Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21070 Sitting 282 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — ġbir ta' skart

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli lokali fejn il-ġbir tal-iskart qed isir minn kuntrattur b'emeġenza’? Jekk fl-affermattiv: a) liema huma dawn il-kunsilli; b) kemm ilu jsir ġbir b'emergenza; c) x'wassal li l-ġbir tal-iskart jibda jsir b'emegenza; u d) għaliex għadu qed jinġabar taħt din is-sistema ta’ emerġenza minflok ittieħdu l-passi neċessarji biex jitqabbad kuntrattur fuq bażi normali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

rapporti ta' abbuż sesswali fuq minuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar għaxar snin li għaddew kemm kellna rapporti ta' każi ta’ abbuż sesswali fuq minuri? Kemm minn dawn il-vittmi kellhom taħt it-18 u s-16-il sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar għaxar snin il-Pulizija kellha 341 rapport ta' każijiet ta' abbuż sesswali fuq minuri li l-età tagħhom tvarja bejn sena u 17-il sena.
Leg 11 PQ #20692 Sitting 281 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — korsijiet ta' tagħlim tul il-ħajja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentral biex joffru aktar korsijiet ta' tagħlim tul il-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema ta’ Għajnuna Finanzjarja għall-Korsijiet Lifelong Learning. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 52/2010 u Memo 93/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għal din l-iskema, kien hemm 53 applikazzjoni u l-gvern qassam € 67,328.10 biex isiru diversi korsijiet f’31 lokalità. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern dwar tagħlim għal kulħadd.
Leg 11 PQ #20693 Sitting 281 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — xiri ta' kotba ġodda għal-libreriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali biex il-libreriji lokali jixtru aktar kotba ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm skema li tagħti għajnuna lill-Kunsilli Lokali li għandhom ir-Responsabbilità ta’ Libreriji Lokali. Fl-2009 il-Gvern qassam € 29,354 lill-52 Kunsill li għandhom librerjia filwqat li fl-2010 tqassmu € 26,908 lill 56 Kunsill. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern li tinkoraġixxi aktar qari.
Leg 11 PQ #20694 Sitting 281 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet kulturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema dwar Inizjattivi Kulturali. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 37/2008 u Memo 14/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għas-sena 2009 kien hemm 33 applikazzjoni u l-gvern qassam € 144,500 biex isiru 30 attivita. Fis-sena 2010, daħlu 68 applikazzjoni u il-Gvern qassam € 277,000 għal 57 attivita. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern biex tinfirex l-attivita’ kulturali fil-lokalitajiet tagħna kollha.
Leg 11 PQ #20695 Sitting 281 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali biex ikunu organizzati aktar attivitajiet sportivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema dwar Inizjattivi Sportivi. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 52/2009 u Memo 121/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għas-sena 2009 kien hemm 46 applikazzjoni u l-gvern qassam € 33,262.80 biex jitwettqu 25 proġett ta’ natura sportiva. Għas-sena 2010 daħlu 37 applikazzjoni u l-Gvern qassam €49,189 biex isiru 27 proġett. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern dwar sport għal kulħadd.
Leg 11 PQ #20925 Sitting 281 2010-11-10 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — sistemi tal-IT tal-customer care

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod din is-sena tjiebu s-sistemi tal-IT tal-customer care biex il-pubbliku jinqeda aħjar fil-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20951 Sitting 281 2010-11-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — skema tal-Public Private Partnership

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-iskema tal-Public Private Partnership fuq it-toroq residenzjali dawk il-kunsilli lokali li applikaw u se jieħdu sehem f'din l-iskema kemm se jieħu kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9350 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali li qed jiġu moniterjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu moniterjati u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat fuq bażi regolari li l-moniteraġġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali isir fuq il-Kunsilli Lokali kollha. B’mod partikolari jiġu monitorati: (a) l-Iskedi tal-Pagamenti (b) id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsilli Lokali u (ċ) l-operat finanzjarju inklużi r-Rapport Finanzjarju ta’ kull Kwart u l-Balance Sheets tal-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #20078 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — bir għall-ħażna tal-ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19205, jista' l-Prim Ministru jgħid u jikkonferma jekk l-informazzjoni li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hijiex koretta peress li ma naħsibx li tagħmel sens li minn 68 kunsill lokali, 12-il uffiċċju amministrattiv biss għandhom bir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 20410.
