Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu minorenni f'postijiet ta' divertiment fejn ma jistgħux jidħlu, din is-sena u fejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, il-Pulizija qabdet 124 persuna taħt is-sbatax-il sena f’diversi postijiet ta’ divertiment ġewwa San Ġiljan, Sliema, Rabat, Ta’ Qali, Mosta, Buġibba, Wied il-Għajn, Valletta, Qormi, B’Buġia, Żurrieq u Rabat Għawdex.
Kunsilli lokali — sistemi tal-IT tal-customer care
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20925 u jgħid b'liema mod din is-sena tjiebu s-sistemi tal-IT tal-customer care biex il-pubbliku jinqeda aħjar fil-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, filwaqt li s-sistema tal-Customer Care (www.servizz.gov.mt) ġiet imnedija fl-4 ta’ Mejju 2009, din baqgħet tiġi mtejba matul is-sena (2010) permezz ta’ numru ta’ titjib (enhancements).
Dan it-titjib huwa immirat sabiex jagħmel is-sistema tal-Customer Care iżjed
user friedly,
kemm għall-kunsilli lokali illi iħaddmuha, kif ukoll għall-klijenti kollha li jagħmlu użu minnha. Kompla jingħata wkoll taħriġ lil staff ġewwa kunsilli lokali sabiex is-sistema tintuża aħjar. Isir ukoll monitoraġġ kontinwu sabiex jiġi aċċertat li is-sistema tintuża b’mod għaqli u effiċjenti.
Is-sistema tal-Customer Care tgħaqqad, b’mod elettroniku, il-kunsilli lokali kollha mal-ministeri kollha sabiex il-publiku ikollu
gateaway
unika min fejn jista' jinqeda, u sabiex ikun jista' jagħmel it-talba tiegħu mil-kumdita ta’daru.
Kunsill Lokali — skema tal-Public Private Partnership
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20951 u jgħid fl-iskema tal-Public Private Partnership fuq it-toroq residenzjali dawk il-kunsilli lokali li applikaw u se jieħdu sehem f'din l-iskema kemm se jieħu kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20583 fejn elenkajt dawk il-Kunsill Lokali li qed jieħdu sehem fl-iskema tal-Public Private Partneship fuq ir-resurfacing tat-toroq u kif dawn ser jagħmlu il-pagamenti tagħhom wara li jkun tlesta ix-xogħol.
Kif diġa spjegajt, wara li jitlestà ix-xogħol ta’ resurfacing, il-Kunsill ikun irid iħallas 40% tas-somma tal-kuntratt. Imbgħad wara l-ewwel sena minn mindu jkun spiċċa ix-xogħol, il-Kunsill ikun irid iħalls 20% tal-kuntratt u wara it-tieni sena il-Kunsill iħallas 10%. Għas snin l-oħra, sat-tmien sena, il-Kunsill iħallas 5% kull sena.
Minn naħa tiegħu il-Gvern, permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jgħaddi lill-Kunsilli Lokali nofs l-ammonti ta’ l-ewwel u t-tieni pagament imsemmija hawn fuq.
Sa issa diġa hemm committment ta’ € 1,559,767.13 għall-15 il-lokalità. Barra minn hekk, 13 il-Kunsill ieħor kellhom l-applikazzjoni tagħhom approvata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u qegħdin fil-proċess ta’ tendering.
Barra dan, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jevalwa 24 applikazzjoni oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21070 u jgħid jekk hemmx kunsilli lokali fejn il-ġbir tal-iskart qed isir minn kuntrattur b'emeġenza’?
Jekk fl-affermattiv:
a) liema huma dawn il-kunsilli;
b) kemm ilu jsir ġbir b'emergenza;
c) x'wassal li l-ġbir tal-iskart jibda jsir b'emegenza; u
d) għaliex għadu qed jinġabar taħt din is-sistema ta’ emerġenza minflok ittieħdu l-passi neċessarji biex jitqabbad kuntrattur fuq bażi normali?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20588 u jagħti informazzjoni fuq dawk il-kunsilli lokali li talbu xi forma ta’ devoluzzjoni ta’ siti matul l-aħħar sena? Min huma dawn il-kunsilli lokali u x’kienu l-proġetti li beħsiebhom iwettqu fuq dawn is-siti?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20587 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jidħlu għal xi manteniment qawwi l-ferry boats tal-Gozo Channel? Kif se tkun affettwata x-schedule tal-operat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul Jannar 2011 huwa mistenni li l-vapur MV Gaudos isirlu t-10 year review skont kif stipulat mir-regolamenti marittimi bħalma diġà sar fuq il-vapur MV Ta’ Pinu matul Jannar 2010.
