Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16131 u jgħid b'liema mod ġew ikkonsultati l-kunsilli lokali rigward ir-riforma fit-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 15206.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16137 u jgħid liema huma it-toroq residenzjali li tlestew permezz ta' fondi li l-gvern għadda lill-kunsilli lokali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif miġbura mill-kunsilli lokali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16142 u jgħid ta' min hi r-responsabbilità tal-Public Convenience, tal-gvern ċentrali jew tal-kunsilli lokali? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom ir-responsabbilità tal-Public Convenience u qed jagħmlu proġetti mas-settur privat? X'tip ta' proġetti u b'liema mod qed jiġi involut is-settur privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont Artikolu 33 (1) (b) ta’ kapitoli 363 tal-Liġi ta’ Malta (Att dwar Kunsilli Lokali), fost il-funzjonijiet tal-Kunislli Lokali hemm iż-żamma u l-manutenzjoni tal-latrini kollha. Intant ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta hu l-uniku Kunsill Lokali nvolut fi proġett dwarha mas-settur privat. Din il-public convenience, li tinsab fi Triq id-Dejqa kantuniera ma’ Triq it-Teatru l-Antik, kienet immodernizzata – kemm fl-istruttura kif ukoll fis-servizz – u bħalissa qed tiġi formulata bażi għal tħaddim ta’ PPP.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 16164 u 13864 u jgħid kemm kien l-ammont fi flus għall-iskema ta' finanzjament għall-attivitajiet kulturali tal-kunsilli lokali għas-sena 2009? Liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw xi attività kulturali? Meta ġew organizzati dawn l-attivitajiet, jiġifieri l-ġranet u x-xahar u x'tip ta' attività kienet? Kemm ġiet tiswa fi flus kull attività? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull attività kulturali u ċioe kemm ħareġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u kemm ħarġet kull awtorità governattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena 2009 il-Gvern ħareġ €132,500 għall-iskema Attivitajiet Kulturali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra parti mill-informazzjoni mitluba. Il-bqija tal-informazzjoni qed tinġabar u titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’xi seduta oħra. Intant ta’ min iżid li l-Kunsilli Lokali tal-Fontana u tal-Għasri kienu bbenfikaw minn din l-iskema imma kkanċellaw l-attivitajiet rispettivi tagħhom u għaldaqstant ma ħadux il-flus li kienu ntitolati għalihom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16187 u jgħid kemm hemm latrini pubbliċi f'Malta u kemm f'Għawdex? F'liema lokalità jinsabu? Kemm minnhom ġew devoluti lill-kunsilli lokali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16160 u jgħid min huma s-segretarji eżekuttivi fil-pool ġdid ta' segretarjat eżekuttiv? F'liema dipartiment tal-gvern jinsabu? Xi grad għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16160.
Kunsilli lokali li bbilanċjaw id-deficit finanzjarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16049 u jgħid f’liema snin il-kunsilli lokali bbilanċjaw id-deficit finazjarju permezz ta’ kontravenzjonijiet mhux imħallsa mill-bidu tas-sistema tal-LES? Liema huma l-kunsilli lokali u jgħid kemm-il darba l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew tal-Ministeru Konċernat ġibed l-attenzjoni tal-kunsilli lokali dwar dan?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16127 u jgħid jekk sarux laqgħat bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun rigward il-bini ta' bus interchange fi Triq Birżebbuġa limiti ta' Bir id-Deheb, Żejtun? Jekk saru, x'tip ta' laqgħat kienu? Kif se jiġu milquta s-sidien tal-madwar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti proposti ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
skola fi Triq il-Katidral f'Tas-Sliema — tneħħija ta' flower pots
