playing fields ġew devoluti lill-kunsilli lokali? F'liema sena? X'passi qed jittħiedu biex jitneħħa l-periklu minn xi playing fields li jinsabu fi stat ta' abbandun? Ta' min hi r-responsabilità jekk xi ħadd iweġġa' qabel ma jiġu rranġati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 12403 u 12404 fejn kont elenkajt il-lista ta’ playgrounds u playing fields li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali kif ukoll infurmajt illi kien ser tinħareġ sejħa għall-Offerti biex isir risk assessment ta’ dawn il-palying fields.
Ninsab infurmat li bħalissa qed issir l-evalwazzjoni tal-Offerti u fi ftit żmien ieħor jingħata l-kuntratt. Ir-rapporti li se jsiru fuq kull
playing field
ser jiġu mgħoddija lill-Kunsilli Lokali rispettivi u dan ikun mistenni li jindirizzaw r-riskji elenkati.
Peress illi ż-żamma u l-manutenzjoni tal-
playing fields
hija r-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali, f’każ li xi ħadd iweġġa’, ir-responsabbiltà tkun tal-Kunsill partikolari.
Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda l-lista ta’ devoluzzjonijiet ta’
playing fields
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, minn kull skema li għandu l-gvern vis-à-vis il-kunsilli lokali, min huma l-persuni li jivvalutaw jew jaġġudikaw lill-applikanti? Fuq liema kriterji ntgħażlu jew se jintgħażlu? Qed jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-persuni li jevalwaw id-diversi skemi li qed joħorġu lill-Kunsilli Lokali, ikunu: (i) uffiċjali mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, (ii) uffiċjali mis-Segretarjat għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika u (iii) xi uffiċjali oħra minn xi entità oħra (bħal per eżempju Turiżmu) li jkollha x’taqsam direttament mal-iskema partikolari. Dawn l-uffiċjali jintgħażlu fuq l-esperjenza vasta li għandhom fil-qasam speċifiku. Dawn l-uffiċjali m’għandhom l-ebda forma ta’ remunerazzjoni talli qed jagħmlu dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12059 u 10579 u jgħid kemm hawn postijiet fejn tipparkja l-vettura fit-toroq ta' Malta u Għawdex li ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport bħala bażi ta' parking wara talba minn kull kunsill lokali? Kemm minn dawn il-parking bays huma riservati? Jista' jagħti d-dettalji lokal b'lokal u kategorija b'kategorija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li normalment talbiet għal parking li jsiru mill-Kunsilli Lokali jsiru fuq bażi ta' parti minn triq partikolari jew it-triq kollha iktar milli fuq bażi ta' numru ta' parking bays. Minħabba f'hekk l-informazzjoni kif mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma teżistix.
Dwar in-numru ta' parking bays li huma risrvati qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.