Legislature:
Category:
Reset
Active:

servizzi ta' child minding

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod se jkunu involuti l-kunsilli lokali biex joffru servizzi ta' child-minding għat-tfal li jaslu kmieni jew jitilqu tard mill-iskola fejn jattendu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u l-Familja u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali dwar kif il-kunsilli lokali se joffru servizzi ta’ child minding għat-tfal li jaslu kmieni jew jitilqu tard mill-iskola. Iktar informazzjoni tista’ tingħata iktar 'il quddiem.
Leg 11 PQ #20684 Sitting 279 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn fondi speċjali biex jitwettqu proġetti fl-interess tar-residenti tagħhom? X'kienu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20466.
Leg 11 PQ #20685 Sitting 279 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — fondi għall-Attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn fondi speċjali sabiex jorganizzaw attivitajiet partikolari li bihom jiġbdu viżitaturi? X'kienu dawn l-attivitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20466.
Leg 11 PQ #20617 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prijorità lill-lokalitijiet għall-parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20105 u jgħid x'tip ta' miżuri l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tagħti prijorità lil-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u liż-żoni kummerċjali f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20618 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ħidma fil-qasam soċjali u l-ħarsien tal-identità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20098 u jgħid b'liema mod l-kunsilli lokali impenjaw ruħhom f'ħidma fil-qasam soċjali u fil-ħarsien tal-identità lokali din is-sena? X'tip ta' għajnuna ta l-Gvern ta' Malta f'dawn l-oqsma din is-sena? X'għamel kull kunsill din is-sena f'dawn l-oqsma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20098, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #20626 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20095 u jgħid liema huwa dawk il-kunsilli li organizzaw attività kulturali fil-lokalità tagħhom din is-sena? X'kien it-titlu ta' kull attività? Meta saret dik l-attività? Kemm ġiet tiswa dik l-attività? Kemm ħareġ il-gvern ta' Malta għal dik l-attività? Kemm ħareġ il-kunsill għal dik l-attivà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20095 u qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #20627 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konfini tas-slip road

