Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16341 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14402 u jgħid liema kunsilli lokali qed jiġu monitored bħalissa? Għal liema raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 14402.
Leg 11 PQ #16342 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14581, 12968 u 12085 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10565, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi t-tifsira ta' kull programm: Europe for Citizens, Youths in Action, MED, Youth in Action-EVS, Youth in Action-Youth Initiative, ERDF, ERDF-Education, Rural Funds Measure 313, Rural Funds Measure 323? Jista' jgħid x'benefiċċju għandu kull programm u fejn waslet it-talba li għamlu l-kunsilli lokali għall-applikazzjoni biex jibbenefikaw minn wieħed jew aktar minn dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

The Europe for Citizens programme Għandu numru ta' prijoritajiet immirati lejn iċ-ċittadin biex dan jingħata rwol attiv fl-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea Youth in Action Programme Dan hu l-programm għaż-żgħażagħ (15 - 28, jew f'xi każijiet 13-30) bl-għan li jispira fihom sens qawwi ta' ċittadinanza attiva, solidarjeta' u tolleranza fost iż-żgħażagħ Ewropej u jinvolvihom fit-tfassil tal-futur tal-Ewropa. Youth Initiative Youth initiative hu proġett taħt il- Youth in Action Programm li hu maħsub u żviluppat kollu miż-żgħażagħ infushom. Dawn l-inizjattivi huma Action 1.2 tal-Programm Youth in Action . EVS Il- European Voluntary Service (EVS) joffri liż-żgħażagħ Ewropej iċ-ċans li jesprimu l-impenn personali tagħhom permezz ta' attivitajiet full-time u bla ħlas f'pajjiż barranini fl-UE jew barra mill-UE. MED Il-Programm MED 2007-2013 hu l-programm għall-kooperazzjoni tranznazzjonali li għandu l-għan li jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fil-Mediterran f'9 Stati Membri: Ċipru, Spanja, Franza, Greċja, Italja, Malta, Portugal, Renju Unit, Slovenja, kif ukoll f'2 pajjiżi kandidati Kroazja u Montenegro. ERDF Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR jew ERDF) għandu l-għan li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-UE billi tindirizza żbilanċ bejn ir-reġjuni fl-UE. F'Malta, dan il-fond imur għall-iżvilupp u ġenerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku bbażat fuq l-attivitajiet ekonomiċi li jinkoraġġixxu l-kompetittivita’, u jsaħħu l-infrastruttura ta’ Malta, għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini Maltin. ERDF It-Tisħiħ ta’ l-Għarfien u l-Innovazzjoni It-Tisħiħ ta’ l-Għarfien u l-Innovazzjoni hu l-Assi ta’ Prijorita’ 1 u għandhom l-għan li jappoġġjaw l-isforzi biex Malta jkollha ekonomija kompetittiva u msejsa fuq l-għarfien. L-allokazzjoni finanzjarja għal dawn l-Assi ta’ Prijorita’ jammontaw għal €102,000,000 mill- ERDF . Rural Funds Measures 313, 323 Measure 313 – Encouragement of Tourism Activities Measure 323 – Conservation and upgrading of the Rural Heritage Jaqgħu taħt l-Assi ta' Prijorita' 3 - Promozzjoni ta' assi multi funzjonali f'żoni rurali marbutin ma’ attivitajiet sostenibbli fil-qasam tal-Ambjent u tal-Wirt Rurali taħt il- European Agricultural Funds for Rural Development. Dwar benefiċċji ta' kull programm - dan hu self-evident : il-benefiċċju għal kull entita' hu propju it-twettiq (b'fondi ġejjin fil-maġġor parti mill-UE) tal-proġett li jkun ġie sottomess. Fejn jidħlu l-kunsilli lokali li ngħataw għajnuna mill- MEUSAC , s'issa ngħataw 22 risposta pożittiva lil dawn il-kunsilli: Għasri, Isla, Kirkop, Għarb, San Lawrenz, Mqabba, Swieqi, St. Paul’s Bay, Marsaskala, Ta’ Xbiex, Mġarr, Birżebbuġa, Naxxar, Mellieħa, Żejtun and Kerċem. Ingħataw tminn (8) risposta negattiva: 82 aplikazzjoni huma pendenti - qed jiġu proċessati mill-awtorita’ responsabbli li tiddeċiedi tilqax jew le l-applikazzjoni.
Leg 11 PQ #16301 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

konferenzi stampa mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew organizzati konferenzi stampa mill-kunsilli lokali fis-snin 2008, 2009 u sal-lum? Liema huma l-kunsilli lokali? X'kien is-suġġett? Min kien il-kelliem ewlieni f'kull konferenza stampa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nafx li tinżamm informazzjoni ta’ din ix-xorta pero Konferenza Stampa, anke permezz tan-natura tagħha stess, hija xi ħaġa pubblika u għaldaqstant ma narax illi l-Kunsilli Lokali għandhom joqgħodu jaħlu r-riżorsi tagħhom fi ġbir ta’ nformazzjoni li diġa qeda fid-domain pubbliku.

Proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru — valur tal-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid, peress li qatt ma ssemma l-valur tas-sit fejn se jsir il-Proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru tal-Belt eċċ, qattx ġiet stmata din l-art? Jekk iva, kemm hu l-valur?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi tali stima mhix rilevanti għall-proġett fih innifsu, ma saret ebda stima f'dan is-sens.

Awtorità tad-Djar — post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ma pprovdietx post alternattiv lill-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li għandha żewġt itfal b'diżabilità u li għandha problemi ta' vjolenza domestika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onorevoli Interpellant hu kompletament żbaljat fil-premessa tiegħu. Il-persuna in kwestjoni kienet allokata fond ġdid flimkien mar-raġel tagħha ġewwa l-Imsida f’Mejju 2006. Meta l-koppja bdew il-proċeduri tas-separazzjoni, li għadhom sal-lum mhux finalizzati, s-Sinjura telqet mill-post tal-Imsida u marret toqgħod ġewwa Birkirkara. Din is-Sinjura ġiet offruta appartament ieħor ġdid bi tlett ikmamar tas-sodda ġewwa l-Imtarfa però din lanqas ridet tarah u rrifjutatu għax stqarret li kien 'il bogħod. L-Awtorità tad-Djar reġgħet allokat lis-Sinjura post isfel ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien nhar id-9 ta' Diċembru, 2009 liema post ġie rrifjutat għax kellu żewġt ikmamar tas-sodda. L-applikanta qaltilna li hi għandha bżonn tlett ikmamar tas-sodda minħabba li t-tifla kienet se mmur toqgħod magħha ukoll. Għalhekk l-awtorità reggħet allokatilha post ġdid isfel bi tlett ikmamar tas-sodda ġewwa l-lokalità ta' Bormla liema post reġa' ġie rrifjutat għax is-Sinjura qalet li l-post kien umduż u mhux tajjeb għal saħħet it-tfal. Dan iffisser li l-Awtorità tad-Djar pruvat kull mezz possibli sabiex din il-familja tingħata post alternattiv.

talba għal post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex is-single parent b'żewġt itfal li dettalji tagħha qed jintbagħat separatament, li applikat għal post alternattiv aktar minn ħames snin ilu u li m'għandhiex post fejn tgħix, għadha ma ġietx provduta b'post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onorevoli Interpellant għandu jagħti parir lill-persuna indikata minnu biex tmur għand l-uffiċċju tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tara fejn waslet l-applikazzjoni tagħha.

