Jista' l-Prim Ministru jgħid, minn Jannar ta' din is-sena sal-lum, kemm taw ċittazjoniet il-wardens li huma assenjati mal-kunsilli lokali? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' kif tqassmu l-flus ta' dawn iċ-ċitazzjoniet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ftit ta' xhur ilu twaqqfet ir-riforma dwar l-infurzar tal-liġi fejn jidħlu wardens, f'liema stadju waslet din ir-riforma u xi progress sar? Meta din ir-riforma se tibda tkun effetiva għall-pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kumitat ta’ Tmexxija dwar is-Sistema ta’ Infurzar Lokali, imwaqqaf bis-saħħa tal-Avviż Legali 176 tal-2010, huwa nkarigat bl-implementazzjoni tar-riformi premessi bir-rapport “Strengthening the Local Enforcement System” jippreżenta perjodikalment progress report dettaljat dwar l-istadju milħuq minn żmien għal żmien.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-aħħar rapport għas-sodisfazzjon tal-Onor. Interpellant.
Minn dan il-
progress report
l-Onor. Interpellant jista’ jinnota li mill-anqas 14 mid-39 proġetti ta’ riforma elenkati fir-rapport dwar ir-riforma kienu nkorporati fid-dokument ġdid
(New Tender Document)
,
imħejji mill-imsemmi Kumitat ta’ Tmexxija.
Ninsab infurmat li dan it-
tender
se jkun ippubblikat mill-ħames Reġjuni (Xlokk, Nofsinhar, Ċentrali, Tramuntana u Għawdex) fil-jiem li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalità barranija (barra mill-Unjoni Ewropea) u dawk li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea jirreġistraw għax-xogħol illum u ta' liema nazzjonalità huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn impjegati fiċ-Ċivil, f'entitajiet governattivi u fil-bqija tas-settur pubbliku li jitħallsu b'rata aktar minn tal-President ta' Malta? Fejn jaħdmu u x'jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-Amministrazzjoni Pubblika hemm 117 impjegati illi s-salarju tagħhom huwa ogħla minn tal-President ta’ Malta. Dettalji ta’ fejn jaħdmu u l-grad jew pożizzjoni ta’ dawn l-impjegati jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' impjegati pubbliċi li jinsabu interdetti minn xogħolhom u setgħat oħra? Minn liema dipartimenti huma? Għaliex ġew sospiżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 46 uffiċjal pubbliku li huma interdettat mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tiegħu.
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant tinstab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin ċioe tobba, paramedici, eċċ. jaħdmu mal-gvern fl-isptarijiet? Xi grad għandhom u minn liema pajjiż ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
operazzjonijet privati fuq pazjenti riferuti mill-konsulenti tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet u kemm saru testijiet fil-privat fuq pazjenti riferuti mill-konsulenti tal-gvern? X'kienu dawn, kemm swew lill-gvern din is-sena u fejn saru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ interventi privati fuq pazjenti riferuti minn konsulenti tal-Gvern, id-Direttorat tal-Medical Materials and Logistics ġewwa l-Isptar Mater Dei jieħu ħsieb il-ġbir ta’ referenzi minn Konsulenti, verifika tal-investigazzjoni li tkun attwalment saret u tħejjija tal-pagamenti dovuti. Dawn l-interventi huma:
· PET (
Positron Emission Tomography
) li tinvolvi tip ta’
X-Rays
minn magna speċializzata li tagħmel dan it-tip ta’ investigazzjoni. Dan is-servizz beda jingħata fil-privat minn din is-sena 2010.
·
Capsule Endoscopy
li tinvolvi inġestjoni ta’
camera
mill-pazjent u li b’makkinarju speċjalizzat jittieħed filmat minn ġewwa tal-imsaren u wara jiġi rapurtat dijanjożi biex jiġi determinat x’kura tkun meħtieġa. Dan is-servizz beda jingħata fil-privat mis-sena 2009.
Skont il-ftehim li hemm bejn il-Ministeru tas-Saħħa u l-Isptar St James/Capua, sallum saru dawn it-testijiet:
PET Scans
: Saru 77 PET scan, li ġew jiswew lill-Gvern €109,415
Capsule Endoscopy
: Fl-2010 saru 18-il intervent u 15-il
trials
li l-hlas tagħhom għadu pendenti u jammonta għal €22,698.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru beda l-proċessi meħieġa biex jinxtara dan l-apparat tal-
PET Scan
biex isiru dawn it-testijiet fl-Isptar Mater Dei.