Tali manteniment huwa mistenni li jeffettwa b’mod minimu l-operat u dan eżattament kif seħħ matul Jannar 2010 meta l-
Gozo Channel
ukoll kienet qegħda topera b’żewġ vapuri.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20586 u jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti ta' Ħal Safi fuq l-istallazzjoni ta’ radar kbir fil-barracks tas-suldati ġewwa Ħal Safi ? L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar naqset li tagħmel il-konsultazzjoni? Għaliex? Kien hemm xi oġġezzjoni mill-kunsill lokali ta’ Ħal Safi fuq l-istallazzjoni tar-radar?
Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — pjan għal aktar żjara fil-Kottonera
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20576 u jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta hux se tvara xi pjan ta’ azzjoni biex tixpruna aktar turisti li jżuru l-Kottonera? Jista’ jagħti informazzjoni ta’ x'beħsiebu jwettaq il-gvern bħala l-Vizjoni 2015 fil-qasam turistiku biex joħloq niċeċ ġodda u jattira turiżmu lejn lokalitajiet rurali u x’tip ta’ investiment qed isir fuq siti pubbliċi biex dawn ikunu konformi mal-pjan nazzjonali li jagħtu importanza assoluta lill-prijoritajiet ta’ pajjiżna? Jista’ jgħid xi pjanijiet hemm biex ikunu salvagwardjati t-tempji Ta’ Skorba u ta’ Ħaġrat?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20681 u jgħid liema huma l-għodod li l-kumitati amministrattivi se jkollhom biex ikunu jistgħu jaħdmu? Jista' jgħid liema huma l-kumitati amministrattivi li għamlu użu mill-iskema li hi direttament għalihom? Fiex tikkonsisti din l-iskema? Kemm hu l-ammont tal-flus li bbenefika kull kumitat amministrattiv?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20686 u jgħid wara li ġie ppreżentat il-Budget 2011 u fid-diskors ġie rappurtat li l-gvern nieda diversi fondi speċjali u skemi, li ammontaw għal €6.2 miljun u li permezz tagħhom kunsilli lokali kienu megħjuna jwettqu proġetti importanti, liema huma dawn il-proġetti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' kemm ġie jqum kull proġett?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern ta' Malta biex jonqsu aktar il-karozzi milli jidħlu l-belt kapitali Valletta? Huwa minnu li hemm ħsieb li jogħlew it-tariffi biex tidħol il-belt Valletta? Huwa minnu li hemm il-ħsieb li jitbiddlu l-kundizzjonijiet biex tidħol il-belt Valletta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi se jibda diskussjonijiet ma’ setturi interessati biex ikunu ndirizzati problemi ta’ kwalità tal-arja fil-lokalitajiet fejn dawn jeċċedu l-livelli massimi permessi mir-regolamenti Ewropej dwar din il-materja. Waħda minn dawn il-lokalitajiet hi l-Belt Valletta u t-toroq li jwasslu għaliha. Is-CVA tista’ tkun għodda biex tindirizza dawn il-problemi iżda s’issa għad ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet speċifiċi tan-natura li qed jiddeskrivi l-Onor. Interpellant.
Tranport Malta — ħsejjes tax-xogħol fuq il-vapuri fil-moll
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta mhux qed tieħu l-passi meħtieġa biex darba għal dejjem jieqfu l-ħsejjes tax-xogħol li qed isir fuq vapuri fil-moll il-ġdid ħdejn il-klabb tar-regatta tal-Isla b'konsegwenza ta' ħafna inkonvenjenza lir-residenti fi Triq is-Sur u l-inħawi tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħadet il-passi neċessarji biex twaqqaf ix-xogħol li kien qiegħed isir fuq vapur u li kien qiegħed jikkawża ħsejjes kbar u li kienu ta’ nkonvenjent għar-residenti. Transport Malta ħadet konjizjoni ta’ l-ilmenti mir-residenti u fil-futur se tkun aktar viġilanti qabel ma tilqa’ talbiet mill-vapuri sabiex jagħmlu xi xogħol abbord.
