Legislature:
Category:
Reset
Active:

tneħħija ta' postijiet ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37469, 36307 u 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — talba injorata

Question

B'referenza għall-mistqosija parlamentari 36154, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament li hija single parent u homeless, u li l-Awtorità tad-Djar qed tinjora t-talba tagħha?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni għadha l-istess. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

kuntratt finali tal-fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir il-kuntratt finali tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-fond li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament jinsab mibni fuq art li għada qed tiġi akkwistata mill-Gvern. Peress li l-kuntratt mas-sidien oriġinali għall-kumpens ta’ ħlas għall-akkwist ta’ din il-proprjetà għadu ma sarx, l-art ma tistax tiġi trasferita lill-Awtorità ta’ Djar u allura l-kuntratt finali tal-fond li dettalji dwaru intbagħtu separatament ma jistax isir għalissa.

kuntratt finali tal-fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir il-kuntratt finali tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt finali tal-fond imsemmi ma jistax jigi ffirmat ghalissa peress li l-art li fuqha hemm mibni dan il-post ghadha ma gietx trasferita lill-Awtorita’ tad-Djar.

Applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għal post alternattiv tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar it-12 ta’ Mejju, 2011 u l-applikazzjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni tal-persuna li ghaliha qeghda issir referenza qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Awtorità tad-Djar — tibdil ta' post

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar mhux qed tieħu l-passi neċessarji biex il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li trid tibdel ma' post ieħor tal-gvern fil-lokalità ta' Birżebuġia mhumiex jieħdu l-inizjattiva biex iż-żewġ naħat jaslu fi ftehim?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat biex tpartat nhar it-30 ta’ Mejju, 2011. L-Awtorita’ tad-Djar m’għandha ebda applikazzjoni minn parti oħra biex iz-zewġ naħat jaslu fi ftehim. Fil prezent l-Awtorita’ tad-Djar għandha 332 applikazzjoni għat-tpartit.

Applikazzjoni għall-post alternattiv

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36895, peress li l-persuna qed tallega li l-figuri imsemmija huma skoretti u li qed tiġi mċaħda milli jkollha aktar punti minħabba dan, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex dawn l-iżbalji jiġu kkoreġuti?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri li l-Awtorita’ tad-Djar tat fir-risposta tagħha tas-seduta 508 huma korretti għaldaqstant m’hemmx x’jiġi ammendat

ilment

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 36522, jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport imsemmi fir-risposta tal-Onorevoli Ministru Azzopardi wasal fid-Dipartiment tal-Proprjetà fi hdan l-Awtorità tad-Djar ricentament. L-inkwilin huwa gentilment mitlub javvicina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex japplika ghal ghajnuna finanzjarja sabiex jigu imsewwija l-hsarat kkonstatati mill-Perit tad-Dipartiment tal-Artijiet.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Dliela - ħsarat fil-basements minħabba triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex it-triq li tinsab f'Ħaż-Żabbar u li tlestijiet bosta snin ilu, meta tagħmel ix-xita, fil-flats li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jidħol ħafna ilma b'konsegwenza ta' ħsarat fil-basement minhabba xogħol ħażin li kien sar fi triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Talba pendenti għal skema offruta mill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li imur il-perit tal-Awtorità tad-Djar biex jara t-talba tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li applikaw għal waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Perit tal-Awtorità tad-Djar inkarigat fuq din l-iskema qed jistenna illi ssir spezzjoni u rapport mill-occupational therapist sabiex jiġu identifikati l-bżonnijiet ta’ mobbiltà tal-applikanti. B’hekk il-Perit ikun jista’ jħejji l-pjanti u l-istimi neċessarji sabiex isiru x-xogħlijiet fuq il-fond.

Awtorità tad-Djar — ħsarat strutturali f'binja tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ħasset li mgħandiex tieħu l-passi neċessarji biex it-talba tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jgħix f'post tal-gvern u għandu ħsarat strutturali jiġu rranġati?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba minghand l-inkwilin msemmi ghal dawn ix-xoghlijiet. L-inkwilin huwa ghaldaqstant gentilment mitlub javvicina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex jaghti iktar dettalji dwar l-ilment tieghu.

