B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3718, tista' l-Ministru tgħid meta mistenni jibda x-xogħol u fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tinforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett jinvolvi xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fil-partijiet komuni ta’ Kwartieri San Nikola u l-Kumpless ta’ Verdala f’Bormla li ser jiġu ko-finanzjati mill-Fondi Reġjonali Ewropej. Il-partijiet komuni jinkludu kuriduri, turġien, il-faċċata, il-bejt, id-dawra tal-blokk u partijiet oħra fejn huma għall-użu komuni tar-residenti kollha. Il-proġett ser jinvolvi wkoll miżuri li jiffrankaw l-enerġija. Id-disinn qed jiġi preparat u x-xogħlijiet huma maħsuba li jibdew bejn Settembru u Ottubru 2010 dejjem jekk ma jkunx hemm dewmien fuq il-permessi.
Issa li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma sa jibdew jinħarġu mill-ARMS Ltd (Automated Revenue Management Services Ltd), jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux tenders, kemm applikaw u fuq liema kriterji ġiet magħżula l-ARMS Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kumpanija ARMS (Automated Revenue Management Servies) hija kumpnija mwaqqfa bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, b’ishma ta’ 50% kull wieħed. Din il-kumpanija ġiet imwaqqfa biex jiġu ċentralizzati s-servizzi tal-customer care u l-operazzjonijiet relatati mal-kontijiet u pagamenti taż-żewġ entitajiet. Għalhekk l-ebda tenders ma ġew ippubblikati, għax din il-kumpanija ġiet maħluqa mill-utilitajiet u se tiġi mħaddma b’impjegati mill-korporazzjonijiet.
Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12663.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu proġetti u inizjattivi li jvarjaw minn sistemi ta' enerġija rinnovabbli ta' effiċjenza għolja sa istallazzjoni ta' solar water heaters fuq il-bini tal-istess kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13710.
Kunsilli Lokali — impjegati assoċjati fuq Proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11849 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li magħhom għandhom impjegati assoċjati direttament fuq Proġetti Ewropej? Taħt liema skema ddaħħlu dawn l-impjegati? Meta daħlu u min huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 12663 u 11849, żewġ Kunsilli Lokali biss għandhom impjegati assenjati direttament fuq Proġetti tal-Ewropa.
Dawn huma l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li għandhom uffiċjal impjegata
full-time
u sekondata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali; u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop illi għandhom uffiċjal
part-time
taħt il-proġett ESF.
Fil-każ tal-Belt Valletta, hi l-
policy
tal-gvern li jassisti lill-belt kapitali biex jiksbu proġetti tal-Unjoni Ewropeja.
Kunsill Lokali — korsijiet u taħriġ għal lokal tagħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li din is-sena organizzaw xi kors\taħriġ fil-kunsill tagħhom għall-komunità tal-lokal tagħhom? X'kien il-kors/taħriġ ? Jista' jgħid min hu l-perit ta' kull kunsill lokali mqabbad mill l-istess kunsill? Jista' jgħid minn hu l-accountant ta' kull kunsill lokali imqabbad mill-istess kunsill? Jista' jgħid min hu l-avukat ta' kull kunsill lokali mqabbad mill-istess kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14845.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali qed jiġu monitored bħalissa? Għal liema raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jimmoniterja b’mod dirett lill-Kunsill Lokali tal-Mosta wara li dan il-kunsill kien inħariġlu Avviż Formali, billi uffiċjali mid-Dipartiment jattendu għall-laqgħat tal-Kunsill.
Barra minn hekk, fil-kors normali tax-xogħol tiegħu d-dipartiment, permezz tal-
monitoring unit
tiegħu jagħmel moniteraġġ fuq (a) l-Iskedi tal-Pagamenti (b) id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsilli Lokali u (ċ) l-operat finanzjarju inklużi r-Rapport Finanzjarju ta’ kull Kwart u l-Balance Sheets tal-Kunsilli Lokali.
kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12730 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie ffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’żieda mat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12730, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta’ dawk il-Kunsilli li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12659 u 11851 u jgħid kemm iddaħħlu impjegati ġodda fil-kunsilli lokali minn April 2008 sal-lum? F'liema kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 12659 u 11851 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12728 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma l-iskemi differenti tal-ġbir tal-iskart?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament hemm 2 Skemi approvti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dawn huma l-kumpanija GreenMt u l-kumpanija GreenPak.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq li jagħmlu parti mill-Qasam ta' Djar li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament humiex tal-gvern jew tal-privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skont l-informazzjoni li għandha t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, it-toroq li jagħmlu parti mill-Qasam ta’ Djar li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, mhumiex proprjetà tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'se isir miż-żona tal-Power Station tal-Marsa wara li tingħalaq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la darba l-power station tal-Marsa tiġi magħluqa, iż-żona se tiġi integrata fil-pjanijiet tal-Grand Harbour Rehabilitation Corporation.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-pjan li nqabdu l-cable minn Malta għall-Sqallija biex imbgħad inkunu parti mill-grid tal-Ewropa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett qiegħed fi stadju fejn erba' kumpaniji ġew ikkwalifikati biex jitfgħu il-bids għat-tender li qed tiġi ppreparata.