Jista' l-Ministru jara li Transport Malta tirrispondi l-email, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li rċevew minn wieħed mir-residenti f'isem ir-residenti tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta fil-fatt diġà kkomunikat mal-klijent in kwistjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20628, 20079 u 19202 u jgħid jekk huwiex minnu li hemm kunsilli lokali li għandhom direct orders bi ksur tal-liġi mis-sena 2008 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari nurmu 21302, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Kunsilli Lokali li taw direct orders mis-sena 2008 l’hawn.
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed janalizza l-informazzjoni li għandu u qed jevalwa l-passi neċessarji fil-kuntest ta’ ksur tar-regolamenti finanzjarji.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20627 u 20082 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7617, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex it-taraġ li huwa inkluż fl-iskema tal-Awtorità mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan u skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur, isir illum qabel għada wara li ż-żona ilha li nbniet u t-taraġ għadu ma sarx?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20617 u 20105 u jgħid x'tip ta' miżuri l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tagħti prijorità lil-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u liż-żoni kummerċjali f'Malta u Għawdex?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-għodod li l-kumitati amministrattivi se jkollhom biex ikunu jistgħu jaħdmu? Jista' jgħid liema huma l-kumitati amministrattivi li għamlu użu mill-iskema li hi direttament għalihom? Fiex tikkonsisti din l-iskema? Kemm hu l-ammont tal-flus li bbenefika kull kumitat amministrattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Kumitati Amministrattivi għandhom is-servizz tas-Segretarju Eżekuttiv kif ukoll tal-istaff kollu tal-kunsill lokali li tiegħu jkunu jiffurmaw parti.
Id-dipartiment ħareġ skema intiża apposta għall-Kumitati Amministrattivi permezz tal-Memo 94/2010 li biha il-Kumitati Amministrattivi setgħu japplikaw biex jagħmlu proġetti jew inizjattivi speċjali fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
Għal din l-inizjattiva applikaw tlettax il-kumitat amministrattivi li b’kollox ser jingħataw total ta’ € 233,000. Il-flus ingħataw kif inhu indikat hawn taħt:
Kumitat Amministrattiv
Ammont li ser jingħata
Fleur-de-lys
€5,000
Swatar
€16,000
Santa Luċija
€20,000
Ħal-Farruġ
€20,000
Xlendi
€20,000
Baħar iċ-Ċagħaq
€20,000
Burmarrad
€20,000
Tal-Virtu’
€20,000
Tal-Baħrija
€20,000
Madliena
€19,000
Marsalforn
€20,000
Bubaqra
€20,000
Kappara
€13,000
Total
€233,000
Kunsilli lokali — dipartimenti u entitajiet governattivi - regolamenti ċari
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20131 u jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet biex jiddaħħlu regolari ċari sa meta d-dipartiment u entitajiet governattivi għandhom jirrispondu għall-ilmenti jew talbiet tal-pubbliku li jsiru fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’risposta għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, id-Direttiva Numru 4 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Prinċipali taħt it-termini ta' l-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, tirregola f'kemm żmien l-entitajiet u d-dipartimenti għandhom jibgħatu tweġiba fuq l-ilmenti li jirċievu. Din id-Direttiva daħlet fis-seħħ f'Ġunju 2010.
Id-Direttiva Numru 4 intitolata
“Consolidated Service Quality Standards”
tapplika għall-Ministeri, Dipartimenti, u entitajiet li huma koperti l-Att Dwar l-Amministrazzjoni Publika. L-iStandards f’din id-Direttiva jkopru:
- korrispondenza mal-pubbliku (inkluż korrispondenza elettronika).
Għandha tingħata tweġiba fuq il-korrispondenza fi żmien ħames t’ijiem. Fil-każ ta’ tweġiba li tenħtieġ riċerka, r-risposta preliminarja għandha xorta waħda tintbagħat f’ħames t’ijiem.
- kommunikazzjoni bit-telefon.
Id-direttiva tagħti b’mod dettajlat kif impjegati tal-amministrazzjoni pubblika għandhom jirrispondu telefonati.
- appuntamenti u
‘queues’
.
Fil-każ ta’ servizzi pprovduti b’appuntament mal-klijent, l-uffiċċjali pubbliċi għandhom iżommu mal-ħin tal-appuntament u jaraw li l-appuntamenti iqassmuhom b’tali mod li jnaqqsu l-
queues.
- provista ta’ informazzjoni u kif jiġu ipproċessati lmenti.