Leg 11 PQ #20131 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — dipartimenti u entitajiet governattivi - regolamenti ċari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet biex jiddaħħlu regolari ċari sa meta d-dipartiment u entitajiet governattivi għandhom jirrispondu għall-ilmenti jew talbiet tal-pubbliku li jsiru fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’risposta għall-mistoqsija tal-Onor Interpellant, id-Direttiva Numru 4 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Prinċipali taħt it-termini ta’ l-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, tirregola f’kemm żmien l-entitajiet u dipartimenti għandhom jibgħatu tweġiba fuq l-ilmenti li jirċievu. Din id-Direttiva daħlet fis-seħħ f’Ġunju 2010.
Leg 11 PQ #20686 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — fondi speċjali u skemi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ġie ppreżentat il-Budget 2011 u fid-diskors ġie rappurtat li l-gvern nieda diversi fondi speċjali u skemi, li ammontaw għal €6.2 miljun u li permezz tagħhom kunsilli lokali kienu megħjuna jwettqu proġetti importanti, liema huma dawn il-proġetti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' kemm ġie jqum kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20687 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — restawr ta' postijiet storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-Gvern Ċentrali fir-restawr ta' postijiet storiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema ta’ Finanzjament għal Restawr ta’ Postijiet Storiċi Żgħar. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 21/2010 li kopja tagħha intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għal din l-iskema daħlu 51 applikazzjoni u l-Gvern qassam € 161,000 biex isiru 21 proġett. Hemm possibilità li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern biex jibqgħu jiġu ippreservati dawn il-postijiet storiċi.
Leg 11 PQ #20688 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — ċentri urbani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-Gvern Ċentrali fit-tisbiħ taċ-ċentri urbani u xogħlijiet f'żoni rurali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ħdax-il Kunsill Lokali iffirmaw il-kuntratti mal-Aġenzija tal-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali (MRRA) sabiex ikunu jistgħu jibdew jagħmlu użu mill-finanzjament Ewropew li kisbu mill-Miżuri 313 u 323 taħt il-Pjan ta’ Żvilupp Rurali. Seba’ Kunsilli Lokali Maltin u ħamsa Għawdxin se jkunu qed jiksbu bejniethom 4.8 miljun ewro u permezz ta’ dawn il-fondi se jkunu jistgħu jwettqu numru ta’ proġetti bil-għan li jirrestawraw u jtejbu l-infrastruttura rurali. Fost il-proġetti hemm ir-restawr u t-tisbiħ tar-raħal medjevali ta’ Ħal Millieri, ir-restawr ta’ katakombi u xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija f’Ħal Kirkop, it-tindif tal-widien tal-Mosta, ir-restawr tal-Kappella ta’ San Dimitri fl-Għarb, u r-restawar ta’ kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-kampanja madwar Malta u Għawdex. Miżura 313 titratta titjib fil-kwalità ta’ ħajja fi nħawi rurali u diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali. Din il-miżura għandha l-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp sostennibbli u l-użu effiċjenti tar-riżorsi rurali għall-qasam turistiku. Taħt il-Miżura 313, ħames Kunsilli Lokali se jkunu qed jieħdu total ta’ 1,920,000 miljun ewro bejniethom. Il-Miżura 323 titratta konservazzjoni u titjib fil-livell tal-wirt rurali. