Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18369 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — permessi u allokazzjoni ta' siti għal mobile kiosks

Question

Fid-dawl li diġà bdew il-festi reliġużi fl-istagun ta'sajf , jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jitolbu u kemm talbu fi flus il-kunsilli lokali fi ħlasijiet ta' permessi u allokazzjoni ta' siti għal mobile kiosks u/jew gabbani, u ħlasijiet oħra biex ikopru spejjeż? Dawn huma koperti bil-Bye Laws?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

White Rocks Sports and Leisure Village — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi stmata l-art (il-valur) fejn mistenni jsir il-proġett White Rocks Sports and Leisure Village? Kemm hi l-kobor tal-art? Minn stmaha? Jista' jpoġġi r-rapport tal-istima fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18373 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

White Rocks and Leisure Village — Outside Developement Zone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-area li hija f'Outside Developement Zone fil-proġett tal-White Rocks and Leisure Village?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18374 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

White Rocks and Leisure Village — konsultazzjoni mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret mill-Gvern ta' Malta, mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u entitajiet oħra governattivi mal-kunsilli lokali ċioe Gvernijiet Lokali ta' Pembroke, Naxxar, Swieqi, San Pawl il-Baħar u kunsilli ta' madwar vis-à-vis il-proġett propost tal-White Rocks and Leisure Village?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif intqal meta ġie mħabbar il-proġett ta’ White Rocks Sports and Leisurer Village, in-negozjati mal-investituri interessati fil-proġett għadhom ser jibdew u għaldaqstant il-konsultazzjoni meħtieġa se ssir f’dan l-istadju. Minkejja dan ,eżatt wara li tħabbar il-proġett saru laqgħat mas-Sindki ta’ Pembroke, Swieqi u Naxxar kif ukoll maċ-Chairpersons tal-Hamlets tal-Madliena u ta’ Baħar iċ-Ċaħaq. Huma ngħataw dettalji dwar il-proġett propost. Laqgħat tekniċi għandhom isegwu dawn il-laqgħat inizjali.
Leg 11 PQ #18355 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji eżekuttivi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16161, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tiġi tqum l-ispiża għal din is-sena f'pagi li se jibda joħroġ il-gvern għal dawn is-Segretarji Eżekuttivi li daħlu jaħdmu mal-gvern din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Ċentrali sallum ma għamel l-ebda spiża relatata ma’ pagi lis-Segretarji Eżekutivi tal-Kunsilli Lokali peress li s-Segretarji Eżekuttivi se jibqgħu jitħallsu mill-Kunsilli Lokali kif dejjem kienu.

Awtorità tad-Djar — tneħħija ta' sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur qarib jitneħħa s-sussidju fuq il-postijiet ġodda tal-Awtorità tad-Djar li jkunu se jinbiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kull post ġdid li nbiegħ mill-Awtorità tad-Djar permezz ta’ ‘Ħarġa ta’ Bejgħ’ kellu sussidju fuq il-prezz kummerċjali. Dan se japplika ukoll għal Ħarġa numru 75. M'hemm l-ebda ħsieb li s-sussidju fuq postijiet ġodda jitneħħa.

Malta Enterprise — proġett propost Corporate Village Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret bejn l-awtoritajiet governattivi ċioe il-Malta Enterprise fuq il-proġett propost Corporate Village Malta mal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera, B'Kara u l-kunsilli l-oħra tal-madwar u l-Kumitat Amministrattiv ta' Fleur-de-Lys?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadu kmieni wisq biex isiru konsultazzjonijiet peress li l-proġett għadu fil-fażi ta’ proġettazzjoni u finanzjament. Għalhekk il-gvern nieda espressjoni ta’ interess. Ġaladarba l-pjanti jkunu ffinaliżżati u sottomessi l-MEPA, allura jibda l-proċess awtomatiku ta’ konsultazzjoni mal-entitajiet konċernati.
Leg 11 PQ #18359 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

