Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20002 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett propost tal-ground tal-football Pace Grazzo

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19366 u 19163 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-proġett propost ftit tas-snin ilu fuq is-sit tal-ground tal-football Pace Grazzo, Paola huwiex se jsir jew le? Jekk iva, meta mistenni jibda u kemm se jiġi jiswa? Jista' jpoġġi l-pjanti proposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li hemm diskussjonijiet għaddeja bejn diversi entitajiet dwar kif l-aħjar li jintuża dan l-ispazju. Nispera li dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi kemm jista' jkun malajr.

Bord ta' tmexxija tal-Park Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu fuq il-bord ta’ tmexxija li jieħu ħsieb il-Park Nazzjonali u storiku tal-Majjistral? Meta nħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-bord ta’ tmexxija li jieħu ħsieb il-Park tal-Majjistral ġie maħtur permezz tal-Avviż Legali 251/2007 u emendat bl-Avviż Legali 224/2009 u huwa iffurmat minn President maħtur mill-Gvern, tliet membri li jirrappreżentaw lill-Gvern ta’ Malta wara konsultazzjoni mad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Artijiet u d-Direttur tal-Ambjent, tliet membri nnominati rispettivament minn kull għaqda mhux Governattiva li huma Nature Trust, Din l-Art Ħelwa u Gaia Foundation u membru li jirrappreżenta l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Il-membri tal-bord ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni.

Park Nazzjonali u Storiku tal-Majjistral — nefqa globali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq fi flus il-Gvern Malti mis-sena 2008 sal-lum fuq il-Park Nazzjonali u Storiku tal-Majjistral? Jista’ jagħti breakdown tan-nefqa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Park Nazzjonali u Storiku tal-Majjistral — pożizzjoni tal-gvern lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Lokali tal-Mellieħa vis-à-vis il-Park Nazjzonali u Storiku tal-Majjistral?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa huwa rappreżentat fuq il-bord tat-tmexxija tal-Park tal -Majjistral.
Leg 11 PQ #19524 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li huma responsabbli mill-bejjiegħa tal-monti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li għandhom ir-responsabbilitajiet tal-monti li jinsabu f’dik il-lokalità? Kemm hu n-numru ta’ liċenzji tal-bejjiegħa tal-monti f’kull lokalità? X’inhi l-pożizzjoni tal-kunsilli vis-à-vis il-monti f’dik il-lokalità? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern ta’ Malta vis-à-vis il-monti f’dik il-lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #19525 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali li m'humiex responsabbli mill-bejjiegħa tal-monti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet u/jew ċioe iz-zones li fihom jiġu organizzatti monti imma li l-kunsill lokali ta’ dik il-lokalità m'għandux x’jaqsam magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Wartime Shelter u Ġnien l-Għarusa tal-Mosta