Ħsarat strutturali fil-faċċata

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex il-fond tal-gvern li għandu ħsarat strutturali fil-faċċata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma' jkunx ta' periklu għal terzi?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ħa nota ta’ dan l-ilment u ser issir spezzjoni fil-ġranet li ġejjin mill-perit tad-dipartiment biex jara l-ħsarat strutturali li hemm fil-faċċata li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament, kif ukoll iressaq ir-rapport tiegħu lill-Awtorità tad-Djar għal kull azzjoni meħtieġa.

Benefiċċju Soċjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36631 u t-tweġiba ta' dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lill-persuna, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbiliex ma' dak li qed jintqal li huwa intitolat għat-tielet rata ta' pensjoni għall-invalidità?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jiddeċiedi jekk u kif persuna tikkwalifika għal benefiċċju skont l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Hemm provedimenti fl-stess liġi li jagħtu d-dritt lil persuna li tikkontesta deċiżjonijiet tad-Dipartiment. Jiena infurmat mid-Dipartiment li d-deċiżjoni hija korretta.

Applikazzjoni għal xiri ta' fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba li saret mill-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li applika biex jixtri il-fond tiegħu li jinsab il-Birgu li s-sid huwa il-Gvern ta' Malta?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern lesta x-xogħol kollu sabiex il-binja li tinkludi fiha l-fond li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament jiġi trasferit lill-Awtorità tad-Djar. Issa jonqos li l-Awtorità tad-Djar toħroġ Avviż legali li turi t-trasferiment ta’ din il-proprjetà u wara li dan l-avviż legali jiġi ppublikat, l-applikant ikun irid jagħmel l-arranġamenti mal-istess Awtorità tad-Djar biex jixtri l-fond in kwistjoni.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separartament li għandha applikazzjoni għal post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-17 ta’ Novembru, 2010 u l-applikazzjoni tiegħu hija pproċċessata flimkien mal-applikazzjonijiet l-oħra. Il-lokalita' preferuta tiegħu hija l-Fgura.

talba biex tibdel kamra tal-banju

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix ma' bintha li hi persuna b'diżabilità f'fond bil-kera tapplika biex tibdel il-kamra tal-banju li tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba minghand il-persuna imsemmija. Ghalldaqstant din il-persuna gentilment mitluba tavvicina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tigi mghejjuna timla applikazzjoni.

Bormla — kappella ta' San Ġwann t'Għuxa - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li ssir traffic lights kważi ħdejn il-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s'issa Transport Malta ma għandha l-ebda ħsieb li jsiru traffic lights ħdejn il-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa f'Bormla.

Bormla — knisja ta' San Ġwann t'Għuxa - upgrading tal-inħawi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li quddiem il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla eżatt ħdejn il-garaxxijiet li jiġu qrib is-sur tiġi rranġata t-triq u ikun hemm upgrading ta' dawk l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — knisja ta' San Ġwann t'Għuxa - upgrading tal-inħawi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li quddiem il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla eżatt ħdejn il-garaxxijiet li jiġu qrib is-sur tiġi rranġata t-triq u ikun hemm upgrading ta' dawk l-inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għad m’hemmx pjanijiet definiti għal xogħol ta’ upgradinging mid-Dipartiment fi ħdan dan il-Ministeru fi-żona imsemmija. Rigward xogħlijiet ta’ toroq, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni li huwa responsabbli minn Transport Malta.

Persuna li mhux tirċievi — Children allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li suppost tibbenefika minn children allowance ilha ma tirċievi dawn l-allowances aktar minn ħames xhur?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ser tircievi l-pagament dalwaqt. Id-dwemien iriżulta minħabba li ntalbu xi dokumenti mingħand l-persuna u l-kaz seta' jinhadem wara li waslu dawn id-dokumenti.