Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17470 u 15441 u jgħid kemm ingħataw direct orders fis-sena 2009 minn kull kunsill lokali u lil kemm-il kuntrattur differenti kunsill b’kunsill? Kemm ingħataw direct orders kunsill b’kunsill fix-xhur ta’ Jannar u Frar 2010 u lil kemm kuntratturi differenti minn kull kunsill konċernat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fid-dawl tad-diversi Mistoqsijiet Parlamentari li saru dwar direct orders, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ċċirkola Memo apposta sabiex jiġbor u jaġġorna l-informazzjoni kollha mitluba, permezz ta’ Memo 91/2010, kif appuntu jaf l-Onor. Interpellant peress li jirċievi l-Memoranda kollha li joħroġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali. L-informazzjoni aġġornata qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali u tingħata f’xi seduta oħra.
Allegazzjoni kontra xi segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17491, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-allegazzjonijiet humiex ta' kull tip u l-perijodu ta' żmien huwiex mis-sena 2008 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi mill-ġdid lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 17491 u mill-ġdid nitolbu jispeċifika t-tip ta’ każijiet li qed jitlob u jindika wkoll il-perjodu ta’ żmien li qiegħed jistaqsi dwaru. L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-informazzjoni li qed jitlob hi waħda mill-aktar estensiva u kien għal din ir-raġuni li tlabtu jindika l-perjodu ta’ żmien partikolari għall-informazzjoni li qiegħed jitlob.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tat-tmexxija LES Management Committee? Meta nħatru? X'inhi l-funzjoni ta' dan il-bord? X'forma ta' remunerazzjoni għandu kull membru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-funzjoni tal-LES Management Committee hija li jipprovdi l-linji gwida, il-politika ġenerali u t-tħaddim tas-sistema tal-infurzar lokali. Il-Kumitat inħatar fis-26 ta’ Marzu 2010 u huwa kompost kif ġej:
Chairperson
Maurice Caruana
Membri
Henri Darmanin
George Cremona
Joseph Chetcuti
Peter Calleja
Segretarju
Edgar Gatt
Iċ-
Chairperson
għandu remunerazzjoni ta’ €7,000 fis-sena filwaqt li l-Membri l-oħra inkluż is-Segretarju, jirċievu €2,330 fis-sena.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ġbir tal-iskart separat ġie introdott fil-lokalitajiet kollha mill-Gvern Ċentrali. Il-WasteServ għaddiet din ir-responsabbiltà lill-kunsilli lokali biex flimkien mal-iskemi għal ġbir ta’ skart separat, joffru dan is-servizz bi hlasijiet diretti mill-producers. Din ir-responsabiltà tinkludi l-ġbir tal-borża l-griża (Irriċikla t-tlieta) u l-immaniġġjar tal- Bring–In-Sites li kienu ntrodotti mill-Wasteserv.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma kien hemm ebda proċess ta’ devoluzzjoni lill-kunsilli lokali minn xi dipartiment, aġenzija, jew entità governttiva li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha lill-kunsilli lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saret l-ebda devoluzzjoni minn dipartimenti, aġenziji u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, lill-kunsilli lokali.
Ministeru għal Għawdex — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha lill-kunsilli lokali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum, xejn ma ġie devolut mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex lill-kunsilli lokali.
Kunsilli lokali — finanzjament ta' studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku fuq proġetti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-policy li tiffinanzja lill-Kunsilli Lokali f’għajnuna biex ikunu jistgħu jagħmlu studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku fuq proġetti ta’ ċertu kobor fil-lokal tagħhom hijiex inkluża fir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar peress li ma ġietx imwieġba fil-mistoqsija parlamentari 15798 kif irrefera għaliha l-Prim Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ma għandhiex policy biex tiffinanzja lill-Kunsilli Lokali għal dawn l-istudji li qed tirreferi għalihom. Talbiet bħal dawn jiġu studjati fuq il-bażi individwali u fuq il-mertu tal-applikazzjoni fil-lokal.
Issa li l-kumpanija Gasco Energy se tibni l-impjant ġdid f'Bengħajsa minflok dak li qiegħda tuża bħalissa fil-Qajjenza, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-art tal-Qajjenza li l-Gvern ta' Malta huwa s-sid tagħha?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-gvern milli jibda jimmoniterja l-kunsilli lokali kollha f'Malta u Għawdex biex ikun hemm trasparenza u accountability kif suppost mill-assi tal-poplu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 18754.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — devoluzzjoni lill-lunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenziji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (BORG, TONIO)
Jiena ninsab infurmat illi mis-sena 2008 sa llum ma ġie devolut xejn lill-kunsill lokali mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ma ġie xejn devolut lill-kunsilli lokali minn naħa tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u mid-dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2008 sal-ġurnata tal-lum, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern għamel 48 devoluzzjoni ta’ proprjetà tal-Gvern lil diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
proġett nazzjonali kontra l-għargħar — konsultazzjoni mal-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Minsitru jgħid x' tip ta' konsultazzjoni sar bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u entitajiet governattivi oħra fuq il-proġett nazzjonali kontra l-għargħar mix-xita mal-Kunsilli Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi, l-Marsa, l-Imsida u kunsilli oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Proġetti ġew maqsuma fi tnejn, dawk li jikkwalifikaw għall-istudju dwar l-impatt ambjentali u dawk li ma jikkwalifikawx.
Fil-proġetti li ma jikkwalifikawx, il-kunsilli rispettivi ġew innotifikati bl-applikazzjoni fil-bidu tal-proċess. Dawn kienu Ħaż-Żebbuġ u Ħal-Qormi.
Dawk il-proġetti li jikkwalifikaw għall-istudju ta' impatt ambjentali, kull kunsill ġie mogħti kopja tal-applikazzjoni kif ukoll ġie ikkonsultat u qed jiġi infurmat fil-proċess ta' l-impatt tal-istudju ambjentali.
Il-Kunsilli involuti huma: Attard, Balzan, Birkirkara, Gżira, Iklin, Ta' Xbiex, Lija, Msida, Naxxar għal applikazzjoni PA 4926/09 u Żabbar u Xgħajra għal PA 4929/09.
kunsilli lokali — permessi u allokazzjoni ta' siti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li skont Avviż Legali 119/2002, ċioe f'dak li jirrigwarda ħlasijiet ta' permessi u allokazzjoni ta' siti għal mobile kjosks u/jew gabbani talbu flus għal dawn il-permessi aktar milli hu permess mil-liġi mis-sena 2008 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-uniku Kunsill Lokali li talab iżjed flus għall-permessi u allokazzjoni ta’ siti għal mobile kiosks u gabbani, aktar milli huwa permess mil-liġi mis-sena 2008 sal-lum, kien il-Kunsill Lokali tal-Marsa li talab €11.65 iżjed għal kull ġurnata, a bażi ta’ Bye Law 34/19/2000.