Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15457 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsill lokali — studju ambjentali fuq il-bini tal-impjant tar-riċiklaġġ f''Sant Antnin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-għajnuna finanzjarja lill-kunsill in konnessjoni mal-istudji ambjentali fi proġetti li jistgħu jimpattaw negattivament lil-lokalitajiet tagħhom rispettivi fil-fatt bdietx mill-proġett tal-bini tal-impjant tar-riċiklaġġ f'Sant'Antnin? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi kunsilli li ġew offruti din l-għajnuna mill-gvern? Jista' jgħid jekk kienx hemm kunsilli li fil-fatt, minkejja l-offerta tal-għajnuna, irrifjutaw l-istess għajnuna finanzjarja? Fil-każ liema kienu dawn il-kunsilli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15798.

l-Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet għal Skema R

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet għal Skema R tal-Awtorità tad-Djar din is-sena? Kemm ġew rifjutati? Minn liema lokalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — tnaqqis ta' €1 biex nies jibbenefikaw minn Skema R

Question

Tista' l-Minstru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandiex ħsieb li fl-Skema R tal-Awtorità tad-Djar l-ammont ta' €186 jitnaqqas għal €185, jiġifieri roħs ta' €1 biss biex jibbenifikaw ħafna nies minn din l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa l-Awtorità tad-Djar tieħu l-kera ta’ € 186 bħala benchmark għall-fini ta’ Skema R. Dan ma jeskludix il-fatt li fil-futur issir rikonsiderazzjoni tal-iskema.

Liċenzja ta' gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13706 u 12573 u jgħid fil-preżent, kemm hemm persuni li għandhom liċenzja bħala gwardjani lokali? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 317 raġel u 115 mara li huma reġistrati mal-Pulizija bħala Gwardjani Lokali.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni miċħuda

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ċaħħdet applikazzjoni tal-individwu, li dettalji tiegħu qed jinbgħat separatament, wara li fil-bidu qallu kollox sew imbagħad ftit wara qallu li ma jistax jibbenefika minnu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuni li għalihom qegħda ssir referenza ġew infurmati li ma jistgħux jibbenefikaw minn Skema R peress li huma jħallsu €185 fis-sena, filwaqt li biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-iskema jridu jħallsu iżjed minn €186.

Parkeġġ f'żoni kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 13345 u 12423 u jgħid x'politika għandu l-Gvern u xi prijorità għandu fuq il-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u f'żoni kummerċjali tal-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Joint office — allegat abbuż mill-proprjetà tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi investigat l-allegat abbuż mill-proprjetà tal-Gvern amministrata mill-Joint Office imsemmi mis-Sindku Nazzjonalista ta' Ħal Lija f'artiklu f'ġurnal lokali li l-kopja tiegħu qed tintbagħat separatament? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet bħal dak imsemmi mill-istess Sindku fl-aħħar għaxar snin u jagħti d-dettalji ta' kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qabel ma ġew introdotti l-emendi għall-Iskema ta’ tal-2001 dwar Xiri tad-Dirett Dominju Temporanju ta’ proprjeta’ tal-Gvern, użata bħala residenza, ma kien hemm l-ebda kundizzjoni fil-kuntratt li kienet tipprojbixxi li jsir dak li hemm referenza għalih fl-artiklu imsemmi. Jiġifieri għad li teknikament l-ispekulazzjoni tal-proprjeta li ċ-ċens tagħha jkun infeda u li kienet ġiet mill-Knisja mhijex abbuż (f’termini legali), il-Gvern ħass li tali bejgħ ta’ proprjeta li ċ-ċens tagħha kien għadu kemm jinfeda ftit ġranet qabel, u bi prezz għexieren ta’ drabi ogħla mill-prezz tal-fidi, kien imur kontra l-ispirtu tal-Ftehim li Malta u s-Santa Sede iffirmaw fil-1992 u għalhekk kellu jintervjeni. Għaldaqstant, l-Uffiċċju Konġunt ma jista’ jieħu l-ebda azzjoni dwarha. Madanakollu, l-Uffiċċju Konġunt ħa l-miżuri neċessarji fl-2009 biex dan ma jibqax isir. Dan biex l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-iskema tkun tirrifletti fedelment l-iskop u l-ispirtu tal-Ftehim li Malta u s-Santa Sede iffirmaw u li jgħid, fost oħrajn, li l-proprjeta li ġiet mill-Knisja għandha tintuża “for the Country’s most pressing social requirements, such as social housing….” Dwar it-tieni parti tad-domanda, l-Uffiċċju Konġunt m’għandux din l-informazzjoni.