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16126 u jgħid għaliex iż-żewġ flower pots kbar li hemm fuq kull naħa tal-entratura ta' skola li tinsab fi Triq il-Katidral f'Tas-Sliema, baqgħu ma tneħħewx avolja ġew rapportati li fihom gieli jintefgħu xi siringi u għalhekk huma ta' periklu kbir għal kulħadd, speċjalment għat-tfal ta' din l-iskola? Meta mistennija jitneħħew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16126.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 15272, 13345 u 12423 u jgħid x'politika għandu l-Gvern u xi prijorità għandu fuq il-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u f'żoni kummerċjali tal-pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta nidiet żewġ dokumenti, li huma t-Terms of Reference for the Creation of Controlled Residents’ Parking Schemes u l-Valletta Accessibility Strategy, li bihom tirregola u tiddetermina l-iskemi ta’ parkeġġ fit-toroq pubbliċi, u dokument ieħor, il-Car Parking Policy, li jistipola l-istandards tekniċi għal tali skemi. Fil-lokalitajiet fejn hemm problema ta’ parkeġġ fit-toroq pubbliċi l-Kunsill Lokali rispettiv jista’ jissottometti proposta lil Transport Malta għal Skema ta’ Parkeġġ ikkontrollat bil-ħin hekk kif stipulat u skont il-linji ta’ gwida tat- Terms of Reference for the Creation of Controlled Residents’ Parking Schemes. Bħalissa hemm total ta’ tnax-il talba għal tali skemi, magħmula minn Kunsilli Lokali differenti, għal konsiderazzjoni mill-Awtorità. Dawn l-iskemi għandhom l-għan li jirregolariżżaw it-tqassim tal-parkeġġ fit-toroq pubbliċi u li jimmassimiżżaw l-użu ta’ parkeġġ eżistenti fl-isfond tad-direzzjoni tal-gvern li jippromwovi l-użu tat-trasport pubbliku.
Transport Malta qed tħejji studju estensiv, il-
Household Travel Survey
li, fost affarijiet oħrajn, huwa ntiż sabiex jagħti informazzjoni u statistika importanti dwar l-użu ta’ sistemi ta’ trasport ġewwa Malta u Għawdex. Tali riżultati ta’ dan l-istudju għandhom l-għan li jintużaw bħala bażi xjentifika għal reviżjoni u aġġornament ta' politika ħolistika dwar it-trasport fuq it-triq, inkluż il-parkeġġ.
B'danakollu, għalkemm Transport Malta tista' tiġi imġiegħla tagħmel l-istudji neċessarji, jkun ħafna deżiderabbli li inizjattivi simili jiġu minn naħa tal-Kunsilli Lokali u mhux biss mill-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15441 u jgħid kemm ingħataw direct orders fis-sena 2009 minn kull kunsill lokali u lil kemm-il kuntrattur differenti kunsill b’kunsill? Kemm ingħataw direct orders kunsill b’kunsill fix-xhur ta’ Jannar u Frar 2010 u lil kemm kuntratturi differenti minn kull kunsill konċernat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar minn għand il-Kunsilli Lokali kollha. L-informazzjoni ntalbet permezz ta’ Memo 48/2010 datat 30/03/2010.
Allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15438, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk xi persuni, kumpaniji, kunsillieri, kunsilli lokali eċċ. għamlu xi allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kull lokal? X'kien il-każ? X'passi ittieħdu? F'liema kunsill sar il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Allegazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ tipi differenti u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun ferm aktar speċifiku dwar l-informazzjoni li qiegħed jitlob, u jindika wkoll il-perjodu ta’ żmien li qed jistaqsi dwaru.
kunsill lokali li applikaw biex jitħaddem il-kunċett ta' Public Private Partnership
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali applika biex jitħaddem il-kunċett ta' Public Private Partnership (Memo 45/2010) fejn jidħol ir-resurfacing ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali ? Liema huma l-kunsilli lokali? Liema huma t-toroq f'kull lokal li ġew identifikati biex isir ix-xogħol? Kemm għandha area kull triq li fiha mistenni jsir xogħol ta' resurfacing u kemm mistennija tiġi tiswa kull triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 41 kunsill lokali li applikaw għall-iskema ta’ Public Private Partnership għal resurfacing ta’ toroq fil-lokalitajiet. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dettalji mitluba.