Dipartimenti u entitajiet għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u korretta fuq is-servizz li jagħtu. Dan japplika wkoll għall-websites, u s-servizz tal-Dipartiment tal-Informazzjoni Freephone 153, waqt li d-Dipartimenti u entitajiet għandhom josservaw il-liġijiet dwar il-privatezza u l-libertà tal-informazzjoni.
- mekkaniżmi ta’ kif jingħata is-servizz konċernat.
Id-Direttiva tħeġġeġ iżjed użu ta’ u servizzi ta’
e-government
filwaqt li tħares l-interessi ta’ persuni b’diżabilita’.
Dawn l-istandards jgħożżu il-Kodiċi ta’ Etika tal-istess l-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika li jirrikjedi li impjegati pubbliċi għandhom jaqdu dmirhom b’mod effiċjenti u ekwu.
Din id-direttiva ma tgħoddx fejn jeżistu
standards
apposta, bħal fis-settur tas-saħħa
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min minn huwa kompost il-Bord Co-Financing Fund? Kull meta jiltaqa' u x'records jinżammu tal-laqgħat? Jista' jgħid jekk il-Minuti humiex pubbliċi jew le? Kemm kien hemm applikazzjonijiet matul is-snin 2009 u 2010? Liema proġetti ġew approvati matul is-snin 2009 u 2010? Kemm tħallsu fondi lill-kunsilli lokali matul is-snin 2009 u 2010? Kemm hemm applikazzjonjiet pendenti għall-approvazzjoni u ta' min huma? Meta se jkunu approvati l-applikazzjonijiet pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord Co-Financing Fund huwa magħmul mis-sinjuri Cynthia Misokova, Daniele Fantechi, Marika Saliba, Joe Sciberras u Mario Borg bħala Segretarju. Dan il-Bord jiltaqa’ frekwenti kull meta jkollu numru ta’ proġetti ġodda x’jevalwa u l-minuti jinżammu fir-records tad-Dipartiment
Qed nelenka l-applikazzjonijiet li daħlu u ġew approvati :
2009 (11 il-applikazzjoni)
ALL.4.EU
Philoxenia
European Cities united through culture and history
Wied il-Mielaħ – Towards an ecologically and culturally sensitive sustainable tourism
Oralities
Opportunites close to home
Sweet 16...never been....to vote
Town Twinning Citizens’ meeting
Town Twinning Citizens’ meeting
Heritage as opportunity – Sustainable Management strategies for Vital Historic Urban Landscapes
Europe in the making...by its own citizens
2010 (30 l-applikazzjoni)
E-Government 4 U
SHARP
ENESCOM
Town-Twinning
BIOLMED - Transnational Network for enhancing the Mediterranean organic olive-growing competitiveness
PEP Talk -Youth in Action Project
ERDF
Two Coast - One Europe - Youth in Action Project
PACT - Promoting Alternative Cultural Tourism - Sant' Ubaldesca and Environs
Town-Twinning
Town Twinning
Promoting Nadur as a destination of Excellence
San Lawrenz - a gem in the west of Gozo
Regeneration of Xewkija Historic Centre
Experiencing Xaghra
Discovering the Potential of Munxar Village Core
Working towards Culture Sustainability
Two Coast - One Europe - Youth in Action Project - PART 2
Hence
LOSA MED CHEM
Conservation of Munxar and the promotion of Rural and Cultural Tourism
Sustainable Eco-Cultural and Responsible European Tourism (SECRET)
The Tal-Bidwi Park
Promoting an Equal and inclusive Labour Market
Gharb's Cultural and Touristic Conservation Project
The future of democracy in Europe and the EU
MEDEVNET
Town Twinning Citizens' meeting
LEADER
LEADER
Ma hemm l-ebda applikazzjoni li ghadha ma bdietx tigi evalwata mill- Bord. F’kull kaz fejn kien jonqos dokumenti jew xi dettalji l-Bord talab lill-applikant sabiex jissottomettihom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli li tnaqqsulhom il-fondi din is-sena? X'inhi jew x'kienet ir-raġuni ta' dan it-tnaqqis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi il-fondi li tnaqqsu lill-Kunsilli Lokali matul din is-sena. Kien hemm okkażjonijiet li meta id-Dipartiment tal-Gvern Lokali ikkunsidra illi r-raġuni li ġab il-Kunsill kienet valida, l-ammont imnaqqas reġa’ ġie rimbursat lill-Kunsill.