Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Gżira FC li sa ftit ta' żmien ilu kienu jużaw ground fil-Manoel Island u minħabba proġett tal-MIDI sar ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-istess MIDI, jingħataw ground ieħor fil-Manoel Island?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gżira FC għadhom jistgħu jużaw il-ground preżenti fil-Manoel Island. Skont il-ftehim li sar mal-Gvern, il-MIDI huma marbuta li jħallu l-Gżira FC jagħmlu użu minn dan il-ground sakemm jitlesta l-ground il-ġdid.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-qasam tal-housing jiġi devolut lill-kunsilli lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar taħdem flimkien mal-kunsilli lokali imma mhux fil-ħsieb tagħha li tagħmel devolutazzjoni ta’ dawn il-binijiet.
Awtorità tad-Djar — skema ta' riġenerazzjoni tal-housing estates
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li tinħareġ l-iskema ta' riġenerazzjoni tal-housing estates mill-Awtorità tad-Djar? X'tip ta' involviment mistenni jkollhom il-kunsilli lokali f'din l-iskema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ilha minn Settembru ta’ din is-sena tiltaqa’ ma’ dawk il-kunsilli lokali tal-lokalitajiet fejn hemm housing estates biex tisma’ s-suġġerimenti tal-istess kunsilli. Il-ħsieb tal-Awtorità tad-Djar huwa li tibda skema ta’ rigenerazzjoni f’partijiet tal-binjiet fil-housing estates li tinvolvi lill-kunsilli lokali.
kunsilli lokali — xogħol fil-partijiet komuni ta' appartamenti tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jidħol fis-seħħ l-involviment tal-kunsilli lokali biex ix-xogħol fil-partijiet komuni ta' appartamenti tal-gvern ikunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom? X'tip ta' responsabbiltà se jingħataw? Kif qed jiġu involuti dipartimenti oħra tal-gvern bħal dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bħalissa qegħdha taħdem fil-qrib ma’ dawk il-kunsilli lokali li għandhom l-housing estates fil-lokalitajiet tagħhom u wara li qed tisma’ l-ilmenti u s-suġġerimenti tagħhom, bi ħsiebha toħroġ skemi u inizjattivi biex isir xogħol ta’ manutenzjoni fil-partijiet komuni tal-binijiet tal-Gvern.
B'referenza għar-rispostal tal-mistoqsija parlamentari 20682, tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' diskussjonijiet l-Awtorità tad-Djar qed ikollha mal-kunsilli lokali? Min qed jieħu sehem f'dawn il-laqgħat min-naħa tal-Awtorità tad-Djar? Liema huma l-kunsilli lokali li diġà kellhom meeting mal-Awtorità tad-Djar? Huwa possibbli li titpoġġa kopja tal-minuti tal-laqgħat li kellu kull kunsill mal-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 20682 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar qed tagħmel laqgħat mas-Sindki tal-kunsilli lokali ta’ Malta u Għawdex fejn hemm il-Housing Estates sabiex tagħti tagħrif u tiddiskuti l-iskema ta’ riġenerazzjoni li ser tigi imnedija fil-qrib. L-għan ta’ din l-iskema huwa li ntejbu l-istat u l-kwalita’ fil-Qasam tad-Djar tal-Gvern u l-madwar. Din l-iskema ser tkun mibnija kemm fuq l-aspetti ta’ riġenerazzjoni fiżika (upgrading) ta’ żoni fl-housing estate kif ukoll fuq l-aspett edukattiv fejn il-persuni li jgħixu f’dawn il-housing estates ser ikunu offruti tagħlim edukattivi li jgħinu fil-ħajja tagħhom. Il-laqgħat qed isiru mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tad-Djar u minn Uffiċjal tal-istess Awtorita’ li sal-llum iltaqgħu ma’ 22 Sindku fil-lokalitaijiet tal-Belt Valletta, Bormla, Birkirkara, Ħamrun, Marsa, Qormi, Rabat Għawdex, San Ġwann, Santa Lucia, Żabbar, Msida, Żejtun, Fgura, Żebbuġ Malta, B’Buġia, San Giljan, Mosta, Siġġiewi, Kirkop,u Tarxien) u li fil-ġranet li ġejjien ser jiltaqgħu mas-sindki ta’ Kalkara, Attard, Birgu, Lija, Mġarr, Mtarfa, Naxxar Santa Venera, Ta’Xbiex, Rabat, Għaxaq, Gudja, Gżira, Isla, Luqa, Mellieħa, Mqabba, Pieta’ M’Scala, Żurrieq u San Pawl il-Bahar suġġetta għal-konferma tal-attendenza.
Minħabba li l-laqgħat saru b’mod informali ma kien hemmx minuti uffiċċjali imma notamenti dwar il-punti u s-suġġerimenti li għamlu l-istess kunsilli.
Kunsilli lokali — korsijiet ta' tagħlim tul il-ħajja
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20692, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu s-€67,328.10 biex isiru diversi korsijiet f'31 lokalità? Liema huma l-lokalitajiet? Liema kienu t-53 applikazzjoni? Jista' jikkonferma li l-korsijiet ta' tagħlim tul il-ħajja għadhom ma sarux kollha din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 21496. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-53 applikazzjoni taħt din l-iskema partikolari. Ninsab infurmat li hemm xi korsijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant li għadhom ma sarux din is-sena.
skema dwar enerġija alternattiva — applikazzjonijiet minn kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fis-sena 2010 minn 65 applikazzjoni li daħlu għall-iskema dwar enerġija alternattiva, liema huma l-kunsilli lokali involuti? Kemm mistenni jsiru proġetti ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-kunsilli lokali li ssottomettew inizjattivi u proġetti dwar enerġija alternattiva fis-sena 2010 skont Memo 10/2010.