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20082 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7617, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex it-taraġ li huwa inkluż fl-iskema tal-Awtorità mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan u skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur, isir illum qabel għada wara li ż-żona ilha li nbniet u t-taraġ għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20628 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — direct orders bi ksur ta' liġi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20079 u 19202 u jgħid jekk huwiex minnu li hemm kunsilli lokali li għandhom direct orders bi ksur tal-liġi mis-sena 2008 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20678 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2011 — fondi lill-kunsili lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ġie ppreżentat il-Budget 2011, u ġie rappurtat li fl-ewwel sentejn ta' din il-leġislatura, il-kunsilli lokali ingħataw €67.2 miljun bejniethom kif ingħataw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-flus kif tqassmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iż-żieda fir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali, riżultat tat-tiġdid li għaddew minnu tul is-sena li għaddiet, ġabet magħha l-ħtieġa ta’ aktar riżorsi inkluż riżorsi finanzjarji. Fl-ewwel sentejn ta’ din il-leġiżlatura l-Kunsilli Lokali ingħataw 67.2 miljun ewro bejniethom. Dawn il-flus jinkludu l-allokazzjoni finanzjarja annwali u l-flus li jingħataw permezz ta’ fondi speċjali biex iwettqu proġetti fl-interess tar-residenti tagħhom jew jorganizzaw attivitajiet partikolari li bihom jattiraw viżitaturi inkluż turisti. Dawn il-flus jintużaw mill-Kunsilli Lokali biex iwettqu proġetti u jipprovdu t-tindif, il-manutenzjoni, u servizzi oħra neċessarji għall-ġid ġenerali tal-komunita’. Sena Allokazzjoni Finanzjarja 2010 €31 miljun 2009 €27 miljun 2008 €24 miljun Fis-sentejn li għaddew is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali introduċa diversi fondi speċjali u ħareġ diversi skemi biex permezz tagħhom jgħin Kunsilli Lokali jwettqu proġetti importanti li mhux neċessarjament jistgħu jagħmlu bl-allokazzjoni finanzjarja diretta. Dawn l-iskemi, li minnhom inħarġu 23, ammontaw għal total ta’ 6.2 miljun ewro. Sena Numru ta’ Skemi Fondi 2010 12 (sa issa) €4.6 miljun 2009 11 €1.6 miljun TOTAL 23 €6.2 miljun Dawn il-fondi speċjali jingħataw lill-Kunsilli Lokali wara sejħa għall-applikazzjonijiet għal inizjattivi u proġetti immirati biex jintlaħaq l-għan ta’ lokalitajiet sostenibbli bl-aħjar servizz għar-residenti. Permezz tagħhom ittieħdu 544 inizjattiva – 219 fl-2009 u 325 fl-2010. It-tabella li jmiss tindika liema kienu l-iskemi speċjali li ħarġu fl-2009 u fl-2010 u kemm kienu l-Kunsilli Lokali li gawdew minnhom. L-ammont ta’ fondi ta’ kull skema hu indikat ukoll. 2009 Isem tal-Iskema Kunsilli Lokali li gawdew Fondi aġġudikati Finanzjament għal Attivitajiet Kulturali 21 €103,624.62 Finanzjament għal Attivitajiet għal Kulħadd 26 €66,524 Finanzjament għal Aċċesibilita’ f’Postijiet Pubbliċi 25 €92,453 Finanzjament għal Enerġija Nadifa 27 €106,669 Finanzjament għal-Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali 21 €565,000 Fond għal-Libreriji 47 Librerija Lokali 6 Libreriji Reġjonali €25,510 Finanzjament għal Ħidma għal-Lokalitajiet Indaf 4 €60,000 Finanzjament għal-Lokalitajiet Sostenibbli 3 €75,000 Finanzjament għal Proġetti Speċjali f’Kunsilli Żgħar 19 €351,000 Local Enterprise Award 10 €90,000 Green Challenge Award 10 €90,000 TOTAL TA’ INIZJATTIVI 219 €1.6 miljun 2010 Isem tal-Iskema Kunsilli Lokali li gawdew Fondi aġġudikati Finanzjament għal Attivitajiet Kulturali 48 €277,000 Finanzjament għal Attivitajiet għal Kullħadd 27 €47,000 Finanzjament għal-Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali 25 €538,000 Fond għal-Libreriji 47 Librerija Lokali 6 Libreriji Reġjonali €25,394 Finanzjament għal-Lokalitajiet Sostenibbli 7 €160,000 Finanzjament għal Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar 14 €240,000 Ko-Finanzjament għall-Proġetti tal-UE 12 €327,109 Proġetti Pilota għat-Toroq 3 €1.3 miljun Finanzjament għar-Restawr ta’ Postijiet Storiċi Żgħar 20 €156,000 Għajnuna lill-Kunsilli Lokali li jkunu involuti fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mill-Gvern fuq skala nazzjonali 22 €193,400 Public-Private Partnership fuq toroq 26 €1.4 miljun Wi-FI Access Points 68 €34,140 TOTAL TA’ INIZJATTIVI 325 €4.6 miljun Kif indikat mit-tabella t’hawn fuq, il-Kunsilli Lokali ngħataw ukoll ammont ta’ flus biex bejn l-2010 u l-2011 isiru numru ta’ toroq. Hu stmat li fit-tnax-il xahar li ġejjin se jsiru 448 triq residenzjali f’47 lokalita’ differenti. 5.2 miljun ewro mill-allokazzjoni finanzjarja msemmija aktar ’il fuq huma ring-fenced għat-toroq li jfisser li jistgħu jintużaw biss għal xogħlijiet fit-toroq. 33 Kunsill Lokali diġa kkommettew rwieħhom li bejniethom se jagħmlu 185 triq b’dawn il-flus. Il-Gvern mhux kuntent li f’sena jsiru xogħolijiet f’dawn it-toroq residenzjali biss u għaldaqstant ħejja żewġ metodi oħra biex jgħin Kunsilli Lokali jwettqu xogħolijiet f’numru ta’ toroq oħra. Permezz ta’ proġett pilota li qed ikun implimentat fit-tlett lokalitajiet tal-Imqabba, Ħal Kirkop u s-Swieqi, il-Gvern għadda 1.3 miljun ewro biex isiru 61 triq. Il-Gvern qed jgħin ukoll 26 Kunsill Lokali b’1.4 miljun ewro oħra biex bi sħab mal-privat permezz ta’ inizjattivi ta’ public-private partnership iwettqu xogħolijiet fuq 202 toroq. Xogħolijiet fit-Toroq (Skemi 2010-11) Numru ta’ Toroq Lokalitajiet Fondi PPP 202 26 €1.4 miljun Proġett Pilota 61 3 €1.3 miljun Mill-Allokazzjoni Finanzjarja Diretta 2010 185 33 €5.2 miljun Fl-1 ta’ Lulju li għadda bdew jaħdmu uffiċjalment is-16-il Kumitat Amministrattiv li kienu eletti f’żewġ rawnds ta’ elezzjonijiet aktar kmieni din is-sena. Dawn il-Kumitati għandhom aċċess għal 1.8 miljun ewro li jittieħdu mill-allokazzjoni finanzjarja diretta tal-Kunsilli Lokali li jaqgħu taħthom rispettivament. Il-Gvern ħaseb biex jgħin lil dawn il-Kumitati Amministrattivi b’mod speċifiku billi waqqaf fond ta’ €320,000 li jista’ jintuża minnhom biss biex iwettqu proġett importanti u li huma jħossu li huma meħtieġa li jsiru malajr fl-interess tal-komunita’ li jirrappreżentaw. Barra dawn il-fondi diretti l-Kunsilli Lokali gawdew minn skemi ohra taħt Fondi Ewropej bhal 4.8 miljun ewro li seba’ Kunsilli Lokali Maltin u ħamsa Għawdxin kisbu bejniethom mill-Miżuri 313 u 323 taħt il-Pjan ta’ Żvilupp Rurali biex iwettqu numru ta’ proġetti bil-għan li jirrestawraw u jtejbu l-infrastruttura rurali. Il-Kunsilli Lokali ibbenefikaw ukoll mill-iskema maħruġa mill-MEPA msejħa Urban Improvement Fund (UIF) fejn iktar minn €860,000 qed jigu allokati lill-Kunsilli Lokali fuq proġetti ta’zvilupp u tisbiħ ta’ spazji pubbliċi fil-lokalitajiet tagħna.