Jista' l-Ministru jgħid jew jiċħad l-allegazzjonijiet li qed tingħata li t-teknoloġija li taħdem b'heavy fuel oil se tintuża fil-Power Sation il-ġdida ta' Delimara fejn l-emissjonijiet tagħha iqqabdu l-kanċer, problema fin-nifs u jħallu tunellati ta' skart tossiku kuljum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi huwa kkonfermat li l-Enemalta qed tippjana biex topera l-power station il-ġdida ta’ Delimara billi tuża fuel bħalma qiegħed jintuża sew ġo Delimara u l-Marsa li hu heavy fuel oil. L-allegazzjoni li dan il-fuel jikkaġuna cancer u problemi fin-nifs mhux minnu u l-iskart li ħa jipproduċi l-impjant jiġi esportat. L-impjant jikkonforma ma' l-aħħar legislazzjoni tal-EU. L-Onorevoli Interpellant jista’ ukoll jirreferi għal ‘Environment Impact Statement’ li hu ppreparat għal dan il-proġett u li jinsab fuq il-website tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittħiedu biex zebra crossing li tinsab f'triq li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament terġa' tibda tinxtegħel ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta irreferiet il-każ lill-Enemalta li hija responsabbli mill-belisha lights li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tara li talba li saret f'mistoqsija parlamentari 12981 sabiex tifel jibda jattendi għall-programm NWAR tibda tingħata minħabba li l-familja tiegħu qed iħossuhom minsija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi rċeviet l-applikazzjoni tal-istudent li tirreferi għalih il-mistoqsija, fit-2 ta’ Lulju 2009. L-assessjar tal-imsemmi student sar. L-istudent huwa mistenni li jibda jingħata s-servizz fil-jiem li ġejjin. Żgur li l-familja tal-istudent m’għandiex raġun biex tħoss li hi minsija.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mhux qed ipoġġu fuq il-website tagħhom il-Minuti tal-laqgħat tagħhom? Jekk iva, x'passi se jitħieħdu kontra dawk il-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kunsilli Lokali kollha qed ipoġġu, b’mod regolari, il-minuti tal-laqgħat tagħhom fuq il-website uffiċjali tal-Kunsilli Lokali amministrata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Fuq punt ta’ kjarifika nixtieq nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13786 li kienet tittratta dwar l-istess materja. Fost il-Kunsilli Lokali li kienu indikati għadhom ma poġġewx il-minuti tal-laqgħat aġġornati fuq il-
website
uffiċjali kien hemm il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien. Nixtieq nikkjarifika illi dan il-Kunsill kien fil-fatt aġġorna l-minuti tiegħu. Pero’ billi l-Kunsill kien poġġa l-aħħar minuti tiegħu fil-qiegħ tal-lista, minflok fuq nett kif suppost isir, l-uffiċjal inkarigat mill-
website
ma ndunatx b’dan l-aġġornament u għaldaqstant il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien ġie nkluż ma’ dawk il-Kunsilli li kienu għadhom ma poġġewx il-minuti aġġornati fuq il-
website
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħmlu kuntratti għall-bini u tiswijiet ta' toroq f'dik l-inizjattiva tal-Public Private Partnership?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, permezz ta’ Memo 45/2010, bagħat lill-Kunsilli Lokali kollha l-ispecific conditions tal-kuntratt dwar resurfacing ta’ toroq b’sistema ta’ public private partnership.
Bħala parti mill-iskemi ta’ fondi speċjali 2010, din is-sena hemm ukoll fond speċifikament biex jgħin lill dawk il-Kunsilli li jridu jidħlu f’dan it-tip ta’ kuntratt. Għal dan il-għan il-Kunsilli Lokali interessati ġew mitluba jidentifikaw numru ta’ toroq li jridu jiġu inklużi fis-Sejħa u jibgħatuha flimkien ma’ stima minn perit lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Jekk id-Dipartiment japprova, ikun jista’ jipproċedi bil-ħruġ ta’ l-Offerta.
sejħa għall-effiċjenza u enerġija rinnovabbli — ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistenni toħroġ sejħa għall-kunsilli lokali u għall-għaqdiet mhux governattivi b'rabta mal-effiċjenza u l-enerġija rinnovabbli li tiffoka fuq solar water heaters u apparat li jiġġeneraw l-enerġija nadifa? Kemm mistenni jkun il-fond?