Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu użu l-cruiseliners mill-moll il-ġdid ħdejn il-klabb tar-Regatta fil-Belt tal-Isla minn meta sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn meta sar il-moll il-ġdid f'Awwissu 2009 ħdejn il-klabb tar-Regatta fil-Belt ta’ l-Isla (Boiler Wharf), 3 cruise liners għamlu użu minn dan il-moll.
Jista' l-Ministru jgħid bit-tqegħid tal-faċilitajiet ta' rmiġġ fil-bajja tax-Xlendi, kemm hu mistenni jibdew jorbtu magħhom vapuri kull sena? Xi studju sar rigward impatt ambjentali għal din il-komunità minħabba żieda ta' turiżmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru tiegħi mhux il-Ministeru kompetenti għall-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant, għalkemm ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6424 tagħti ndikazzjoni tal-possibilitajiet. Rigward l-impatt ambjentali, l-istudju relattiv kien parti mill- proċess tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Pixkerija se tmur il-Marsa? X'konsultazzjonijiet saru mal-Kunsill tal-Marsa ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li saret applikazzjoni mal-MEPA għal sit fil-Marsa fejn tista' tmur il-pixkerija. Il-proċess ta’ konsultazzjoni inkluż mal-kunsill lokali jsir waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni mill-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilità tal-Public Convenience, tal-gvern ċentrali jew tal-kunsilli lokali? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom ir-responsabbilità tal-Public Convenience u qed jagħmlu proġetti mas-settur privat? X'tip ta' proġetti u b'liema mod qed jiġi involut is-settur privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Jista l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn
bus shelters
f'Malta u f'Għawdex ? Liema huma l-
bus shelters
li se jinbiddlu ? X'involviment għandhom il-kunsilli lokali fejn jidħlu
bus shelters
? Min qed jagħmel ix-xogħol tal-
bus shelters
il-ġodda ? Bejn wieħed u ieħor kemm qed jiġi jiswa kull
bus shelter?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fil-preżent hawn 456 bus shelters f’Malta u f’Għawdex u li minnhom Transport Malta qed tbiddel 43 f'dawn il-ġranet. Transport Malta qiegħda wkoll fil-proċess li tidentifika numru ta’ bus shelters oħra li se jkollhom bżonn jinbidlu aktar tard din is-sena bħala parti mir-riforma tat-trasport pubbliku.
Jien infurmat li l-kunsilli lokali għandhom l-obbligu li jieħdu ħsieb it-tqegħid u l-manutenzjoni tal-
bus shelters
li jinsabu f’toroq residenzjali.
Infurmat ukoll li x-xogħol ta’ preparazzjoni sabiex jitqiegħdu dawn il-
bus shelters
qed isir minn diversi kuntratturi li kienu interessati jagħmlu x-xogħol u li għandhom garanzija ma’ Transport Malta, filwaqt li x-xogħol ta’ tqegħid ta’
bus shelters
isir minn kuntrattur privat.
Ix-xogħol ta’ preparazzjoni qabel it-tqegħid tal-
bus shelters
qed jiswa lil Transport Malta bejn €2,000 u €3,500 (għal kull
bus shelter),
filwaqt li l-
bus shelters
infushom ma jiġu jiswew xejn lill-awtorità minħabba li l-kumpanija privata li tqegħdhom titħallas mill-flus tar-reklami li jitqegħdu fuq l-istess
bus shelters
.