artiklu fil-ġurnal dwar il-MEPA

Question

B'referenza għall-ġurnal bl-Ingliż pagna 9 tal-11 ta' Gunju 2010 tal-Malta Independent "MEPA Chairman Austin Walker asked if the local council knew about the changes in the plans and a directorate officer informed him that every time there was a change, this had been advertised in the papers" u "........had he been mayor (Austin Walker) he would have gone to MEPA to discuss this project rather than wait for MEPA to approach him", jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kumenti bħal dawn u oħra tal-istess Chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar imorrux kontra l-ispirtu ta' sussidarjetà u konsultazzjoni li tant jiftaħar il-gvern li għandhom il-kunsilli lokali li ġew eletti demokratikament biex ikunu r-rappreżentanti tal-lokal tagħhom bħala gvernijiet lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18361 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — devoluzzjonijiet mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'devoluzzjonijiet mill-Gvern Ċentrali saru lill kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex? X'kienet id-devoluzzjoni għal kull kunsill? Liema kienu l-kunsilli lokali li bbenefikaw mid-devoluzzjoni? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-atti ta' devoluzzjoni kollha li saru lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008 u 2009. Għadu kmieni wisq li tingħatha l-istess informazzjoni dwar l-2010 peress li dan huwa proċess li kontinwament ikun għaddej. Rigward it talba tal-Onorevoli Interpellant biex jitpoġġew kopji tal-atti kollha li saru lill-kunsilli lokali, din toħloq ċerta diffikultà peress li huma ferm voluminużi. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika jekk jixtieqx xi kopja ta’ xi att partikolari minnhom, ħalli dan ikun jista’ jitpoġġa mingħajr ħafna ħela ta’ riżorsi u materjal.
Leg 11 PQ #18364 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett propost ta' mina għat-traffiku — konsultazzjoni bejn il-MEPA u l-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali tal-Marsa għall-proġett propost ta' mina għat-traffiku taħt l-art ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma jsir f’kull applikazzjoni, l-Awtorità innotifikat lill-Kunsill Lokali tal-Marsa li kellha applikazzjoni pendenti mit-Transport Malta. L-ewwel notifika saret f’Marzu tal-2008 u t-tieni darba kienet f’Ottubru tal-2009. Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Marsa qatt ma rrisponda lill-MEPA fuq din in-notifika.
Leg 11 PQ #18111 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

monument tas-Sette Giugno — permessi meħtieġa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-monument tas-Sette Giugno fil-Ġnien ta' Hastings għandux il-permessi meħtieħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-Dipartiment ta' l-Artijiet u entitajiet oħra? Meta saret l-applikazzjoni u meta ħareġ il-permess ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess għall-monument imsemmi ġie approvat fit-12 ta’ Mejju 2010, wara li saret applikazzjoni għal emenda tal-permess oriġinali għal xogħolijiet ta’ tisbiħ fil-Ġnien ta’ Hastings, fis-7 ta’ Mejju 2010. Skont ftehim li l-awtorità għandha mad-Dipartiment tal-Artijiet, waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni ma tintalab l-ebda awtorizzazzjoni mid-dipartiment imsemmi.
Leg 11 PQ #18283 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsill lokali — jum il-lokal

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17175 u jgħid liema huma l-ġranet li l-kunsilli lokali kollha jiċċelebraw jum il-lokal tagħhom? Għaliex ġiet magħżula dik il-ġurnata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Id-dati elenakti bħala Jiem il-Lokalità, għal kull lokalità f’Malta u Għawdex, intgħażlu mill-kunsilli lokali stess.

Stella Maris College — ħinijiiet x'ħin tibda u tispiċċa l-iskola - karozzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17464 u 16050 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-awtoritajiet se jieħdu l-passi neċessarji biex waqt il-ħin ta' meta tispiċċa u meta tibda l-iskola li tinsab f'St. Albert Str., Gżira, ċioe Stella Maris College ma jitilgħux karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skont ir-records tal-awtorità, il-parti ta’ Triq San Albert (quddiem Stella Maris College) għandha l-permessi meħtieġa biex tkun magħluqa għat-traffiku ħlief għat trasport skolastiku waqt il-ħinijiet ta’ dħul u ħruġ tat-tfal mill-iskola. Dwar l-infurzar ta' dan il-permess nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #18286 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li mhux qed jingħataw l-aġenda fil-ħin