Question

Peress li l-Kunsill Lokali tal-Mosta applika mas-Sorvintendenza u Wirt Kulturali fit-12 ta’ Mejju tas-sena 2009 kif ukoll kiteb lill-Onor. Jason Azzopardi Membru Parlamentari fid-29 ta’ Marzu 2010 u din it-talba qed issir għaliex dan il-kunsill ma jistax japplika għall-Fondi tal-Ewropa sabiex jiffinanzja dan il-proġett qabel ma jkollu d-devoluzzjoni jew il-guardianship ta’ dawn iż-żewġ postijiet, li jinkludi fost oħrajn it-tindif mill-asbestos li hemm fix-xelter u r-riabilitazzjoni tiegħu kif ukoll żvilupp tal-ġnien tal-Għarusa tal-Mosta, fejn fost affarijiet oħra hemm il-ħsieb li tinbena kafetterija, jista' l-Ministru jindika meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta se jingħata risposta definita rigward it-talba tiegħu għad-devoluzzjoni jew guardianship tal- Wartime Shelter u Ġnien l-Gharusa tal-Mosta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, m’għandu l-ebda talba uffiċjali mill-Kunsill Lokali Mosta, kemm għad-devoluzzjoni kif ukoll għal guardianship tal-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta u x-xelter. Il-korrispondenza li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern fuq din il-proprjetà hija notifika ta’ applikazzjoni lill-MEPA datata 21 ta’ Diċembru 2009 fejn il-Kunsill Lokali Mosta qed jitlob permess lill-Mepa biex jagħmel xogħol ta’ tisbiħ f’dan il-ġnien, jibni kafeterija u jagħmel xogħol ta’ riabilitazzjoni fix-xelter, kif ukoll, talba mill-Kunsill Lokali Mosta datata 26 ta’ Marzu 2010, biex jingħata informazzjoni dettaljata fuq l-art in kwistjoni. Fis-26 ta’ Frar 2010 u fit-22 ta’ Marzu 2010, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, informa lill-perit li għandu l-inkarigu tal-proġett tal-kunsill, li parti mill-art fejn se jsir dan il-proġett hija mikrija lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u ngħata parir biex il-Kunsill Lokali Mosta, jibda diskussjonijiet ma’ dan id-Dipartiment. Barra minn hekk l-informazzjoni mitluba fuq l-art in kwistjoni, ngħatat lill-Kunsill. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li kemm-il darba l-Kunsill jitlob għad-devoluzzjoni tal-proprjetà, it-talba trid issir l-ewwel lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, skont Cirkolari 25/99 dwar devoluzzjoni lokali.
Leg 11 PQ #19515 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftuħ ta' Lukandi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm fetħu lukandi f’pajjiżna? Liema huma? X’kategorija huma? Kemm għandhom sodod f’kull lukanda? Kemm għandhom ħaddiema kull lukanda jaħdmu magħhom illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm infetħu lukandi u stabbilimenti li jipprovdu akkommodazzjoni mis-sena 2008 sal-lum

Breakwater quddiem il-Lukanda Excelsior

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li mistenni jsir breakwater quddiem il-lukanda Excelsior? Kemm mistenni jiġi jiswa? Saru xi Environment Impact Studies? Meta mistenni li jibda l-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti? Jista' jikkonferma li l-awtoritajiet konċernati għadhom m'applikawx għall-permessi meħtieġa? X’jikkonsisti eżatt dan il-proġett? Huwa minnu li mistenni jsir breakwater ieħor in-naħa ta’ Ta’ Xbiex? Kif se jkun milqut il-proġett l-ieħor propost tal-water outfall?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta bħalissa għadha qed tevalwa diversi alternattivi fir-rigward tal-iżvilupp ta’ yacht marina f’Sa Maison. Nista’ nikkonferma li waħda minn dawn l-alternattivi tinvolvi l-bini ta’ breakwater quddiem il-lukanda Excelsior kif ukoll l-estensjoni tal-breakwater ta’ Ta’ Xbiex. Id-disinji għadhom fil-fażi inizjali kif ukoll l-Environmental Impact Study (EIA) li mistenni jitlesta fis-sena 2011. Il-bidu u l-ispiża tal-proġett jiddependu mill-eżitu tal-EIA. Rigward il-pjanti u x’jikkonsisti eżatt dan il-proġett, hemm Project Description Statement li huwa aċċessibli għall-pubbliku fuq il- website tal-Mepa L-applikazzjoni għall-permessi meħtieġa jkunu jistgħu jsiru wara li javvanza l-proċess tal-EIA. Mhux eskluż li l-iżvilupp isir mill-privat jew bi sħab mal-privat. Ninsab ukoll infurmat li mhux minnhu li se jsir breakwater ieħor in-naħa ta’ Ta’ Xbiex. Madanakollu, se jsir studju biex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn li ssir xi estensjoni fil- breakwater eżistenti tal-Marina tal-Imsida jew xi interventi oħra f’din iż-żona. Riwgard il-proġett l-ieħor propost tal- water outfall m’hemm l-ebda indikazzjoni li dan se jiġi milqut.

Inner Harbour — Breakwater

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-proġett propost tal-breakwater fl-Inner Harbour jekk huwiex minnu li mistennija ssir Marina f’Sa Maison? Kemm hu mistenni jkun l-ammont ta’ irmiġġ? Kemm hu mistenni jkun l-investiment f’dan il-proġett? Kemm mistenni jkun id-dħul fis-sena għall-Gvern Malti?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19516, ninsab infurmat li, l-ammont ta’ rmiġġi, l-investiment ta’ dan il-proġett kif ukoll id-dħul fis-sena għall-Gvern Malti jiddependu mill-eżitu tal-EIA.

