Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma sarx it-taraġ li kellu jsir bosta snin ilu fi Triq Baħar l-Iswed, minn fuq il-mina ta’ Triq Reġjonali sa taħt il-bridge ta’ San Giljan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan it-taraġ huwa inkluż fl-iskema tal-MEPA mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan. Dan it-taraġ imiss ma’ bini residenzjali u għalhekk skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta’ Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rimedjata l-ingustizzja li saret lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ordni ta’ żgumbrament nħarġet fuq ordni tal-Awtorità tad-Djar, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Dipartiment tal-Gvern Lokali — minuti tal-laqgħat tal-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali hux qed jiskrutinja bir-reqqa l-minuti tal-laqgħat tal-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jiskrutinja bir-reqqa l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali, li hija waħda mill-funzjonijiet tal-Monitoring Unit fi ħdan l-istess Dipartiment.
Kunsilli lokali — ksur tar-regolamenti finanzjarji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mis-sena 2008 sal-lum, ġew investigati fuq ksur tar-regolamenti finanzjarji? X'kien il-ksur tar-regolament? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18359 u ċioe: B'referenza għall-ġurnal bl-Ingliż pagna 9 tal-11 ta' Gunju 2010 tal-Malta Independent "MEPA Chairman Austin Walker asked if the local council knew about the changes in the plans and a directorate officer informed him that every time there was a change, this had been advertised in the papers" u "........had he been mayor (Austin Walker) he would have gone to MEPA to discuss this project rather than wait for MEPA to approach him", jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kummenti bħal dawn u oħra tal-istess Chairman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar imorrux kontra l-ispirtu ta' sussidarjetà u konsultazzjoni li tant jiftaħar il-gvern li għandhom il-kunsilli lokali li ġew eletti demokratikament biex ikunu r-rappreżentanti tal-lokal tagħhom bħala gvernijiet lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-kwotazzjoni li kien hemm fil-gazzetti, kienet, tista’ tgħid fidila lejn dak li ntqal, dan trid tarah fil-kuntest kollu tas-seduta. Iċ-Chairman spjega illi sabiex ikun hemm konsultazzjoni effettiva kien ikun iżjed opportun illi l-Kunsill jagħmel is-sottomissjonijiet u jressaq il-kummenti tiegħu meta l-applikazzjoni kienet għada qegħda tiġi pproċessata mid-Direttorat ta’ l-Ippjanar, milli jistenna s-seduta li fiha l-Awtorità tkun se tiddeċiedi l-applikazzjoni sabiex iressaq tali sottomissjonijiet u kummenti.
Dan il-kumment huwa ċertament fil-qofol ta’ dak li qed tippromwovi l-MEPA u l-gvern, li l-parteċipazzjoni pubblika, biex tkun effetttiva trid tkun f’waqtha. Spiss jiġri li kummenti jitħallew għall-aħħar tal-proċess u persuni/għaqdiet jitkellmu fil-jum jew lejliet li tkun se tittieħed id-deċiżjoni. Iċ-Chairman, bħal ma għamel f’okkażjonijiet oħra fl-imgħoddi, ħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jieħdu sehem aktar pro-attiv u jitolbu laqgħat huma stess
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm kunsilli lokali li għandhom direct orders bi ksur tal-liġi mis-sena 2008 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16347, peress li l-applikant ilu li applika għall-għajnuna mill-istess awtorità u anke saret spezzjoni mill-ħaddiema, tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi meħtieġa qabel ma ssir xi disgrazzja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif diġa’ ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16347, l-Awtorità tad-Djar m’għandiex applikazzjoni pendenti f’isem il-persuna msemmija jew mill-indirizz indikat. Barra minn hekk, peress li r-residenza li jgħix fiha l-persuna kkonċernata hija proprjetà mikrija mingħand il-privat, xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża huma responsabbiltà assoluta ta’ sid il-kera u l-kerrej għandu javviċina lis-sid sabiex jitneħħa dan il-periklu. F’każ li s-sid ma jkunx f’pożizzjoni finanzjara li jagħmel it-tiswijiet neċessarji, l-Awtorità tad-Djar għandha skema fejn tgħin finanzjarjament lis-sid sabiex jirrimedja l-problema tal-periklu. L-Onor. Interpellant jista’ jagħżel li jgħarraf lill-inkwilin b’din l-informazzjoni.
White Rocks and Leisure Village — Outside Developement Zone
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-area li hija f'Outside Developement Zone fil-proġett tal-White Rocks and Leisure Village?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit oriġinali tal-White Rocks kien suġġett għall-Development Brief li ġie approvat fl-1995 u huwa kopert b’permess PA 810/01.
Is-sit tal-proġett White Rocks and Leisure Village ikopri medda ta’ 221,174 sq m.
