Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18008 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat annwali — rendikont ta' ħidmiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16809 u 15047 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw il-laqgħat annwali tal-lokalità tagħhom s'issa? Meta ġew organizzati u jekk ir-rendikont ta' ħidmiet tal-kunsilli lokali matul is-sena finanzjarja li ntemmet f'Diċembru 2009, ġewx approvati kollha minn kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #18009 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

laqgħat annwali organizzati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16808 u 15051 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw il-laqgħat annwali fejn ir-residenti tal-lokali li ġew magħrfa dwar il-budget għas-sena 2010 u li ma ġewx approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sptar San Luqa — Multi-Storey Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern fuq il-multi-storey car park li nbena ftit ta' snin ilu ħdejn l-Isptar San Luqa u li jinsab vojt u mimlija ħmieġ b'konsegwenza li qed ikun hemm ħafna ġrieden? X'mistenni jagħmel il-gvern b'din il-binja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Awtorità tad-Djar — bini ta' binjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm qed jinbnew binjiet mill-Awtorità tad-Djar? Kemm se jkun hemm units f'kull binja? Kemm hu n-numru ta' kmamar tas-sodda? Fejn jinsabu dawn il-binjiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pazjenti megħjuna mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw pazjenti biex jiġu megħjuna mill-gvern biex imorru jieħdu servizz tas-saħħa barra minn Malta fis-snin 2008, 2009 u 2010? Kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li sal-14 ta’ Ġunju 2010, kien hemm 165 applikazzjoni sabiex pazjenti jirċievu kura barra minn Malta, li minnhom intlaqgħu 158. Matul l-2009 kien hemm 309 applikazzjoni li minnhom ġew aċċettati 296. Peress li l-istatistika dwar l-applikazzjonijiet bdiet tinzamm matul l-2009, informat li fl-2008 intbagħtu 279 pazjent għall-kura barra minn Malta.
Leg 11 PQ #17873 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-Commonwealth

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema lukanda ġiet organizzatta l-konferenza Forum tal-Gvernijiet Lokali ta' pajjiżi fi ħdan il-Commonwealth? Kemm ġiet tiswa lill-Gvern Malti? Min ipparteċipa f'din il-konferenza? X'ġie diskuss? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-karti li ġew ippreżentati f'din il-konferenza? Jista' jgħid l-ismijiet tal-parteċipanti kollha? X'benefiċċju ħadet Malta minn din il-konferenza vis-à-vis il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Konferenza ġiet organizzata fil-lukanda Grand Hotel Excelsior fil-Floriana fuq għażla u a spejjeż tas-CLGF (Commonwealth Local Government Forum). Il-Gvern Malti offra ikla lill-parteċipanti. Għal din l-ikla, apparti l-parteċipanti barranin, kienu preżenti s-Segretarju Ġenerali tal-AKL is-Sur Jimmy Magro u l-Presidenti tar-Reġjuni s-Sinjuri Claudette Abela Baldacchino, Anthony Mifsud, Samuel Azzopardi, Malcolm Mifsud u Paul Farrugia, u l-Membru tal-AKL Joe Cordina. L-uniċi spejjeż oħra kienu marbuta ma’ żewġ light lunches u trasport għall-parteċipanti li marru “ study visits ” fil-lokalitajiet ta’ Vittoriosa u l-Mellieħa. L-ispejjeż l-oħra kollha (inkluż titjiriet u trasport minn u lejn l- airport ) ġew imħallsa mis-CLGF. Fil-Konferenza pparteċipaw il-pajjiżi li huma Membri kemm tal-Commonwealth u kif ukoll tal-UE, jiġifieri ir-Renju Unit, Malta u Ċipru. F’isem Malta, apparti rappreżentanti tas-Segretarjat responsabbli mill-Kunsilli Lokali u tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, ipparteċipaw ukoll l-AKL u l-Presidenti tar-Reġjuni. Din il-Konferenza għal dawn it-tlett pajjiżi qed issir kull sena fejn is-sena li għaddiet saret f’Londra. Il-Konferenza ddiskutiet koperazzjoni bejn it-tlett pajjiżi fil-qasam tal-Gvern Lokali, best practices u l-involviment tal-AKL fis-CLGF. Dan għandu jwassal għal benefiċċji fil-qasam tal-Gvern Lokali minħabba koperazzjoni aktar mill-qrib mal-Membri l-oħra tas-CLGF, qsim ta’ ideat u informazzjoni. Il-Konferenza għandha twassal ukoll għal sehem aktar attiv mill-AKL f’dan il-forum internazzjonali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-parteċipanti flimkien mal-programm tal-konferenza.
Leg 11 PQ #17862 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — pannelli fotovoltajiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent liema huma l-kunsilli lokali li mistennija jistallaw pannelli fotovoltajiċi fuq il-bjut tal-uffiċini amministrattivi tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #17863 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — lifts