Knis ta' toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati mal-gvern li jaħdmu fuq il-knis tat-toroq arterjali? X’inhi l-policy tal-gvern fuq il-manteniment tal-indafa fit-toroq arterjali u distributorji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi n-numru ta’ ħaddiema li jnaddfu t-toroq arterjali huwa ta' 152. Dawn jinkludu ukoll ħaddiema li jwettqu xogħol permezz ta’ knis mekkanizzat. Il-policy tal-gvern rigward l-indafa fit-toroq hija illi dawn it-toroq jinżammu fl-aqwa stat ta’ ndafa kemm jista' jkun possibli f’kull ħin.

Kunsill Malti għall-Isport — ċentru sportiv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-management tal- Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ jgħid wkoll jekk hux se jitkompla l-ħidma fuq iċ-ċentru sportiv fis-south ta’ Malta biex inkunu preċizi f’Ħal Kirkop? Jekk fl-affermativ, meta se jkun lest u kemm se tkun in-nefqa fuq ir-recurrent expenditure biex iżommu running?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-management tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) ġie msaħħaħ bl-ingaġġ ta’ Kap fit-Taqsima tas-Servizzi Korporattivi. Bħalissa għaddej xogħol fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop u jekk ma jkunx hemm problemi bl-aħħar tenders li baqa’ jiġu aġġudikati, il-kumpless mistenni li jkun inawgurat fix-xhur li ġejjin. L-stimi proviżorji qed jindikaw li l-ispiża rikurrenti għall-operat ta’ dan il-kumpless ser tkun ta’ madwar €300,000 fis-sena.
Leg 11 PQ #20586 Sitting 277 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Safi — barracks - radar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti ta' Ħal Safi fuq l-istallazzjoni ta’ radar kbir fil-barracks tas-suldati ġewwa Ħal Safi ? L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar naqset li tagħmel il-konsultazzjoni? Għaliex? Kien hemm xi oġġezzjoni mill-kunsill lokali ta’ Ħal Safi fuq l-istallazzjoni tar-radar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20588 Sitting 277 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Devoluzzjoni ta' siti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fuq dawk il-kunsilli lokali li talbu xi forma ta’ devoluzzjoni ta’ siti matul l-aħħar sena? Min huma dawn il-kunsilli lokali u x’kienu l-proġetti li beħsiebhom iwettqu fuq dawn is-siti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Belt Valletta — pavimentar fi Triq Melita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20107 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta mistenni jkompli l-proġett ta' pavimentar fi Triq Melita, il-Belt Valletta n-naħa ta' wara Kastilja? Sa fejn mistenni jsir il-pavimentar fi Triq Melita?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq Melita bejn Triq il-Merkanti u Triq il-Batterija huwa ppjanat li jibda għal madwar Marzu 2011.
Leg 11 PQ #20578 Sitting 276 2010-11-06 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Prim Minsitru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li akkwistaw għajnuna finanzjarja taħt diversi skemi u jista’ jgħid liema proġetti minnhom huma konformi mal-aspetti tas-sostenibilità mis-sena 2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-Ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li diġa tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 20466. Dwar it-tieni parti, nitlob lil-Onor Membru ikun aktar speċifiku u jiddentifika l-aspetti tas-sostenibiltà li qiegħed jirreferi għalihom.

