Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15059 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-fondi Ewropej li jistgħu jgawdu minnhom il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm diversi fondi tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jgawdu minnhom il-Kunsilli Lokali. Dawn il-fondi kollha għandhom karrateristiċi differenti u wieħed ikun jista’ jibbenifika minn xi fond jekk ikun jissodisfa il-kundizzjonijiet ta’ tali fondi. Huwa proprju minħabba l-kumplessita tal-applikazzjonijiet ta’ dawn il-fondi, illi l-MEUSAC tgħin lill-Kunsilli Lokali biex jimlew applikazzjonijiet tajba għall-fondi li jkunu jistgħu japplikaw għalihom. Sadanittant nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt lilu stess għall-Mistoqsija Parlamentari 4825 fit-12 ta’ Jannar 2009, u li fiha l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #15060 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej għas-sena 2009

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-fondi Ewropej tas-sena 2009, kemm se jibbenifika kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Billi li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali kollha, Kunsill Kunsill, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15062 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi għall-proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-programm Italia-Malta, kemm-il kunsill lokali akkwista fondi biex jorganizza proġetti relatati mar-riċerka, turiżmu, kultura, ambjent, enerġija u prekawzjoni tar-riskju? Liema huma l-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali kollha, Kunsill Kunsill, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15040 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marketing għall-attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' marketing qed isir biex attivitajiet kulturali organizzati mill-kunsilli lokali ikunu reklamati barra minn xtutna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-attivitajiet kulturali organizzati mill-Kunsill Lokali imniżżla fuq il-brochure intitolat ‘The Maltese Islands Event Calendar Highlights 2010’ maħruġ mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Dawn il- brochures qegħdin jitqassmu mill-uffiċċji barranin tal-istess MTA. Filwaqt li verżjoni aktar aġġornata ta’ dan il- brochure se tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin. Barra minn hekk, firxa wiesgħa u aġġornata ta’ attivitajiet kulturali tittella’ ta’ kuljum fuq is-sit www.visitmalta.com liema sit iżuruh mat-13,000 unique visitors kuljum. Dan apparti l- marketing għal tal-apposta li jsir mill-uffiċċji ta’ barra tal-MTA għall-avvenimenti partikolari bħall- Isle of MTV , ir- Rolex Middle Sea Race , il-kunċert ta’ Joseph Calleja fost oħrajn.

Triq bil-permessi meħtieġa

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12975, jista' l-Ministru jgħid jekk għandhiex il-permessi provduti fejn jidħol road markings, jiġifieri sinjali ta' mal-art tat-triq kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fit-triq in kwistjoni, l-unika road markings li għandhom il-permess ta' Transport Malta huma ż-zebra crossings.
Leg 11 PQ #15042 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet relatati mal-karnival

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jorganizzaw attivitajiet relatati mal-karnival? Kemm ibbenefika fi flus kull kunsill mill-Gvern ta' Malta għal kull attività? Kemm ħareġ il-kunsill għall-attività tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rċevuti li ħallsu l-kunsilli lokali għall-attivitajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15044 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rendikont ta' ħidmiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja fejn ingħata rendikont ta' ħidmiet kull kunsilli lokali għamel matul is-sena finanzjarja li ntemmet f'Diċembru 2009, kif ukoll tagħrif dwar il-budget għas-sena 2010 fil-laqgħat li saru għar-residenti tal-lokalitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq jara xi dokumenti partikolari għandu jagħmel it-talba tiegħu lil dan id-Dipartiment u dan ikun jista’ jipprovdilu l-informazzjoni mitluba. L-Onorevoli Interpellant żgur jifhem illi biex isiru l-kopji neċessarji biex jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra mhux biss tirrikjedi volum kbir ta’ riżorsi umani u ħin imma ukoll użu kbir ta’ karta li ma hix konformi ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali.
Leg 11 PQ #15047 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat annwali — rendikont ta' ħidmiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw il-laqgħat annwali tal-lokalità tagħhom s'issa? Meta ġew organizzati u jekk ir-rendikont ta' ħidmiet tal-kunsilli lokali matul is-sena finanzjarja li ntemmet f'Diċembru 2009, ġewx approvati kollha minn kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15051 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