Dipartiment tas-Sigurta Soċjali — flus dovuti

Question

Tista' l-Ministru tara li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibgħat lill-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, il-flus li ilhom dovuti lilha mis-sena 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Leg 11 PQ #16336 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara t-twaqqif tal-MEUSAC fejn inħolqot struttura biex tgħin lill-kunsilli lokali fil-mili tal-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programmi ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u li bejn Diċembru 2008 u Frar 2010 il-Funding Unit tal-MEUSAC assista lill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex fil-mili ta' 95 applikazzjoni taħt programmi varji li toffri l-Unjoni Ewropea, liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw fil-mili ta' dawn l-applikazzjonijiet? Għal liema programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16164 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — finanzjament għall-attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 13864 u jgħid kemm kien l-ammont fi flus għall-iskema ta' finanzjament għall-attivitajiet kulturali tal-kunsilli lokali għas-sena 2009? Liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw xi attività kulturali? Meta ġew organizzati dawn l-attivitajiet, jiġifieri l-ġranet u x-xahar u x'tip ta' attività kienet? Kemm ġiet tiswa fi flus kull attività? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull attività kulturali u ċioe kemm ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u kemm ħarġet kull awtorità governattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-Parlament.
Leg 11 PQ #16165 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forti Delimara — Restawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10620 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jirrestawra l-Forti Delimara minħabba li tinsab fi stat ta' periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-1982 il-Forti Delimara ngħatat f’idejn raħħal għall-użu bħala maqjel tal-majjali. Heritage Malta ħadet il-Forti taħt ir-responsabbilità tagħha fl-2005. Minn dak iż-żmien ’l hawn Heritage Malta wettqet għadd ta’ miżuri sabiex il-Fortizza ma tibqax issofri ħsarat ikkawżati minn vandali li kienu jiżgassaw u jokkupaw il-Fortizza illegalment sa dakinhar. Saru wkoll studji sabiex wieħed jistabbilixxi l-kundizzjoni u l-potenzjal tal-Fortizza. Għalkemm ma jeżistix pjan immedjat għar-restawr ta’ Forti Delimara, bdew diskussjonijiet bejn Heritage Malta u NGO sabiex wieħed jistabbilixxi jekk jistax isir xi ftehim ta’ kooperazzjoni bil-għan li l-Forti tiġi restawrata.
Leg 11 PQ #16166 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — fondi speċjali mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 13866 u jgħid liema huma l-iskemi ta' fondi speċjali għall-kunsilli lokali għal din is-sena, jiġifieri għas-sena 2010? Jista' jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi għajnuna/skemi/inizjattivi tal-Unjoni Ewropea fis-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Minn liema għajnuna/skemi/inizjattivi bbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi mill-ġdid lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13866, kif ukoll għal tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari oħra Numru 1681.
Leg 11 PQ #16187 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Latrini pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi f'Malta u kemm f'Għawdex? F'liema lokalità jinsabu? Kemm minnhom ġew devoluti lill-kunsilli lokali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Leg 11 PQ #16299 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenzi Stampa organizzati mis-Segretarjat għall-kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqaf is-Segretarjat għall-Kunsilli Lokali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kemm ġew organizzati konferenzi stampa mill-istess segretarjat? X'kien is-suġġett tal-konferenza u liema kienet il-ġurnata? Min kien il-kelliem ewlieni ta' kull konferenza stampa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Konferenza għall-Istampa, anke permezz tan-natura tagħha stess, hija xi ħaġa pubblika u tiġi notifikata lill-mezzi kollha tal-media kull meta tinżamm. Għaldaqstant l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija waħda li diġà qegħda fid-domain pubbliku.
Leg 11 PQ #16300 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

konferenzi stampa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru konferenzi stampa f'din il-leġislatura mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali? Meta saru? X'kien is-suġġett f'kull konferenza stampa? Min kien il-kelliem ewlieni f'kull konferenza stampa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16299.

vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu vetturi bejn Malta u Għawdex fis-sena 2008, 2009 u 2010, xahar b'xahar sal-ġurnata tal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Lukanda minflok il-Pixkerija

Question

Jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti proposti ta' lukanda il-ġdida minflok il-Pixkerija, il-Belt Valletta ? Kemm mistenni jigi jiswa il-proġett ? X'jikkonsisti dan il-proġett ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-proġett tal-Boutique Hotel propost minflok il-pixkerija għadu fi stadju inizjali. Bħalissa qegħdin isiru l-verifikazzjonijiet mal-pjan strutturali għal Belt u l-Port il-Kbir biex naraw il-vijabilità tas-sit indikat. F'dan l-istadju huwa prematur li jingħataw aktar dettalji.

Proprjetajiet — possession and use

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li hemm proprjetajiet milquta bil-liġi tal-possession and use ? Kemm hu in-numru f'kull lokal ? X'possibilità hemm li r-residenti ta' dawn il-fondi fil-futur qarib ikunu jistgħu jixtru il-fond fejn qed jgħixu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-lokalitajiet li fihom hemm proprjetajiet milquta bil-liġi tal-possession and use huma mqassma lokal b’lokal, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista ma tinkludix in-numru ta’ proprjetajiet oħra milquta bl-istess liġi u li fihom għadha mhux qiegħda titħallas kera. Id-Dipartiment tal-Artijiet beda l-proċess fejn ir- recognition rent, (fejn sar kuntratt mas-sidien u għalhekk il-proprjetà qiegħda għand il-Gvern b’dominju pubbliku), u l- acquisition rent jiġu ikkapitalizzati skont it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88) jiġifieri bir-rata ta’ 1.4% u 1% rispettivament.
Leg 11 PQ #16160 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pool ġdid tas-segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma s-segretarji eżekuttivi fil-pool ġdid ta' segretarjat eżekuttiv? F'liema dipartiment tal-gvern jinsabu? X'grad għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16161 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma is-segretarji eżekuttivi ta' kull kunsill lokali? Min minnhom daħal ġdid fis-settur governattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16162 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji eżekuttivi ġodda tal-kumitat reġjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma s-segretarji eżekuttivi ġodda tal-kumitat reġjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull Kumitat Reġjonali għadu kemm ġie mitlub jagħżel uffiċjal mill-pool tas-Segretarji Eżekuttivi. Dan peress li wara sejħa li saret minn fost is-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali, kien hemm persuna waħda biss (f’Għawdex) li wriet ix-xewqa li tiġi kkunsidrata għal Segretarju Eżekuttiv mal-Kumitat Reġjonali.