Gvern Malti — miżuri jew kontribut lejn is-sostenibiltà finanzjara tal-Gvern Grieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jew kontribut (inkluż xiri ta' stocks jew bonds tal-gvern Grieg, u/jew kwalunkwe kontribuzzjoni oħra) jista' jkun ta jew se jagħti l-Gvern Malti, bħala membru fiż-żona Ewro, lejn is-sostenibiltà finanzjara tal-Gvern Grieg?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Gvern Malti la ntalab u ma ta l-ebda kontribut finanzjarju lejn is-sostenibbilità finanzjarja tal-pajjiż imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #15438 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mis-sena 2008 sal-lum jekk kienx hemm allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali? X'kien il-każ? X'passi ittieħdu ? F'liema kunsill sar il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 11 PQ #15441 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fis-sena 2009 minn kull kunsill lokali u lil kemm-il kuntrattur differenti kunsill b’kunsill? Kemm ingħataw direct orders kunsill b’kunsill fix-xhur ta’ Jannar u Frar 2010 u lil kemm kuntratturi differenti minn kull kunsill konċernat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15442 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

abbuż mill-arma ta' Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-parametri stipulati mis-segretarjat parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali dwar l-użu ta’ l-arma ta’ Malta bl-isem tas-segretarjat parlamentari koncernat taħtha f’publiċità u stampar ta’ kuntratturi privati? Kemm-il darba minn Frar 2009 sa Frar 2010 ingħata permess lil terzi biex jużaw l-arma ta’ Malta u x’passi ttieħdu fil-kas li din intużat abbużivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arma ta’ Malta bl-isem tas-Segretarjat Parlamentari konċernat taħtha tintuża biss fuq materjal li jippromwovi attivitajiet organizzati mis-Segretarjat jew minn Kunsilli Lokali u għaqdiet oħrajn f’kollaborazzjoni mal-istess Segretarjat. Is-Segretarjat ma jaf bl-ebda każ fejn l-arma ta’ Malta bl-isem tas-Segretarjat Parlamentari ntużat b’mod abbużiv.

ARMS Ltd — penali għall-ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema awtorità l-ARMS Ltd tobbliga lill-konsumatur taħt penali ta' 6% biex iħallas fil-ħin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta hi rregolata bl-“Electricity Supply Regulations” li joħorġu mir-regolatur (Malta Resource Authority) wara li jkunu għaddew mil-parlament. Fuq paġna 19 ta’ l-ESR hemm stipulat hekk: (3 Without prejudice to regulation 67, interest at the rate of 0.75% per month , calculated daily, shall be charged to consumers on all amounts due irrespective of the period to which the bill refers if the claim is not sett led within forty-five days of the date specified in the bill: Provided that for all amounts still due at the expiry of the aforementioned forty-five days interest will only be charged for the final thirty days of that period and for each additional thirty days, or part thereof. 67. If an account or a request for payment, duly presented to a consumer, is not paid within fourteen days of its presentation, or if the deposit required in terms of regulation 8 is not made within fourteen days of the request, the supply of current to any account held by the said consumer may be suspended without any previous notice being given. Fil-fatt ir-rata ta’ l-interess stipulat fil-liġi huwa dak ta’ 9%, imma l-Gvern ddeċieda li japplika 6%.
Leg 11 PQ #15203 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — airstrip

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jagħmel airstrip f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #15204 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali involuti fir-riforma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod kienu involuti l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA kien wieħed wiesgħa ħafna. Matul dan il-proċess inġabru l-ħsibijiet ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet u individwi permezz ta’ laqgħat, freephone u email address dedikati għal dan il-proċess. Ma jirriżultax li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali waslet il-veduti tagħha matul dan il-proċess. Ninsab infurmat li l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qed ikollu laqgħat regolari maċ- chairman tal-MEPA. F’dawn il-laqgħat l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jkollha l-opportunità li tqajjem punti relatati mal-operat tal-MEPA inkluż aspetti tar-riforma.