laqgħat annwali organizzati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw il-laqgħat annwali fejn ir-residenti tal-lokali li ġew magħrfa dwar il-budget għas-sena 2010 u li ma ġewx approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15033 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern Lokali — Monitering Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jistenna rapporti mill-Monitering Unit tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15032.
Leg 11 PQ #15034 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għal-Gvern Lokali — Monitering Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħix x'inhu r-rwol tal-Monitering Unit tad-Dipartiment għal-Gvern Lokali? Kemm hemm persuni li jaħdmu f'dan il-Unit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Monitering Unit tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu diversi funzjonijiet. Dawn jinkludu: a) l-istħarriġ ta’ diversi ilmenti jew allegazzjonijiet li d-Dipartiment jirċievi minn żmien għal żmien; b) l-iskrutinju tal-minuti tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tal-iSkedi tal-Pagamenti li jiffurmaw parti tal-istess minuti; c) l-iskrutinju ta’ diversi dokumenti statutorji bħalma huma l-Estimi Annwali u l-Pjani ta’ Ħidma; d) skrutinju b’mod partikolari ta’ dawk il-kunsilli li jkunu qed jirreġistraw żbilanċ fil- working capital tagħhom biex dawn jirregolarizzaw ruħhom fl-iqsar żmien possibbli; u e) ko-ordinament fuq bażi regolari mal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali fuq kull aspett li jolqot il-Kunsilli Lokali b’mod partikolari waqt l-egħluq tas-sena finanzjarja biex jiġi assigurat illi l- financial statements jiġu sottomessi fil-ħin stipulat bil-liġi, f) tħejjija ta’ diversi Rapporti kif mitluba mid-Direttur, Gvern Lokali. Bħalissa hemm tliet uffiċjali jaħdmu f’dan il-Unit: Uffiċjali fi Grad 5 u żewġ Monitoring Officers .
Leg 11 PQ #15035 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għall-Gvern Lokali — unit għal disgwid fil-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali li fil-futur iwaqqaf unit biex tinstab soluzzjoni għal disgwid li jista' jkun hemm fil-kunsilli lokali bl-iskop li d-dipartiment jintervjeni ħalli l-kunsilli lokali jirranġa s-sitwazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord ta’ Gvernanza Lokali li għadu kemm twaqqaf fi ħdan id-Dipartiment għal Gvern Lokali bis-saħħa tal-Avviż Legali 63 tal-2010 ser ikun qed jitratta wkoll każijiet bħal dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #15036 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Miżuri ta' inkoraġġament f'attivitajiet turistiċi f'żoni rurali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-miżura ta' inkoraġġament ta' attivitajiet turistiċi f'żoni rurali? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li applikaw għall-miżura ta' konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali? X'forma ta' benefiċċji se jieħdu l-kunsilli lokali b'dawn il-miżuri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Kirkop, San Pawl il-Baħar, Birżebbuġa, L-Iklin, San Lawrenz, Il-Munxar, Iż-Żurrieq, L-Għarb, Santa Luċija, Ir-Rabat, Il-Mosta, San Ġwann, Għajnsielem, Ta’ Sannat, Il-Qala, Ħal Għargħur, L-Imqabba u Ħad Dingli applikaw kemm għall-miżura ta’ inkoraġġament ta’ attivitajiet turistiċi f’żoni rurali kif ukoll għal dik ta’ konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali. Il-Kunsill Lokali ta’ Fontana applika biss għal dik ta’ attivitajiet turistiċi, filwaqt illi l-Kunsilli Lokali ta’ ix-Xagħra u Iż-Żebbuġ applikaw biss għal dik ta’ konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali. Dawn il-Kunsilli jistgħu jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali EAFRD. Il-fondi li jieħu kull Kunsill jiddependu mill-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dak il-Kunsill partikolari.