Kunsilli lokali — sindki, kunsilliera u segretarji eżekuttivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx sindki, kunsilliera, segretarji eżekuttivi u impjegati fid-diversi kunsilli lokali li kienu, jew qed jiġu, investigati fil-perjodu ta’ bejn is-snin 2006 sal-lum mill-Kummissarju tal-Pulizija u/jew mid-Dipartiment tal-VAT separatament?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid:
a) min huma l-persuni involuti;
b) liema kunsilli lokali jappartjenu;
ċ) x'inhu s-suġġett tal-investigazzjoni;
d) jekk l-investigazzjoni hix konkluża;
e) l-eżitu tal-konklużjoni tal-istess investigazzjoni?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konklużjonijiet ta’ kull investigazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jidhirlix li jkun xieraq li nwieġeb din il-mistoqsija u dan fl-interess ta’ kull investigazzjoni li tista’ tkun qiegħda ssir.
monument għall-persuni tas-servizzi tal-Awstralja u New Zealand
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed joffri l-gvern rigward il-proġett ta' twaqqif ta' monument li jikkommemora l-madwar 300 persuna tas-servizzi tal-Awstralja u ta' New Zealand li jinsabu midfunin f'ċimiterji differenti f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-Ministeru tiegħi se jipprovdi l-ħaddiema biex isir ix-xogħol indikat waqt li l-materjal se jiġi provdut mill-ANZAC Memorial Committee-Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f’liema snin finanzjarji xi kunsilli lokali ppreżentaw deficit fir-rapport finazjaru tagħhom? Liema huma l-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari 11644 fl-20 ta’ Novembru 2009.
Kunsilli lokali li bbilanċjaw id-deficit finanzjarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f’liema snin il-kunsilli lokali bbilanċjaw id-deficit finazjarju permezz ta’ kontravenzjonijiet mhux imħallsa mill-bidu tas-sistema tal-LES? Liema huma l-kunsilli lokali u jgħid kemm-il darba l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew tal-Ministeru Konċernat ġibed l-attenzjoni tal-kunsilli lokali dwar dan?
Stella Maris College — ħinijiiet x'ħin tibda u tispiċċa l-iskola - karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta l-awtoritajiet se jieħdu l-passi neċessarji biex waqt il-ħin ta' meta tispiċċa u meta tibda l-iskola li tinsab f'St. Albert Str., Gżira, ċioe Stella Maris College ma jitilgħux karozzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
kunsill lokali li applikaw biex jitħaddem il-kunċett ta' Public Private Partnership
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali applika biex jitħaddem il-kunċett ta' Public Private Partnership (Memo 45/2010) fejn jidħol ir-resurfacing ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali ? Liema huma l-kunsilli lokali? Liema huma t-toroq f'kull lokal li ġew identifikati biex isir ix-xogħol? Kemm għandha area kull triq li fiha mistenni jsir xogħol ta' resurfacing u kemm mistennija tiġi tiswa kull triq?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadu ma rċeviex ir-refund dovut lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-refund tal-individwu ikkonċernat ħareġ mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fis-17 ta’ April, 2010, u dan issarraf fis-26 ta’ April, 2010.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13717 u 12541 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għad-diskors tal-budget paġna 44, jista' jikkonferma dak li qiegħed nifhem f'dan is-sens: a) se jiġu identifikati toroq li se jinbnew u jitmantnu, liema spiża huwa stmat li tilħaq ma' €8 miljun, b) li dawk il-kunsilli lokali li jiddeċiedu li jipparteċipaw fil-public private partnership hekk proposta, iridu joħorġu nofs l-ispiża għall-bini u manteniment ta' toroq ċ) li allura il-Gvern Ċentrali se jkun qiegħed jalloka s-somma ta' €1 miljun għad-dispożizjoni tal-kunsilli lokali biex jipparteċipaw f'din l-iskema.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġà weġibt lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 13717 għas-sena kurrenti hemm żewġ skemi ta’ għajnuna finanzjarja mmirata għal toroq residenzjali. L-ewwel skema, tikkonsisti fi proġett pilota għat-toroq u li għaliha ġew magħżula t-toroq fil-Madliena (lokalità Swieqi), l-Imqabba u Ħal Kirkop. Għal dawn it-tlett proġetti pilota ġiet ivvutata s-somma ta’ €1 miljun.