ċensiment — povertà

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk mill-aħħar ċensiment identifikatx xi lokalitajiet partikolari fejn il-poverta għolliet rasha u fid-dawl ta’ ċaqliq demografiku l-Ministru konċernat hux qed jippjana xi miżuri partikulari biex jimmitiga l-effetti u l-kawża tal-faqar moħbi, relatat u assolut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-aħħar ċensiment li sar fis-sena 2005 ma jiddentifikax l-lokalitajiet fejn hemm inċidenza ta’ faqar. Il-Pjan Nazzjonali għall-Inklużżjoni Soċjali jalloka l-bżonnijiet soċjali tas-soċjeta u jelenka l-miżuri meħtieġa.

MCAST — Facilitator

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm facilitators jaħdmu fl-iskejjel u jekk għadx hemm il-bżonn li jiddaħħlu xi facilitators ġodda biex ilaħħqu mad-domanda tal-iskejjel? Hemm facilitators impjegati fl-MCAST u kemm hemm impjgati biex ilaħħqu mal-bżonnijiet tal-istudenti li jirrekjedu dan it-tip ta’ servizz? Qed jittieħdu stipendju u smart card kull student li daħal fil-livell 1 – jiġifieri fil-pre foundation? Hemm xi studenti li ma ħadu l-ebda stipendju u lanqas smart cart fil-livell 1 u għaliex le? Għandha tingħata spjegazzjoni pubblika għaliex hemm studenti li qegħdin iħossuhom emarġinati minħabba deċiżjoni meħuda minn xi diretturi tal-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li bħalissa hemm elf, tlett mija u ħamsa u disgħin (1,395) li qed jagħmlu xogħol ta’ Learning Support Assistants fl-iskejjel statali. Biex jintlaħaq in-numru meħtieġ ta’ LSAs id-Dipartiment għadu għaddej bil-proċess biex ikunu impjegati aktar. L-MCAST bħalissa għandu ħdax-il Learning Support Assistant impjegati u qiegħed fil-proċess biex jimpjega ieħor/oħra. Kull student li jidħol l-MCAST fil- Foundation Level hu suġġett għal numru ta’ tests bl-iskop li jkun stabbilit il-livell li fih ikunu rreġistrati u biex jinstab l-aħjar mod kif dawn l-istudenti jkunu jistgħu jiġu megħjuna. Dawk l-istudenti li rriżulta li kellhom bżonn aktar għajnuna kienu mpoġġija f’livell biex ikunu megħjuna skont il-bżonnijiet tagħhom. Studenti li qed jagħmlu korsijiet f’Livell 1, jiġifieri fl-istess livell taċ min qiegħed fi Klassi V tas-sekondarja, mhux meqjusa li daħlu fil-livell Post Sekondarju u allura mhux intitolati għall-istipendju.

Tender għall-kuntratturi għat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ħariġtx it-tender għall-kuntratturi biex jinbnew it-toroq mferrxa f’pajjiżna? Meta se jibda xogħol fuq dawn it-toroq? Jista’ jagħti informazzjoni liema huma t-toroq magħżula fil-lokalitajiet, lokalità b’lokalità? Meta beħsiebu jispiċċa x-xogħol f’kull lokalità u kemm se tkun in-nefqa b’mod globali għal dawn it-toroq kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jgħid għal liema toroq qed jirreferi.