Kura Primarja — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali involuta fir-riforma

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod kienu involuti l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fir-riforma tal-Kura Primarja?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-proċess ta’ konsultazzjoni fuq ir-Riforma fil-Kura Primarja kien proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fejn kull min xtaq jagħti kontribut u kien nteressat fil-materja seta’ jagħmel dan permezz ta’ laqgħat pubbliċi mal-Ministeru, permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-‘Free-phone’. Il-Ministeru kellu wkoll diversi laqgħat separati ma assoċjazzjonijiet u msieħba soċjali oħrajn fuq talba tagħhom stess. Il-Ministeru laqa’ kull talba għal-laqgħa li ġiet sottomessa. Il-Ministeru jinsab informat li ma kien hemm l-ebda talba għal-laqgħa diretta mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

riforma tat-trasport — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali involuta

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod kienu involuti l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fir-riforma tat-trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-6 t'April tas-sena l-oħra kienet saret laqgħa għall-kunsilli lokali kollha fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi. Għal din il-laqgħa l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali intalbet bil-miktub sabiex tinkoraġixxi lill-kunsilli lokali kollha jattendu u jagħtu s-suġġerimenti tagħhom. Fil-laqgħa msemmija dawk li attendew ingħatalhom kopja tan-network l-ġdid għall-lokalità tagħhom, kif ukoll kopja tal-iskematika tan-network kollu. Il-kunsilli lokali li ma attendewx nbgħatilhom kopja elettronika fuq CD. Il-Kunsilli Lokali kellhom tliet ġimgħat żmien biex jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom. Is-suġġerimenti kollha li nbagħtu ġew studjati bir-reqqa u ħafna minnhom huma riflessi fl-aħħar verżjoni tan-network il-ġdida tat-trasport pubbliku.
Leg 11 PQ #15208 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

abbozz tad-dokument dwar il-Politika Kulturali Nazzjonali — involviment tas-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod kienet involuta l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-abbozz tad-dokument dwar il-Politika Kulturali Nazzjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-abbozz tad-dokument dwar il-Politikà Kulturali hu mmirat biex iservi ta’ bażi soda għal konsultazzjoni mal-entitajiet kollha, fosthom l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li se tiġi mistiedna għal laqgħa speċifika li se tindirizza l-kultura u l-iżvilupp reġjonali u lokali. Waqt it-tfassil tal-abbozz, l-kittieba ħadu in konsiderazzjoni l-aspetti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp tal-kultura fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll lokali.

Fisherman Str, Marsa — drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta l-problema ta' drenaġġ li hemm ġo Fisherman Str, Marsa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-IIma qed tagħmel l-almu tagħha biex ittaffi din il-problema kemm jista’ jkun, iżda biex tissolva l-problema għal kollox jinħtieġ xogħol ta’ natura kapitali kbira. Din se tiġi indirizzata max-xogħol li għandu jsir fi Triq Diċembru Tlettax meta għandha tiġi mibnija underpass. Ix-xogħol jinkludi wkoll tkabbir tas-sistema tad-drenaġġ. Xogħol ieħor qed isir fil-Pumping Station tal-Marsa fejn se jiġu nstallati pompi akbar milli hemm biex jagħmlu tajjeb għal meta l-volum tad-drenaġġ jiżdied waqt ix-xita.

Toroq li mistennija jiġu rranġati f'Ħaż-Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jiġu rrangati it-toroq imsemmija: Triq Bieb is-Sultan, Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq iċ-Ċawsli, f'Ħaż-Żabbar li jinsabu fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq imsemmija huma parti mill-link road li ser twassal għal Smart City Malta. Għaldaqstant, Transport Malta, wara li ssottomettiet l-applikazzjonijiet għall-permessi neċessarji tal-ewwel fażijiet ta’ dan il-proġett lill-MEPA, issa qed issegwi l-proċess tal-applikazzjoni biex ikunu jistgħu jinħarġu dawn il-permessi. Sadanittant, qed jitħejjew stimi dettaljati tax-xogħlijiet.