Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20131 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — dipartimenti u entitajiet governattivi - regolamenti ċari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet biex jiddaħħlu regolari ċari sa meta d-dipartiment u entitajiet governattivi għandhom jirrispondu għall-ilmenti jew talbiet tal-pubbliku li jsiru fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20132 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Quality Service Charter

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Quality Service Charter tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, wieħed irid ifakkar li l-Quality Service Charter huwa Charter volontarju. Sa issa hemm Kunsill Lokali wieħed li addotta Quality Service Charter, dak ta’ Santa Venera u li tiegħu qed inpoġġi kopja fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 11 PQ #20133 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Quality Service Charter — taħriġ lill-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ ħadu l-impjegati tal-kunsilli lokali biex jaddottaw il-Quality Service Charter?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’risposta għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, meta entità timplimenta l-Quality Service Charter, din l-istess entità tkun qed tara x’taħriġ huwa meħtieġ mill-impjegati tagħha biex jingħata l-aqwa servizz. Għalhekk it-taħriġ ivarja minn entità għal oħra u t-taħriġ li jingħata jaqa’ fir-remit ta’ l-entità partikolari.
Leg 11 PQ #20122 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — fondi għall-inizjattivi fil-qasam tal-enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' fond waqqaf il-gvern għall-użu tal-kunsilli lokali biex jieħdu inizjattivi fil-qasam tal-enerġija nadifa? Min għamel użu minn dan il-fond ċioe liema kunsilli lokali applikaw u liema kunsilli ibbenefikaw? Kemm kien l-ammont finanzjaru għal dan il-fond? Kemm ħa kull kunsill mill-Gvern Malti ? Kemm ħareġ kull kunsill biex titwettaq din l-inizjattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Iskema dwar Proġetti ta’ Enerġija Alternattiva 2010 li l-Gvern Ċentrali nieda għall-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 10/2010 maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali nhar it-8 ta’ Jannar 2010. Ninsab infurmat li din l-iskema tinsab fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni. Għaldaqstant, filwaqt li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-48 kunsilli lokali li applikaw taħt din l-iskema b’65 sottomissjoni, l-Onor. Interpellant jifhem li aktar dettalji jkunu jistgħu jingħataw fil-mument opportun. Intant, kif anke jaf l-Onor. Interpellant, peress li huwa jirċievi kopja ta’ kull Memo li joħroġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, inkluż dan il-Memo partikolari, il-fond għal din l-iskema huwa ta’ mhux aktar minn € 300,000 u kull kunsill jista’ jingħata sa massimu ta’ € 10,000.
Leg 11 PQ #20123 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

fondi lill-kunsilli lokali — attivitajiet kulturali u sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' fond waqqaf il-gvern biex jintuża għal attivitajiet kulturali u għal attivitajiet sportivi mill-kunsilli lokali? Min għamel użu minn dan il-fond ċioe liema huma il-kunsilli lokali? Kemm ħa kull kunsill lokali mill-Gvern Ċentrali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-iskemi dwar l-attivitajiet kulturali u inizjattivi sportivi li l-Gvern Ċentrali nieda għall-Kunsilli Lokali fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, kunsilli lokali u Konsultazzjoni Pubblika, permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali f’dawn l-aħħar sentejn. Ta’ min inżid li l-iskema dwar l-attivitajiet kulturali ssir bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu waqt li dik favur aktar inizjattivi sportivi fil-lokalitajiet issir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport. Ninsab infurmat li huma bosta l-kunsilli lokali li ħadu vantaġġ minn dawn l-iskemi u nedew diversi inizjattivi sportivi u attivitajiet kulturali. Għaldaqstant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra erba’ tabelli (Tabelli 1-4 – PQ 20123) li jagħtu dettalji tal-attivitajiet kulturali u inizjattivi sportivi li saru f’diversi lokalitajiet f’dawn l-aħħar sentejn kif ukoll il-flus li kull Kunsill Lokali rċieva taħt dawn l-iskemi rispettivament. Intant infurmat li fis-6 ta’ Lulju 2010 il-Gvern nieda l-aħħar skema sa issa dwar Inizjattivi ta’ Attivitajiet mill-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 95/2010 maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kif jaf ben tajjeb l-Onor. Interpellant, peress li huwa jirċievi kopja ta’ kull Memo li joħroġ id-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Din l-Iskema dwar Inizjattivi ta’ Attivitajiet tinsab fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni. Għaldaqstant, filwaqt li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tat-58 Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi li applikaw taħt din l-iskema b’87 applikazzjoni (Tabella 5 – PQ 20123), l-Onor. Interpellant jifhem li aktar dettalji jkunu jistgħu jingħataw fil-mument opportun. Infurmat ukoll li fit-3 ta’ Settembru 2010 il-Gvern Ċentrali nieda wkoll l-aħħar skema sa issa dwar Inizjattivi Sportivi fil-Lokalitajiet għall-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 121/2010 maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Din l-Iskema dwar Inizjattivi Sportivi fil-Lokalitajiet għadha kemm għalqet u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali rċieva 38 applikazzjonijiet mingħand 30 Kunsill Lokali u Kumitat Amministrattiv. Filwaqt li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet (Tabella 6 – PQ 20123), l-Onor. Interpellant jifhem li aktar dettalji jkunu jistgħu jingħataw fil-mument opportun. Mehmuż: Tabella 1 – PQ 20123; Tabella 2 – PQ 20123; Tabella 3 – PQ 20123; Tabella 4 – PQ 20123; Tabella 5 – PQ 20123 Tabella 6 – PQ 20123
Leg 11 PQ #20124 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali li bbenefikaw mill-fond speċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali bbenefikaw mill-fondi speċjali? Kemm hu t-total li ħa kull kunsill lokali minn dan il-fond speċjali ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dwar liema skema partikolari qiegħed jirreferi għaliha
Leg 11 PQ #20125 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — fond għal ħidma soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx fond għal ħidma soċjali fi ħdan il-kunsilli lokali? Min qed jagħmel użu minn dan il-fond? X'tip ta' ħidma qed jagħmel kull kunsill lokali f'dan il-qasam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Iskema ta’ Finanzjament għall-Inizjattivi fil-Qasam Soċjali għall-kunsilli lokali li l-Gvern Ċentrali kien ħabbar permezz ta’ tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali nhar il-31 ta’ Diċembru 2009. Ninsab infurmat li din l-iskema għadha ma tneditx għalissa.
Leg 11 PQ #20126 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali li mhux aċċessibli għal kulħadd