Tista' l-Ministru tara li l-Awtorità tad-Djar tgħin mara xebba li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li wara li applikat biex tieħu għajnuna minn waħda mill-iskemi, l-istess awtorità ma tathiex il-flus meħtieġa b'konsegwenza li l-kuntrattur mhux se jkompli jaħdem fil-fond imsemmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar approvat l-applikazzjoni tas-Sinjura kif ukoll l-għotja fuq ix-xogħlijiet kollha mitluba minnha. Permezz ta’ ftehim datat 26/2/2010, l-Awtorita’ tad-Djar obbligat ruħha li tħallas is-somma ta’ €4,631.26 għax-xogħlijiet mitluba mis-Sinjura. Il-ħlas ikun jista’ jsir wara li s-Sinjura tibgħat l-irċevuti fiskali tax-xogħlijiet kollha meta dawn jitlestew. L-Awtorita’ tad-Djar imbagħad tagħmel spezzjoni fil-post sabiex jiġi kkonfermat li x-xogħol sar, u eventwalment joħroġ il-pagament. Għalhekk mhux il-fatt li l-Awtorita’ tad-Djar ma tagħtx il-flus meħtieġa lis-Sinjura kif qiegħed jingħad fil-mistoqsija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex l-payslip tal-paga mingħand il-gvern qed tasal ġimgħat tard? X’inhi r-raġuni li meta jiġu mistoqsija l-uffiċjali tas-salarji f’Għawdex, dawn minflok jagħtu spjegazzjoni jheddu lill-impjegati li jkunu talbu sodisfazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħala parti mill-proċess biex ħaddiema Għawdxin jitilgħu jaħdmu Għawdex, it-taqsima tas-salarji tal-Gvern illum topera minn Għawdex. Din it-taqsima, skont A.L. 327 ta’ 2009, issa taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tiegħi.
Għalkemm il-proċess hu li l-
payslips
jiġu stampati Għawdex, id-Dipartimenti jiġbru l-
payslips
rispettivi tagħhom mid-Direttorat tal-
HR Systems and Data Management
fil-
Management and Personnel Office
ġimgħa qabel id-data tal-pagament, sabiex dawn jitqassmu lil-impjegati.
Ir-responsabbilità li jitqassmu l-
payslips
minn dejjem kienet u għadha tad-Dipartiment fejn jaħdem l-individwu. Għalhekk, l-uniku post fejn persuna għandha ċċempel f’każ ta’ dewmien bħal dan hu lit-taqsima tas-salarji tad-Dipartiment jew Ministeru kkonċernat.
Għalkemm ma jirriżultax li d-Dipartiment tal-
HR Systems and Data Management
irċieva xi lmenti tax-xorta li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant, nitolbu jkun aktar speċifiku sabiex ilmenti ta’ din ix-xorta jkunu jistgħu jiġu nvestigati sostanzjalment.
proġett propost tal-ground tal-football Pace Grazzo
Question
Tista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett propost ftit tas-snin ilu fuq is-sit tal-ground tal-football Pace Grazzo, Paola huwiex se jsir jew le? Jekk iva, meta mistenni jibda u kemm se jiġi jiswa? Tista' tpoġġi l-pjanti proposti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar VAT minn Għawdex, id-Dipartiment tal-VAT is-sena l-oħra u din is-sena sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ VAT miġbura minn Għawdex matul is-sena 2009 u din is-sena sal-lum huwa € 10,968,624 u € 5,378,716 rispettivament.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18389 u jgħid mis-sena 2008 sal-ġurnata tal-lum x'ġie devolut minn dawk id-dipartimenti, aġenzji, entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu lill-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
White Rocks Sports and Leisure Village — informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi stmata l-art (il-valur) fejn mistenni jsir il-proġett White Rocks Sports and Leisure Village? Kemm hi l-kobor tal-art? Minn stmaha? Jista' jpoġġi r-rapport tal-istima fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19048.
Horizons Terminals Ltd — negożjati fuq proġett ta' ħażna taż-żejt
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17859 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Issa li huwa magħruf li l-kumpanija Horizons Terminals Ltd temmet in-negozjati mal-Gvern ta' Malta biex isir proġett ta' ħażna taż-żejt, jista' l-Ministru jgħid x'kuntatt sar mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk u l-kunsilli tal-madwar rigward dan il-proġett? X'tip ta' konsultazzjonijiet saru mill-Gvern ta' Malta mal-kunsilli lokali li jinsabu madwar dan il-proġett tal-ħażna taż-żejt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dan huwa proġett privat u li dwaru tressqet applikazzjoni quddiem il-MEPA. Il-konsultazzjoni pubblika hija parti integrali mill-ipproċessar tal-applikazzjoni.
Proġett għall-ħażna taż-żejt fil-Port ta' Marsaxlokk
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17858 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Fid-dawl li issa sar magħruf li se jsir proġett għall-ħażna taż-żejt fil-Port ta' Marsaxlokk, jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li tittieħed art għal dan il-proġett? Min hu s-sid ta' din l-art kollha? Kemm hu stmat il-valur ta' din l-art?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li din hija proposta ta' investiment mill-privat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17857 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Fid-dawl li issa sar magħruf li l-Horizons Terminals Ltd temmet in-negozjat tagħha mal-Gvern ta' Malta fejn mistennija tagħmel terminal ġdid f'pajjiżna għall-ħażna taż-żejt, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta fejn mistenni jsir dan il-proġett u jimmarka fuq l-istess pjanta l-estensjoni tal-power station u l-Freeport?