Il-Gvern ma jibgħatx pazjenti għal operazzjonijiet fi sptarijiet privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew convicted of a criminal offence din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' dawn il-convictions u jgħid x'weħlu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena kien hemm 2,429 persuna misjuba ħatja li kkommettew xi reat kriminali u ġew ikkundanati skont kif kontemplat fil-Liġi ta' Malta. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar it-tipi ta' reati.
Attachments:21502 - Persuni li gew convicted of a criminal offence.xls
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat din is-sena kien hemm biss bomb hoax waħda (fejn jinstab oġġett li jixbaħ bomba iżda għalkemm ikollha l-komponenti ma jkunx fiha splussiv). Din kienet ma’ residenza privata fit-Triq l-Għajn Ħad Dingli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali din is-sena u għaliex? Kemm saru mill-pulizija? Kemm hu l-ammont kollu fi flus?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena ingħataw 67,647 ċitazzjoni mill-Pulizija dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20678, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-breakdown għas-sena 2009 u s-sena 2010 kif tqassmu l-flus lill-kunsilli lokali għal kull skema indikata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli dettaljati li juru l-flus allokati għal kull proġett jew inizjattiva mill-kunsill lokali li kienu aċċettati u aġġudikati pożittivament taħt id-diversi skemi mnedija mill-Gvern Ċentrali għall-Kunsilli Lokali. Għall-korrettezza l-fondi totali jammontaw għal €7,341,175.04: €2,024,612.39 għas-sena 2009 u €5,316,562.65 għas-sena 2010.
Intant tajjeb ninforma lill-Onor. Interpellant li ċertu proġetti setgħu swew aktar milli oriġinarjament stmat għax ikunu saru xi bidliet mal-progress tax-xogħlijiet.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20678, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħa kull kunsill lokali fl-allokazzjoni finanzjarja fis-sena 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm ħa kull kunsill lokali fi flus li ngħataw permezz ta' fondi speċjali biex iwettqu proġetti fl-interess tar-residenti tagħhom jew biex jorganizzaw attivitajiet partikolari li jkunu jattiraw viżitaturi inkluż turisti fis-sena 2008, 2009 u 2010?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-iskemi li s-segretarjat responsabbli mill-kunsilli lokali ħareġ fis-sena 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista'jgħid liema kienu l-544 inizjattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari, jiġifieri kemm ħa kull kunsill lokali fl-allokazzjoni finanzjarja fis-sena 2008, 2009 u 2010, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 7608 u 15512.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, jiġifieri kemm ħa kull kunsill lokali fi flus mill-iskemi fondi speċjali, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 21496. Din l-istess tabella telenka l-inizjattivi u l-proġetti kollha li ħadu l-kunsilli lokali fis-snin 2009 u 2010, permezz tal-iskemi msemmija.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li telenka l-iskemi għas-snin 2009 u l-2010, s'issa. Tajjeb li l-Onor. Interpellant iżomm amment li ma kienx hemm skemi oħrajn għall-kunsilli lokali qabel dawk imsemmija fil-lista.
Università ta' Malta — informazzjoni dwar studenti li gradwaw
Question
Tista' l-Ministru tgħid din is-sena, 2010 kemm gradaw mill-Università ta' Malta? Kemm hu n-numru ta' Maltin? Kemm hu n-numru ta' barranin? Minn liema lokalitajiet ġejjin il-Maltin? Minn liema nazzjonitajiet ġejjin il-barranin? Kemm gradaw minn kull fakultà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi ta' moħqrija fuq annimali? X'weħlu dawk li nstabu ħatja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 15-il persuna dwar każi ta’ moħqrija ta’ annimali. Infurmat ukoll illi 4 kellhom il-każ tagħhom deċiż, fejn 2 ingħataw multa; 1 ingħata sentenza sospiża u 1 ingħata sentenza sospiża u multa. Il-każijiet l-oħra għadhom pendenti quddiem il-Qorti.