Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament m'għaniex l-ebda dħul finanzjaju u cioè benefiċċji soċjali terġa' tibda tieħu xi forma t'għajnuna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata diġa ġiet infurmata b’ittra li ħarġet mid-Dipartiment fil-15 ta’ Ottubru dwar il-każ tagħha.

Kuntratt finali tal-garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni issir il-kuntratt finali tal-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt finali tal-garaxx ma jistax jigi ffirmat ghalissa peress li l-art li fuqha hemm mibni l-garaxx ghadha ma gietx trasferita lill-Awtorita’ tad-Djar.

Kuntratt finali tal-garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni issir il-kuntratt finali tal-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fuq liema hemm mibni dan il-garaxx għadha qed tiġi akkwistata mill-Gvern. Għaldaqstant qabel ma jitħallsu s-sidien oriġinali għall-akkwist ta’ din l-art, u l-proprjetà tiġi ttrasferita lill-Awtorità tad-Djar, il-kuntratt finali tal-garaxx li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, ma jistax isir għalissa.

Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern — applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament quddiem id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tiġi evalwata. Fil-fatt qed isir ix-xogħol kollu neċessarju sabiex il-proprjetà in kwistjoni toħroġ għall-kiri permezz ta’ sejħa għall-offerti wara li jinkiseb l-approvazzjoni tal-Kumitat tat-Tenders fi ħdan id-Dipartiment. Ngħarraf lill-Onorevoli Membru illi meta toħroġ is-sejħa għall-offerti, il-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, kif ukoll kull applikant ieħor li jista’ jkun hemm għal din il-proprjetà, jiġu infurmati bil-miktub.

reserved parking bay

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li għandu reserved parking bay ikollu n-numru tal-karozza tiegħu mmarkat mal-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

Bormla — postijiet b'soqfa ikkundannati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37104 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex minnu li l-proġett ta' Bormla se jkollu jieqaf fuq fin-naħa tar-regatta peress li dawn għandhom is-soqfa ikkundannati u li m'hemmx fondi għalihom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern m'għandu l-ebda tagħrif jew involut fil-proġett ta' Bormla. Dwar is-soqfa ikkundannati fuq in-naħa tar-regatta, dan il-fond huwa amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

tneħħija ta' postijiet ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36307 u 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

problema f'binja tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet ikkonċernati mhux qed jieħdu azzjoni rigward il-problema f'binja tal-gvern li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li mhemmx opra morta?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-talba tal-applikant qed tigi pprocessata.

għajnuna għal negozji żgħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna/skemi/inizjattivi joffru lil dawk li jixtiequ jiftħu negozju żgħir bħal persuna li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Peress li mhux ċar għal liema jew x’tip ta’ għajnuna/skemi/inizjattivi qed jirreferi għalihom nitlob lill-Onorevoli Membru sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li huwa responsabbli mill-Malta Enterprise.

Kalkara — xogħlijiet fi Triq Patri Mattew Sultana

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi mistennija li ssir Triq Parti Mattew Sultana fil-Kalkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat ill peress li l-kuntrattur li ngħata l-kuntratt biex jagħmel ix-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant ma ffirmax dan l-istess kuntratt, Transport Malta kellha tirtiralhu l-kuntratt. Dan ifisser li trid tinħareġ sejħa oħra għall-offerti u allura s'issa ma' nistax ngħid meta dan ix-xoghol se jsir.

applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li tgħix fis-swar ta' Bormla?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikant in kwestjoni hija kkanċellata peress li minn spezzjonijiet li saru mill-Awtorita’ tad-Djar kien evidenti li l-applikant ma’ joqgħodx fil-post minn fejn qed japplika. Infatti l-kmamar kollha li hemm fl-akkwata huma msakkrin bil-katnazzi u fihom jin¿ammu tjur u animali oħra.

Applikazzjoni għal bdil ta' post

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tgħix f'post ikkundat?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat biex tbiddel nhar id-9 t’Awwissu, 2012 u l-ispezzjoni se ssir fil-ġimgħat li ġejjin. L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 332 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.

talba għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar peress li dan il-fond hemm biss żewġt ikmamar tas-sodda u jgħixu fih 5 persuni?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni giet tammenda l-applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is- 16 t’Awwissu, 2012 u l-applikazzjoni ġiet pproċessata mall-applikazzjonijiet l-oħra.

talba għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatamet, li tgħix f'garaxx tieħu post tal-gvern?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għar-risposta mogħtija f’mistoqsija parlamentari 35911 tat-22 ta’Ġunju, 2012 seduta 498.
Leg 11 PQ #37425 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Gżira — Triq magħluqa minħabba skola primajra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu kontra l-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2012 fit- 7.45am għalaq triq fil-Gżira, kontra sinjali immarkati ta' dħul fi triq ħdejn l-iskola primarja tal-Gżira u meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament prova jkellmu biex jgħidlu li fadal aktar minn 15-il minuta biex tingħalaq it-triq skont is-sinjal ta' triq, il-pulizija irrikataħ li jagħtih ċitazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi skont ir-regolament 124 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur kull min isuq jew ikollu fil-kontroll tiegħu vettura bil-mutur għandu f’kull waqt jobdi minnufih kull ordni, indikazzjoni jew sinjal mogħti jew magħmul mill-Pulizija jew minn gwardjan lokali sabiex jitmexxa t-traffiku jew għal kull raġuni oħra fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Infurmat ukoll illi mhux l-ewwel darba li jkun hemm okkażjonijiet fejn membri tal-Korp tal-Pulizija li jkunu jagħtu servizz fil-viċinanzi ta’ skejjel, għall xi raġuni jew oħra jkollhom iwaqqfu il-passaġġ ta’ vetturi minn toroq fil-viċinanzi ta’ l-iskejjel anke’ qabel il-ħin indikat fit-tabelli tat-traffiku fuq il-post. Dwar dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat illi il-kuntistabbli imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, ġie mitkellem mis-superjuri tiegħu, fejn spjega li huwa kien waqqaf il-passaġġ tal-vetturi mit-triq imsemmija fit-tmienja se jdoqqu. Huwa kategorikament ċaħad li rrikatta lill xi membru tal-pubbliku u kompla jispjega illi peress li x-xufier tal-vettura beda jargumenta miegħu li ried jgħaddi, l-kuntistabbli qallu sabiex ma jkomplix itellfu minn xogħolu. Għaldaqstant, ma jidhirx li hemm lok li jittieħdu passi fil-konfront tal-kuntistabbli.

Misraħ ta' Ħaż-Żabbar — sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandiex il-ħsieb jew fil-preżent hemmx xi talba biex isir sleeping policeman fil-misraħ jew madwar il-misraħ ta' Ħaż-Żabbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Ittra mibgħuta lill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Awtorità tad-Djar tirrispondi l-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda tigi proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-percentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem l-Awtorità tad-Djar peress li tgħix ma' missierha f'post li b'kollox jgħixu fih 11-il ruħ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qiegħda tigi proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.