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mhux aċċessibli għal kulħadd? X'passi qed jittieħdu biex din il-problema tispiċċa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kunsilli lokali li l-uffiċini amministrattivi tagħhom mhumiex aċċessibli għal kulħadd. Intant il-bqija tal-kunsilli lokali l-oħrajn li mhumiex fil-lista rrappurtaw lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li huma aċċessibli għal kulħadd.
Leg 11 PQ #20127 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — fond ta' ko-finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqaf il-fond ta' ko-finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea? Liema huma l-kunsilli li għamlu użu minn dan il-fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-fond ta’ ko-finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea twaqqaf fis-sena 2009. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kunsill lokali u entitajiet relatati li għamlu użu minn dan il-fond.
Leg 11 PQ #20116 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — uffiċini li jiftħu s-Sibt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li l-uffiċini tal-kunsilli lokali bdew jiftħu s-Sibt ukoll x'tip ta' servizz qed joffru f'dik il-ġurnata? Kemm hu n-numru ta' impjegati f'kull kunsill li qed jaħdem is-Sibt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar ta’ Sibt il-kunsilli lokali prattikament joffru lill-pubbliku s-servizzi kollha li joffru matul il-bqija tal-ġimgħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ewlenin fosthom ħlasijiet ta’ multi għal kontravenzjonijiet u kirjiet tal-Gvern, rappurtar ta’ lmenti, ħruġ ta’ permessi għal kiosks, makkinarju, skips, attivitajiet, applikazzjonijiet tal-passaporti, reġistrar ta’ tilqim tal-influwenza staġjonali u teħid ta’ sejħiet għall-bulky refuse fost l-oħrajn. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-għadd ta’ impjegati f’kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex nhar ta’ Sibt. Intant ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jistħarreġ lill-kunsill lokali tas-Sannat wara li rriżulta li dan mhux jiftaħ l-uffiċċju amministrattiv tiegħu nhar ta’ Sibt, kif suppost għandu jagħmel skont Memo 53/2009.
Leg 11 PQ #20117 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Dipartiment u entitajiet tal-gvern - servizzi fil-jum tas-Sibt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid dawk li qed jieħdu servizzi mill-kunsilli lokali fil-ġurnata tas-Sibt kif qed jaħdmu mad-dipartiment u entitajiet tal-gvern meta dawn ikunu magħluqa f'dan il-jum tas-Sibt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jista’ jifhem l-Onor. Interpellant, mit-tweġiba li għadni kemm tajtu għall-Misqtoqsija Parlamentari Nru. 20116, is-servizzi li l-kunsilli lokali joffru lill-pubbliku nhar ta’ Sibt m'għandhom l-ebda ħtieġa ta’ interventi jew komunikat partikolari la mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u lanqas minn entitajiet oħrajn tal-Gvern. Infurmat iżda li jekk ikun il-każ il-Kunsilli Lokali għandhom is-sistemi tagħhom ta’ kif jitrattaw l-ilmenti tal-pubbliku, kif anke spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19506, u b’hekk ikunu jistgħu jsegwu l-każ fil-ġurnata tax-xogħol ta’ wara.
Leg 11 PQ #20118 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — tqassim ta' fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod ġew imqassma l-fondi speċjali lill-kunsilli lokali din s-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dwar liema skema partikolari qiegħed jirreferi
Leg 11 PQ #20119 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