Fabbriki li għalqu f'pajjiżna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm għalqu fabbriki f’pajjiżna? Liema huma? Liema kienet il-manifattura tagħhom? Fejn kienu? Kemm kienu iħaddmu kull fabbrika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #19520 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għeluq ta' lukandi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm għalqu lukandi f’pajjizna? Liema huma? X’kategorija kienu? Kemm kellhom sodod f’kull lukanda? Kemm kellhom ħaddiema jaħdmu magħhom f’kull lukanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li mis-sena 2008 sal-lum għalqu tliet lukandi u stabbilimenti li jipprovdu akkommodazzjoni u li informazzjoni dwarhom qed tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10576 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ideat kreattivi u oriġinali li faċilment jistgħu jiġu żviluppati fi proġetti u bil-possibilità li dawn l-istess proġetti jkunu ffinanzjati minn programmi varji ta' fond tal-Unjoni Ewropea, bl-għajnuna tal-MEUSAC, fis-seminar li ġie organizzat ftit xhur ilu flimkien maċ-Ċentru tal-Kreattività Kavallier ta' San Ġakbu lill-kunsilli lokali? Liema kunsilli lokali attendew? Liema kunsilli ħarġu b'xi inizjattiva ta' din ix-xorta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-attività ‘Local Council meets Artist’ ġiet organizzata fuq jumejn (30 & 31 ta’ Lulju). Fl-ewwel jum saru preżentazzjonijiet intervattivi u brainstorming ta’ idejat li wasslu għal 21 ideja – 9 ġejjin mill-kunsilli lokali u 12 mill-artisti. Matul it-tieni jum, minn dawn il-21 idejat ġew magħżula 2 u fihom ġew amalgamati ukoll xi idejat oħra. Il-kunsilli u l-artisti ddiskutew ukoll kif dawn il-proġetti jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għalihom. Il-kunsilli lokali attendew kienu: 1. Ħal-Tarxien 2. Valletta 3. San Pawl il-Baħar 4. Bormla 5. San Lawrenz 6. Birkirkara 7. Ħal-Qormi 8. Xagħra 9. Ħal-Safi 10. Naxxar 11. Ħamrun 12. Birgu

Terminal Ġdid għall-ħażna taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17857 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Fid-dawl li issa sar magħruf li l-Horizons Terminals Ltd temmet in-negozjat tagħha mal-Gvern ta' Malta fejn mistennija tagħmel terminal ġdid f'pajjiżna għall-ħażna taż-żejt, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta fejn mistenni jsir dan il-proġett u jimmarka fuq l-istess pjanta l-estensjoni tal-power station u l-Freeport?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19306.

Persuni rrapurtati nieqsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati persuni nieqsa minn Jannar ta’ din is-sena sal-lum, xahar b’xahar? Kemm minnhom instabu? X’kienet l-età tagħhom? Minn liema lokalità kienu ġejjin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn Jannar sal-aħħar ta' Awwissu ta' din is-sena kien hemm 299 persuna li ġiet rrapurata nieqsa, li minnhom kien hemm 266 li nstabu. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif aktar dettaljat.

Abbuż ta' droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati persuni li mietu b’abbuż ta’ droga din is-sena? Minn liema lokalità kienu ġejjin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19434.

Karozzi second hand — registration fees

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu karozzi second hand minn barra minn Malta? Minn liema pajjiż ġew importati? Kemm tħallsu f’taxxi/registration fees u spejjeż oħra lill-gvern ta’ Malta b’kollox fis-sena 2010 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li tinżamm minn Transport Malta dwar vetturi second hand minn barra hija dwar dawk li attwalment ikunu reiġistrati. L-ammont ta' vetturi użati minn barra minn Malta li ġew reġistrati bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena, kien ta` 6,617. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pajjiżi flimkien mal-ammonti minn fejn ġew importati l-imsemmija vetturi. L-ammont ta' taxxa tar-reġistrazzjoni miġbura bejn Jannar u Awwissu 2010 huwa ta’ €25,590,604.41 u l-ammont ta` liċenzji tal-vetturi tat-triq miġbura huwa ta’ € 31,850,342.55.