skola fi Triq il-Katidral f'Tas-Sliema — tneħħija ta' flower pots
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex iż-żewġ flower pots kbar li hemm fuq kull naħa tal-entratura ta' skola li tinsab fi Triq il-Katidral f'Tas-Sliema, baqgħu ma tneħħewx avolja ġew rapportati li fihom gieli jintefgħu xi siringi u għalhekk huma ta' periklu kbir għal kulħadd, speċjalment għat-tfal ta' din l-iskola? Meta mistennija jitneħħew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li, wara li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema rċieva lment dwar il-flower pots imsemmija, il-Kunsill Lokali ħa ħsieb jiżra’ siġar apposta tat-tip ‘glassola’ li, peress li huma aktar folti, jilqgħu milli jintefa’ aktar skart jew siringi fihom. Sussegwentement jirriżulta li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ma reġax irċieva aktar ilmenti f’dan ir-rigward.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma s-segretarji eżekuttivi fil-pool ġdid ta' segretarjat eżekuttiv? F'liema dipartiment tal-gvern jinsabu? X'grad għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Organizzaturi kienu Sports Promotions Malta u l-kontribuzzjoni totali tal-Awtorità tat-Turiżmu għal din l-inizjattiva tal-World’s Strongest Man, li l-programm televiżiv dwaru xxandar kemm-il darba madwar id-dinja kollha, kienet ta’ ħmistax-il elf Ewro (Ewro 15,000).
Ara Korrezzjoni tal-mistoqsija parlamentari f'Papers Laid 4908 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 236, nhar it-Tnejn 14 ta' Ġunju 2010.
Jista' l-Prim Ministru jgħid wara t-twaqqif tal-MEUSAC fejn inħolqot struttura biex tgħin lill-kunsilli lokali fil-mili tal-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programmi ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u li bejn Diċembru 2008 u Frar 2010 il-Funding Unit tal-MEUSAC assista lill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex fil-mili ta' 95 applikazzjoni taħt programmi varji li toffri l-Unjoni Ewropea, liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw fil-mili ta' dawn l-applikazzjonijiet? Għal liema programmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju, il-MEUSAC assista fil-mili ta’ 120 applikazzjoni minn kunsilli lokali. Mhux possibbli li ngħatu dettalji dwar min kienu dawn il-kunsilli ħlief fejn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati u li jidhru f’tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhiex ħaġa sew u nistgħu nfixklu l-proċess ta’ selezzjoni ta’ proġetti jekk nagħtu dettalji ta’ applikazzjonijiet li għadhom pendenti.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-iskop tal-Awtorità tad-Djar li trid tikri madwar 36 post għal 20 xahar? Kemm hu mistenni jħallas il-gvern għal dawn is-36 post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent l-Awtorità tad-Djar qed tikkolabora mal-Fondazzjoni għal Servizzi Soċjali (FSWS) fil-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Embark for Life. Dan il-proġett mistenni jgħin numru ta’ żgħażagħ li għandhom diffikultajiet fil-ħajja tagħhom biex jiksbu taħriġ u jsibu xogħol. Huwa ppjanat li madwar 36 żagħżugħ u żagħżugħa li jipparteċipaw f’dan il-proġett ser ikollhom bżonn ta’ akkomodazzjoni biex jibdew jgħixu b’mod indipendenti u jintegraw ruħhom fis-soċjetà.
Il-Fondazzjoni bħala l-Project Leader ħarġet numru ta’ avviżi fuq il-gazzetti kollha biex tikri 36 appartament għal dawn iż-żgħażagħ. Minħabba li l-Awtorita’ hija partner fil-proġett ħarġet avviż hi ukoll f’isem il-proġett.
Il-kirja ser tkun finanzjata mill-Fondi Ewropej taħt il-proġett Embark for Life skond it-termini li prepara l-Project Leader. L-Awtorità mhux se tidħol fl-għażla tal-appartamenti u lanqas mhu se jkollha obbligi għaliex kollox ser jaqa’ taħt il-Project Leader (FSWS). Fil-fatt l-għan huwa li l-Awtorità tikri l-appartamenti u tgħaddihom mill-ewwel lill-Fondazzjoni b’kull obbligazzjoni annessa mal-kuntratt.