Minbarra dan, permezz ta’ ċirkolari maħruġa fil-bidu ta’ din is-sena, il-Kunsill Lokali ġew infurmati li jistgħu joħorġu sejħiet għal offerti ta’ bini ta’ għadd ta’ toroq residenzjali permezz ta’
Public Private Partnership
, fejn il-kuntrattur hu obbligat li jibni u jmantni t-toroq allokati lilu fuq medda ta’ snin. Għal dan il-għan, il-Gvern qed jalloka €1 miljun bħala fondi speċjali bil-ħsieb li l-Kunsill joħroġ il-parti tiegħu. Hu mmirat li permezz ta’ din l-għajnuna isiru b’kemm jiswew madwar €8 miljun f’xogħolijiet ta’ toroq residenzjali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13723 u 12442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kull fejn intervjena l-gvern, liema kunsilli lokali ffirmaw ftehim mal-Ministeru tiegħu bħala gwida ta' kif għandu jibqa' jintuża l-post? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li l-Ministeru tiegħu ffirma ma' xi kunsilli lokali minn Mejju 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġà weġibt lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 13723 għal darb’oħra nitolbu mill-ġdid biex jispeċifika x’tip ta’ ftehim qiegħed jirreferi għalih, ċioe jekk hux qiegħed jirreferi għal xogħlijiet li saru mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għan-nom tal-Kunsill, jew inkella xogħolijiet li saru fuq skala nazzjonali fejn il-funzjoni taż-żamma u l-manutenzjoni ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali.
Kunsilli lokali — website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13786 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx il-minuti ta' l-aħħar laqgħa tal-kunsill lokali tagħhom jidher fuq il-website tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali? X'passi se jieħu d-dipartiment f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 13786 u 15053.
xogħol ta' refurbishing u upgrading Fuq Verdala f'Bormla
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni jibda ix-xogħol ta' refurbishment/upgrading fil-binja tal-Gvern Fuq Verdala, Bormla? X'jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-disinn qed jiġi preparat u x-xogħlijiet huma maħsuba li jibdew bejn Settembru u Ottubru 2010, dejjem jekk ma jkunx hemm dewmien fuq il-permess.
Il-proġett jinvolvi xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fil-partijiet komuni li jinkludu kuriduri, turġien, il-faċċata, il-bejt, id-dawra tal-blokk u partijiet oħra fejn huma għall-użu komuni tar-residenti kollha. Il-proġett se jinvolvi ukoll miżuri li jiffrankaw l-enerġija.
Jista' l-Ministru jara li l-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li sa ftit taż-żmien ilu kien għadu okkupat u li jinsab f'periklu kbir għal terzi, jittieħdu l-miżuri meħtieġa mill-pulizija biex jitneħħew il-perikli kollha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li jista' jkun hemm periklu fil-fond imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija talbet l-assistenza tal-perit tal-Gvern sabiex jispezzjona dan il-post, li huwa vakant u li skont il-ġirien kien ilu hekk vakanti għal perjodu ta' żmien konsiderevoli. Infurmat ukoll li minn din l-ispezzjoni li kopja qed tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra, irrżulta illi m'hemmx periklu għal terzi persuni peress li l-ħsarat li hemm f'dan il-fond jinstabu fuq ġewwa. Minkejja dan, il-perit żied jiċċertifika ukoll illi fuq in-naħa ta' barra tal-fond in kwistjoni, hemm xi ġebel li jistgħu jaqgħu u rrakmanda li dawn jitneħħew. Il-Pulizija għalhekk se tkompli tieħu l-passi kollha meħtieġa kif provdut skont il-liġi.
Kunsilli Lokali — għajnuna finanzjarja dwar studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-policy li tiffinanzja lill-Kunsilli Lokali f’għajnuna biex ikunu jistgħu jagħmlu studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku fuq proġetti ta’ ċertu kobor fil-lokal tagħhom hijiex inkluża fir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15798.