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fl-uffiċċji amministrattivi tagħhom għandhom lift? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għamlu talba biex jistallaw lift? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li fil-premises tagħhom m'hemmx għalfejn jistallaw lift?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Kunsilli Lokali li għamlu talba biex jinstallaw lift. Il-bqija tal-informazzjoni mitluba qed tinġabar permezz ta’ Memo 84/2010, li kopja tagħha ntbagħtet ukoll lill-Onorevoli Interpellant, liema nformazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17864 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pannelli fotovoltajiċi fuq il-bjut tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, apparti l-pannelli fotovoltajiċi li ġew stallati fuq il-bjut tal-uffiċini amministrattivi tal-kunsilli lokali, x'inizjattivi ħa kull kunsill lokali biex inqqas l-ispejjeż mill-konsum tad-dawl u l-ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qed tinġabar permezz ta’ Memo 83/2010, li ntbagħtet lill-Kunsilli Lokali kollha nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju 2010, kif appuntu jaf l-Onorevoli Interpellant għaliex jirċievi kopja ta’ kull memo maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant għandu jgħamel mistoqsija oħra fil-mument opportun.
Leg 11 PQ #17865 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — bir għall-ħażna tal-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċini amministrattivi tal-kunsilli lokali għandhomx bir jew le? Huwa użat jew le? Jekk iva, x'użu qed jagħmel minn dan l-ilma kull kunsill lokali? Kemm hi l-ħażna tal-ilma f'kull bir tal-kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.
Leg 11 PQ #17866 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konsultazzjoni dwar il-Qala Creek Marina Tourist Village