Miżuri ta' inkoraġġament f'attivitajiet turistiċi f'żoni rurali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-miżura ta' inkoraġġament ta' attivitajiet turistiċi f'żoni rurali? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li applikaw għall-miżura ta' konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali? X'forma ta' benefiċċji se jieħdu il-kunsilli lokali b'dawn il-miżuri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-miżuri li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għaliha, huma: Miżura Nru 313 - Inkuraġġiment ta' Attivitajiet Turistiċi f' Żoni Rurali u Miżura Nru 323 - Konservazzjoni u Titjib tal-Patrimonju Rurali. Lista bid-dettalji tal-applikazzjonijiet mitfugħa mill-Kunsilli Lokali qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed ikunu valutati. Il-benefiċċji se jkunu taħt forma ta' rifużjoni ta' perċentwali tal-ispejjeż eliġibbli.
Leg 11 PQ #15038 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kalendarju ta' attivitajiet kulturali li se jiġu organizzati mill-kunsilli lokali din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-kalendarju tal-attivitajiet kulturali li ġew organizzati jew għad iridu jiġu organizzati mill-Kunsilli Lokali matul l-2010. Ta’ min isemmi li xi attivitajiet kellhom jiġu posposti mid-dati oriġinarjament maħsuba minħabba ċirkostanzi li xi Kunsilli ma kellhomx kontroll fuqhom.
Leg 11 PQ #15027 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skemi/inizjattivi għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx skema/inizjattiva biex jibbenefikaw il-kunsilli lokali fi flus biex huma jkunu jistgħu jagħmlu studju ambjentali fl-interess tal-lokalità tagħhom? Jekk iva, liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw? Kemm kien l-ammont fi flus li ħa kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul l-2009 kien hemm żewġ skemi li bihom setgħu jibbenefikaw il-kunsilli lokali. Dawn kienu: (1) Proġett Pilota għal-lokalitajiet sostenibbli u (2) il-Green Challenge Award. Għall-Proġett Pilota għall-lokalitajiet sostenibbli bbenefikaw il-Kunsilli Lokali tal-Ħamrun, Ħad-Dingli u San Lawrenz fejn dawn ħadu € 25,000 kull wieħed. Għall-Green Challenge Award, il-Kunsilli Lokali li ibbenefikaw kienu dawn: Kunsill Lokali Ammont € L-Imdina 5,000 Il-Birgu 5,000 Iż-Żejtun 5,000 Ħ'Attard 40,000 Fontana 5,000 Ħal Kirkop 5,000 Il-Mellieħa 5,000 In-Naxxar 5,000 San Lawrenz 10,000 Santa Luċija 5,000 Total 90,000 L-iskema dwar Proġett Pilota għal Lokalitajiet Sostenibbli 2010 ġiet imnedija u għaliha hemm ivvotata s-somma ta’ € 50,000. L-iskema Green Challenge 2010 għad trid tiġi mnedija aktar tard din is-sena.
Leg 11 PQ #15028 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli lokali li qed jagħmlul eżerċizzju fil-lokal tagħhom fejn ikunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni tal-kapaċitajiet u sistemi li jistgħu jsiru fil-lokal b'sistemi aktar nodfa ta' enerġija alternattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 12660 u 13710.
Leg 11 PQ #15029 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skemi ta' fondi specjali għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-iskema ta' fondi speċjali għall-enerġija effiċjenti kemm ibbenefikaw kunsilli lokali fis-sena 2009? Kemm kien l-ammont fi flus li ħa kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ kunsilli li bbenefikaw mill-iskema ta’ fondi speċjali għall-enerġija effiċjenti u mill-iskema Green Challenge Award fl-2009.
Leg 11 PQ #15030 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dwal li jaħlu inqas enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu minn dwal li jaħlu inqas enerġija fit-toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 13710 u 12660.
Leg 11 PQ #15031 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Patt tas-Sindki

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s'issa ffirmaw il-Patt tas-Sindki? X'benefiċċju għandhom il-kunsilli lokali minn dan il-patt? Xi rwol kellu l-Gvern ta' Malta biex il-kunsilli lokali jiffirmaw dan il-patt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi s’issa 27 Kunsilli Lokali iffirmaw l-Patt tas-Sindki. Dawn huma: L-Imdina, Ħad-Dingli, Ħal Balzan, Birkirkara, Għajnsielem, Ħal Għargħur, Ħal Għaxaq, L-Iklin, Il-Kalkara, Ħal Kirkop, Marsaskala, L-Imġarr, Il-Mosta, In-Naxxar, Pembroke, Il-Qrendi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Santa Venera, Tas-Sliema, Is-Swieqi, Ħal Tarxien, Ta’ Xbiex, Ix-Xagħra, u x-Xewkija L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hi l-entità li qed tixpruna din l-inizzjattiva fost il-Kunsilli Lokali Maltin u għal dan il-ghan għandha l-funzjoni ta’ Supporting Structure . Il-benefiċċju li għandu Kunsill Lokali minn dan il-Patt huwa illi fuq bażi lokali se jkun qed jikkontribwixxi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’għoxrin fil-mija sas-sena 2020. Din hija sfida kbira għall-Kunsilli Lokali li permezz ta’ inizzjattivi u attivitajiet f’din id-direzzjoni dawn ikunu qed itejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. L-inizjattiva qed issir mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hadmet ukoll sabiex ixxerred informazzjoni dwar din l-inizjattiva bl-appoġġ sħiħ tal-Gvern ta’ Malta.