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja fi nħawi rurali billi jissaħħaħ il-pajsaġġ li joffru il-gżejjer Maltin. Din il-miżura tgħin f’investimenti bħall-konservazzjoni, restawr u titjib tal-livell tal-wirt naturali u fiżiku. Taħt il-Miżura 323, tnax-il Kunsill Lokali se jkunu qed jieħdu 2,846,000 ewro. Il-ħames Kunsilli Lokali li gawdew mill-Miżura 313, gawdew ukoll mill-Miżura 323. Is-seba’ Kunsilli Lokali Maltin li gawdew minn dawn il-fondi se jieħdu 2,223,000 ewro. Il-ħames Kunsilli Lokali Għawdxin se jieħdu 1,676,000 ewro. It-tabella li jmiss tagħti indikazzjoni ta’ x’jinvolvu l-proġetti li se jkunu qed jitwettqu mill-Kunsilli Lokali permezz ta’ dawn il-fondi. Kunsill Lokali Deskrizzjoni tal-Proġett Miżura Fondi Ewropej Ħal Kirkop Permezz tal-fondi se tissebbaħ Pjazza Żernieq, se jsir xogħol ta’ konservazzjoni u t-tisbiħ ta’ katakombi paleo-kristjani, filwaqt li se tkun preżervata l-mogħdija tal-Imtalli. 313 + 323 €800,000 Ħad Dingli Se jsir restawr ta’ postijiet storiċi u se jittejjeb l-aċċess għal dawn l-istess postijiet. Ir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ se jwassal biex ma tkomplix tintilef aktar ħamrija. Se tinħoloq heritage trail madwar ir-raħal. Dan kollu għandu jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi. 313 + 323 €437,000 Il-Munxar Se tinħoloq heritage trail partijiet mill-Munxar u x-Xlendi b’numru ta’ servizzi li jiffaċilitaw it-turiżmu fil-kampanja. Barra minn hekk se jsir restawr fuq il-Mitħna sotteranzja ta’ emerġenza fix-Xlendi li hi l-unika waħda tax-xorta tagħha f’Għawdex. 313 + 323 €401,000 Iż-Żurrieq Se jsir tisbiħ ġenerali fl-inħawi li jwasslu sa Ħal Millieri, raħal medjevali li jinsab fil-limiti taż-Żurrieq. Partijiet mit-toroq li jwasslu sa Ħal Millieri se jsiru mill-ġdid filwaqt li z-zuntier s-Salib tad-Dejma u z-zuntier tal-Kappella ta’ San Ġwann se jkunu restawrati. L-għan hu li jkun preżervat dan il-wirt storiku uniku u li jattira lejh aktar turisti. 313 + 323 €385,000 Il-Mellieħa Se jsir proġett ta’ agro-turiżmu sostenibbli fiz-zona ta’ Selmun u l-Imġiebaħ. L-għan hu li dawn l-inħawi jingħataw id-dehra kif kienu mijiet ta’ snin ilu. Se jinbnew mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ, se ssir heritage trail ġdida, numru ta’ irziezet se jinbidlu f’centri ta’ interpretazzjoni, u se jsir restawr ta’ pill-boxes ta’ żmien il-gwerra. Biex isir il-proġett hemm sitt applications quddiem il-MEPA. 313+323 €875,000 Il-Mosta Se jsir pjan għall-immaniġġjar ta’ Wied il-Għasel u Wied Ganamu. Il-widien se jitnaddfu u se jkunu restawrati. Se tinbena mogħdija biex tgħaqqad iż-żewġ widien flimkien . Se jsir ukoll restawr fuq il-pont tal-Isperanza. 323 €393,000 San Lawrenz Se jsir it-tisbiħ tal-pjazza, ir-restawr ta’ diversi sqaqien fil-qalba tar-raħal. Dan kollu għandu jgħin biex San Lawrenz joffri esperjenza mill-aktar rurali lill-viżitatur. 323 €717,000 L-Għarb Se jsiru ħames investimenti differenti. Ir-restawr tas-Salib li sar fl-1753; ir-restawr tal-Kappella ta’ San Dimitri u tal-Kappella taż-Żejt; ir-restawr ta’ pont antik; u r-restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ li jwasslu għal dawn il-proġetti. 323 €486,000 Ta’ Sannat Il-proġett jinkludi r-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ bil-għan li jkunu preżervati l-inħawi rurali fil-limiti tar-raħal u b’hekk ikunu attirati aktar viżitaturi u turisti. 323 €43,000 Birżebbuġa Se jkun irranġat u faċilitat l-aċċess għall-bdiewa u r-raħħala fl-egħlieqi tagħhom. Se jkunu restawrati wkoll il-ħitan tas-sejjieħ fil-Brolli, f’Ta’ Sansajna, f’Wied il-Qoton u f’Borġ in-Nadur. 323 €34,000 Il-Qala Se jsir bini ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-kampanja madwar il-lokalita’. Ir-raba’ kienet devoluta lill-Kunsill Lokali biex tkun trasformata f’ picnic area . 323 €29,000 L-Iklin Il-ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi tal-Kappella San Mikiel, fi Triq ir-Razzett l-Aħmar u fi Triq Erin Serracino Inglott se jkunu restawrati. 