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-Kunsill Lokali tal-Qala fuq il-proġett propost Qala Creek Marina Tourist Village?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta' l-Ambjent sejjaħ tliet konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-proġett waqt il-proċess ta' l-EIA, skont l-Avviż Legali 114 ta' l-2007. Dan jinkludi konsultazzjoni waqt it-tħejjija tal-Linji Gwida għall-EIA, konsultazzjoni waqt is-sottomissjoni ta' l-ewwel abbozz tad-dokument (fil-fatt ingħata wkoll xahar żejjed fuq talba ta' l-entitajiet ikkonsultati) u fażi oħra ta' konsultazzjoni fuq l-aħħar abbozz. Dan l-aħħar abbozz ingħata lill-Kunsill f'Settembru 2009 sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għat-tħejjija ta' kummenti fuq id-dokument kemm bil-miktub kif ukoll f'laqgħa pubblika li seħħet aktar tard f'Mejju 2010 fil-Qala stess, fejn il-Kunsill fil-fatt tkellem dwar il-proġett. Ingħatat wkoll l-opportunità li jsiru kummenti bil-miktub sat-3 ta' Ġunju 2010. Barra minn hekk, id-Direttorat ta' l-Ambjent iltaqa' darbtejn mal-Kunsill sabiex jiddiskuti l-EIA fuq il-proġett. Hemm ukoll konsultazzjoni li ssir fuq l-applikazzjoni għall-permess ta' l-iżvilupp innifsu hekk kif stipulat fl-att dwar l-ippjanar u żvilupp. Il-konsultazzjoni pubblika fuq l-EIA ġiet estiża sal-11 ta' Ġunju 2010.
Leg 11 PQ #17818 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16161 u jgħid min huma is-segretarji eżekuttivi ta' kull kunsill lokali? Min minnhom daħal ġdid fis-settur governattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 16161.
Leg 11 PQ #17819 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16336 u jgħid wara t-twaqqif tal-MEUSAC fejn inħolqot struttura biex tgħin lill-kunsilli lokali fil-mili tal-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programmi ta' fondi tal-Unjoni Ewropea u li bejn Diċembru 2008 u Frar 2010 il-Funding Unit tal-MEUSAC assista lill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex fil-mili ta' 95 applikazzjoni taħt programmi varji li toffri l-Unjoni Ewropea, liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw fil-mili ta' dawn l-applikazzjonijiet? Għal liema programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16336.
Leg 11 PQ #17820 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — kunsilli lokali - fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16338 u jgħid minħabba li xi kunsilli lokali kienu applikaw taħt programmi varji tal-Unjoni Ewropea fil-mili tal-formoli fil-Funding Unit tal-MEUSAC u dawn irtiraw mill-proġetti fl-aħħar minuta jew anki injoraw id-deadlines, liema huma l-entitajiet l-oħra fosthom NGOs li setgħu jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Funding Unit u dawn ma setgħux jiġu megħjuna għaliex l-uffiċjali tal-MEUSAC ma setgħux jaċċettaw iktar talbiet għal għajnuna minħabba limitazzjonijiet ta' riżorsi umani? Jista' jsemmi l-NGOs kollha li riedu dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jista' jinqala’ l-każ li minħabba li l-MEUSAC ikun aċċetta li jgħin kunsill lokali jew NGO fil-mili tal-applikazzjoni, u minħabba li l-uffiċjali tal-MEUSAC (il-kap tal-Funding Unit u ż-żewġ Funding Support Executives) ikollhom numru ta' applikazzjonijiet oħra wkoll, ma jkunux jistgħu jaċċettaw applikazzjonijiet ġodda. Minħabba f'hekk, jekk kunsill lokali jew NGO jirtira fl-aħħar stadji tal-applikazzjoni, ikun tellef il-possibilità lil xi kunsill jew NGO oħra milli jieħdu l-għajnuna. Proprju għal din ir-raġuni, il-MEUSAC introduċa sistema ta' depożitu fejn kunsill jew NGO li jirtiraw minn applikazzjoni fl-aħħar mument, jew li ma jżommux mad-deadlines stabbiliti, jitnaqqsilhom id-depożitu bħala penali u disinċentiv biex dawn ma jtellfux l-opportunità ħaddiehor. Mhuwiex il-każ li wieħed joqgħod isemmi b'isimhom dawn l-entitajiet u wieħed jirrispetta n-natura tar-rapport bejn il-MEUSAC u bejn il-klienti tiegħu.
Leg 11 PQ #17821 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — mili ta' applikazzjonijiet taħt programmi li toffri l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16337 u ċioe fid-dawl li l-MEUSAC qed toffri servizz b'xejn fil-mili ta' applikazzjonijiet taħt programmi varji li toffri l-Unjoni Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex minnu li qed jinqalgħu każijiet fejn l-uffiċjali responsabbli fil-MEUSAC mhumiex isibu l-koperazzjoni sħiħa ta' xi kunsilli lokali għaliex jew qed jiġu injorati d-deadlines jew saħansitra ikun hemm xi kunsilli li jirtiraw mill-proġett fl-aħħar minuta? Jista' jispeċifika? Liema huma l-kunsilli involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa minnu li jinqalgħu xi ftit każijiet bħalma ssemma mill-Onorevoli Membru. Proprju għal din ir-raġuni ddaħħlet sistema ta depożitu fejn kunsill lokali li ma jonorax id-deadlines jitnaqqaslu d-depożitu bħala penali u jista’ saħansitra jitlef id-depożitu kollu jekk jirtira fl-aħħar ħin wara li x-xogħol ikun sar b’xejn mill-uffiċjali tal-MEUSAC. Mhuwiex il-każ li wieħed joqgħod isemmi liema huma dawn il-kunsilli anke minħabba n-natura tar-rapport fiduċjarju u kunfidenzjali bejn il-MEUSAC u l-klijenti tiegħu.

Impjant ġdid tal-GascoEnergy f'Bengħajsa

Question

Issa li l-kumpanija GascoEnergy se tibni l-impjant ġdid f'Bengħajsa minflok dak li qiegħda tuża bħalissa fil-Qajjenza, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-art tal-Qajjenza li l-Gvern ta' Malta huwa is-sid tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Qajjenza — Art okkupata mill-kumpanija GascoEnergy

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi ħielsa l-art fil-Qajjenza li fil-preżent hija okkupata mill-kumpanija GascoEnergy?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.