għajnuna diretta lill-kunsilli lokali biex jagħtu servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna diretta ta l-Gvern Ċentrali lill-kunsilli lokali biex imbagħad huma jagħtu servizzi estensivi lir-residenti tagħhom u lil dawk li jżuruhom għal diversi raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern jalloka flus lil kull Kunsill Lokali skont il-ħtiġijiet ta’ kull lokalità, kif espressa fil-formula l-ġdida ta’ finanzjament skont it-Tmien (8) Skeda tal-Att dwar Kunsill Lokali (Kap. 363, Liġi ta’ Malta), biex iwettqu d-diversi funzjonijiet statutorji tagħhom, liema funzjonijiet huma elenkati f’Artiklu 33 tal-istess Att.
Leg 11 PQ #20120 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

studju fuq il-playing fields minħabba sigurtà

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' studju sar fuq kull playground u playing field fil-lokalitajiet sabiex titjieb is-sigurtà għat-tfal li jużawhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' kull studju li sar f'kull lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 20033.
Leg 11 PQ #20121 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

linji gwidi dwar is-sigurtà tal-playingfields

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwidi li ħareġ il-Gvern ta' Malta biex f'kull playground u playing field ma jkunx hemm periklu għal dawk li jużawhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall- Mistoqsija parlamentari 20033.

titjib tat-Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa bejn il-Marsa u Ħal Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li t-Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa bejn il-Marsa u Ħal Luqa tjebitx jew le? Jekk iva, b'liema mod?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20110.

investiment fuq manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm investa l-Gvern Malti din is-sena fuq il-manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta' toroq? Liema huma t-toroq u f'liema lokalitajiet jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata li minnha jirriżulta illi sal-aħħar ta' Ottubru l-Gvern nefaq ftit aktar minn €9 miljun fuq il-bini u manutenzjoni tat-toroq li ma jaqgħux taħt il-fondi strutturali Ewropej.
Leg 11 PQ #20113 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — devoluzzjoni ta' funżjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma id-devoluzzjoni ta' funzjonijiet li għandhom il-kunsilli lokali mis-sena 2008/2009/2010? X'devoluzzjoni ta' funzjonijiet ġodda se jkollhom il-kunsilli lokali s-sena d-dieħla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf ben tajjeb l-Onor. Interpellant Artiklu 33 (Taqsima IV) tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kapitlu 363 tal-Liġi ta’ Malta) jelenka l-funzjonijiet kollha tal-Kunsilli Lokali. Persważ li l-Onor. Interpellant huwa konxju u jaf ukoll li wara l-eżerċizzju tar-riforma dan l-artiklu partikolari nbidel sabiex jakkomoda l-funzjonijiet il-ġodda tal-Kunsilli Lokali. Dawn il-funzjonijiet ġodda huma lkoll elenkati f’sub artikli (1) (m) – (w). Barra minn hekk żdiedu wkoll iċ-ċentri ta’ matul il-jum u dawk matul il-lejl għall-anzjani fi tmiem sub artiklu (1) (k) li jipprovdi għat-twaqqif u ż-żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ ċentri tas-saħħa u rijabilitazzjoni, spiżeriji tal-gvern u uffiċċji distrettwali tas-saħħa.
Leg 11 PQ #20114 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — aktar servizzi fil-lokalità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma r-responsabilitajiet ġodda li għandhom il-kunsilli lokali biex ir-residenti jinqdew minn aktar servizzi fil-lokalità stess mingħajr il-bżonn ta' ġiri minn post għall-ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għad-diversi servizzi li l-Kunsilli Lokali joffru fl-uffiċini tagħhom bħal m’huma l-applikazzjonijiet ta’ servizzi differenti tal-Gvern. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali wara l-funzjonijiet ġodda li tgħaddew lill-Kunsilli Lokali, kif spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistqosija Parlamentari 20113, ma ngħatawx aktar responsabiltajiet ġodda tat-tip li rrefera għalih hu.