323 €174,000 Skemi ohra li hareg il-Gvern Centrali kienu s-sejha ta' 2 miljun euro mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea ghat-titjib taz-zoni urbani kif ukoll programm iehor tal-UE Leader Plus b’vot ta’ €4 miljuni ghall- titjib taz-zoni rurali Skemi ohra li nhargu biex jassistu l-izvilupp u t-tishih tal-prodott fil-lokalitajiet ta’ Malta u Ghawdex huma elenkati kif gej: Isem tal-Iskema Kunsilli Lokali li gawdew Fondi aġġudikati Finanzjament għal-Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali 25 €538,000 Finanzjament għal-Lokalitajiet Sostenibbli 7 €160,000 Finanzjament għal Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar 14 €240,000 Ko-Finanzjament għall-Proġetti tal-UE 12 €327,109 Proġetti Pilota għat-Toroq 3 €1.3 miljun Finanzjament għar-Restawr ta’ Postijiet Storiċi Żgħar 20 €156,000 Għajnuna lill-Kunsilli Lokali li jkunu involuti fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mill-Gvern fuq skala nazzjonali 22 €193,400 Public-Private Partnership fuq toroq 26 €1.4 miljun Wi-FI Access Points 68 €34,140
Leg 11 PQ #20689 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-Gvern Ċentrali biex iżidu l-aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema dwar Aċċessibilità Aħjar fil-Lokalitajiet. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 24/2009 u Memo 7/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Permezz ta’ din l-iskema, għas-sena 2009 38 Kunsill applikaw u ġew allokati € 246,784.10 biex isiru 25 proġett ta’ titjib fl-aċċessibilità. Għas-sena 2010 daħlu 38 applikazzjoni u dawn għadhom qed jiġu evalwati. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern għall-aċċessibilità massima kullimkien.
Leg 11 PQ #20690 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

gvern ċentrali — skema ta' proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali fit-twettiq bl-iskema ta' proġetti f'lokalitajiet żgħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema ta’ Finanzjament għal Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 27/2010 li kopja tagħha intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Kien hemm 33 applikazzjoni għal din l-iskema u il-Gvern qassam € 240,000 biex isiru 15 il-proġett. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern li jgħin dawn il-lokalitatjiet iż-żgħar.
Leg 11 PQ #20691 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern ċentrali — enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali biex jinvestu f'enerġija alternattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema dwar Enerġija Alternattiva . Dawn l-iskemi ħarġu permezz ta’ Memo 38/2008 u Memo 10/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-Kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għas-sena 2009 kien hemm 33 applikazzjoni minn Kunsilli Lokali. Il-Gvern qassam € 314,900 biex isir 27 proġett. Għas sena 2010 daħlu 65 applikazzjoni li għadhom qed jiġu aġġudikati. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern dwar enerġija alternattiva fil-lokalitajiet kollha tagħna.
Leg 11 PQ #20679 Sitting 279 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2011 — sisa fuq is-siment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu nvoluti meta fid-diskors tal-Budget 2011 ġie rappuratat li se tiddaħħal sisa ta' €9 fuq kull tunnellata siment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux ser ikun hemm involviment tal-kunsilli lokali sabiex tiġi implimentata din il-miżura.

Partijiet komuni ta' appartamenti tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jieħdu ħsieb il-partijiet komuni ta' appartamenti tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar qegħdha f’diskussjoni ma’ l-Kunsilli Lokali biex jinstab l-aħjar mod kif jista’ jsir dan ix-xogħol fil-partijiet komuni ta’ appartamenti tal-gvern. Bħalissa l-Awtorita’ qegħdha tisma’ u tilqa’ is-suġġerimenti kollha tal-Kunsilli Lokali. Barra minn dan se tinħareġ skema ta’ reġenerazzjoni tal- housing estates . Din l-iskema ser tkun mibnija, kemm fuq l-aspetti ta’ riġenerazzjoni fiżika (upgrading) ta’ żoni fl- housing estate u kemm fl-aspett edukattivi fejn il-persuni li jgħixu f’dawn il- housing estates ser ikunu offruti tagħlim edukattivi li jgħinu jgħixu aħjar. Kull proposta trid tkun dettaljata u tasal lil Awtorita’ li minn naħa tagħha tara liema proposti huma l-aktar ta’ benefiċċju għal komunita’ u tagħżel minn fost il-proposti.