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17281 u jgħid jekk huwiex minnu li hemm xi kunsilliera li mhux qed jirċievu l-aġenda għas-seduti fiż-żmien stipulat qabel il-laqgħa, mhux biss, iżda l-minuti li jkunu jridu jiġu approvati qed jintbagħtu sigħat jew ġurnata qabel is-seduta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Artikolu 32 (3) ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali (KAP 363) jistipula illi: “Kull Kunsillier għandu għas-spejjeż tiegħu ikun obbligat li jkollu servizz ta’ posta elettronika fir-residenza tiegħu. Kull korrispondenza, minuti u dokumenti għandhom jintbgħatu lill-Kunsillieri permezz tal-posta elettronika u għall-finijiet ta’ notifika jitqiesu bħala notifika valida” Jien infurmat li kull meta d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirċievi xi ilment fis-sens li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, il-Monitoring Unit tad-Dipartiment jinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill biex jirrimedja is-sitwazzjoni minnufih. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi bl-emendi li daħlu fl-Att dwar Kunsilli Lokali, kull Kunsillier issa għandu account uffiċjali li jista’ jaċċessa saħansitra mid-dar. Is-Segretarju Eżekuttiv irid jibgħat kull korrispondenza, minuti u dokumenti lill-Kunsilliera kollha permezz ta’ din il-posta elettronika. Għal finijiet ta’ notifika dan jitqies bħal notifika valida, allavolja għad hemm xi diffikultà billi ċerta kunsilliera għadhom mhumiex qed jużaw dan is-servizz.
Leg 11 PQ #18287 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Human resources tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17280 u jgħid jekk hux konformi mar-regoli tal-Human Resources tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali meta persuna sekondata ma' kunsill tingħata 15% allowance mas-salarju tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi r-regoli ma jeskludux l-għoti ta’ xi allowance lil ħaddiem tal-gvern li jkun sekondat ma’ kunsill. Sabiex kunsill iħallas allowance, irid jagħmel talba għall-awtorizzazzjoni lid-Direttur għall-Gvern Lokali u jiġġustifika dan il-ħlas abbażi tan-natura tax-xogħol tal-uffiċjal fuq kriterji bħal sensittività, responsabbilitajiet jew ħinijiet żejda.

Single parent — talba għal post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'possibilità hemm li s-single parent li dettalji tagħha qed jingħataw separatament min Ħaż-Żabbar li tgħix ma' ommha u missierha u tliet uliedha tieħu post alternattiv ħdejn l-apparatament ta' ommha biex tkompli tieħu ħsiebha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu sabiex tavviċina l-uffiċjal inkarigat mill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tara fejn waslet l-applikazzjoni tagħha

Marsaxlokk — main tad-drenaġġ f'Xatt is-Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk se jitbiddel il-main ta' drenaġġ l-antik li sar għal-ħabta ta' 70s f'Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-main ta’ Xatt is-Sajjieda, M’Xlokk se jiġi riabilitat flimkien mas-sistema tal-pompi f’Marsaxlokk iktar 'il quddiem. Ir-riabilitazzjoni ta’ dan il-main se ssir mingħajr il-bżonn li tinqala’ il-wiċċ tat-triq.
Leg 11 PQ #18005 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-Kumpanija Green MT

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16346, 14409 u 12730 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-kumpanija Green MT, li hi kumpanija tal-GRTU, fejn se jkunu responsabbli mill-ġbir tal-iskart f'dik il-lokalità? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li ġie ffirmat minn xi kunsill lokali mal-Green MT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li biex jitpoġġew kopji ta’ kull kuntratt, wieħed wieħed, illi ġie iffirmat minn kull Kunsill Lokali mal-Green MT, dan joħloq ċerta diffikultà peress li l-kuntratti huma ferm voluminużi. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika jekk jixtieqx xi kopja ta’ xi kuntratt partikolari minnhom, ħalli dan ikun jista’ jitpoġġa mingħajr ħafna ħela ta’ riżorsi u materjal. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #18006 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi għall-proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16927 u 15062 u jgħid mill-programm Italia-Malta, kemm-il kunsill lokali akkwista fondi biex jorganizza proġetti relatati mar-riċerka, turiżmu, kultura, ambjent, enerġija u prekawzjoni tar-riskju? Liema huma l-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #18007 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet relatati mal-karnival

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16810 u 15042 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jorganizzaw attivitajiet relatati mal-karnival? Kemm ibbenefika fi flus kull kunsill mill-Gvern ta' Malta għal kull attività? Kemm ħareġ il-kunsill għall-attività tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rċevuti li ħallsu l-kunsilli lokali għall-attivitajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.