Bħalissa din l-iskema tinsab fil-fażi tal-aġġudikazzjoni
skema dwar enerġija alternattiva — kunsilli lokali li applikaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw fis-sena 2009 għall-iskema dwar enerġija alternattiva? Liema kienu l-proġetti? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull proġett? Kemm ħareġ kull kunsill għal kull proġett? Kemm kien jiswa kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
skema ta' finanzjament għal restawr ta' postijiet storiċi — applikazzjonijiet minn kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema ta' finanzjament għal restawr ta' postijiet storiċi żgħar? Kemm saru b'kollox applikazzjonijiet? Liema huma l-proġetti? Kemm ġie jiswa kull proġett? Kemm ta fi flus il-gvern għal kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-websites tal-kunsilli lokali hux qed jiġu aġġornati ta' spiss jew le, minħabba li hemm kunsilli lokali għadhom ma poġġewx il-minuti ta' laqgħat kif suppost skont il-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-websajt tal-Kunsilli Lokali www.lc.gov.mt tkun aġġornata bil-minuti tal-laqgħat tal-kunsilli lokali, fil-paġna disponibbli għal dan l-iskop, mill-kunsilli lokali nfushom kif obbligati li jagħmlu fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta dawn il-minuti jkunu approvati. Dan skont Memo 35/2009 maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Skond eżerċizzju li jsir regolarment mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirriżulta iżda li l-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, tal-Imsida, ta’ Paola, ta’ Tas-Sliema u tal-Imtarfa naqsu li jagħmlu dan għal dawn l-aħħar ġimgħat. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġibed l-attenzjoni ta’ dawn il-kunsilli lokali sabiex jaġġornaw il-minuti tal-laqgħat tagħhom mill-aktar fis possibli u se jkompli jsegwi skont iċ-ċirkostanzi.
Kummisarju tal-Artijiet — talba għad-devoluzzjoni ta' Couvre Porte
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali tal-Birgu għadu ma rċieva l-ebda risposta dwar it-talba għad-devoluzzjoni tas-sular ta’ fuq ta’ Couvre Porte mill-Kummisarju tal-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess ta’ evalwazzjoni għad-devoluzzjoni tal-ewwel sular ta’ “Couvre Porte” lill-Kunsill Lokali tal-Birgu għadu għaddej. Dan il-proċess qed isir flimkien maas-Segretarjat Parlamentari tal-Kunsilli Lokali.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20695, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma s-46 applikazzjoni? Kif tqassmu t-€33,262.80 biex jitwettqu 25 proġett ta' natura sportiva? Kemm ħa kull kunsill? Kemm ġie jiswa kull proġett? Kemm ħareġ kull kunsill? Kemm ħarġu l-isponsors għal kull proġett? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20695, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma s-37 applikazzjoni biex ikunu organizzati attivitjiet sportivi? Kif tqasmu dawn id-€49,189? Kemm ħa kull kunsill? Liema kienu d-29 proġett? Kemm ġie jiswa kull proġett? Kemm ħareġ kull kunsill għal kull proġett? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull proġett? Kemm ħarġu l-isponsors għal kull progett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 20694, jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-33 applikazzjoni li l-gvern qassam €144,500 għalihom? Kif tqasmu dawn il-flus? Liema huma t-30 attività msemmija? Kemm ġiet tiswa kull attività? Kemm ħareġ kull kunsill? Kemm ħarġu l-isponsors? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20694, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-68 applikazzjoni li daħlu fis-sena 2010? Kif tqassmu dawn il-€277,000? Liema huma dawn is-57 attività? Kemm ġiet tiswa kull attività? Kemm ħareġ kull kunsill? Kemm ħarġu l-isponsors? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21496. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant din l-informazzjoni għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu tingħata f’xi seduta oħra.
kunsilli lokali — xiri ta' kotba ġodda għal-libreriji
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20693, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu €23,354 lil 52 kunsill lokali li għandhom librerija? Kemm ħa kull kunsill? Liema kienu l-kunsilli involuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill- Onor. Interpellant għall-informazzjoni li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 21496.
kunsilli lokali — xiri ta' kotba ġodda għal-libreriji
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20693, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu l-kotba b'valur ta' €26,908 lil 56 kunsill lokali? Liema kienu l-kunsilli involuti? Kemm ħa kull kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 21496.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każijiet ta' rape jew indecent assault din is-sena? Fejn saru l-każi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 49 każ ta’ stupru jew violent indecent assault, f’diversi lokalitajiet, fosthom:-
Balzan
Luqa
Rabat
Valletta
B’Kara
Marsa
San Ġiljan
Valletta
B’Buġia
M’Scala
San Ġwann
Ħaż Żebbuġ
Fgura
Mosta
San Pawl il-Baħar
Sannat - Għawdex
Gudja
Paola
Sliema
Żebbuġ - Għawdex
Gżira
Pembroke
Swieqi
Ħamrun
Qormi
Tarxien
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux diġà twaqqaf l-advisory board imħabbar fir-Riforma dwar l-Infurzar tal-Liġi fejn jidħlu wardens? Jekk iva, min huma l-membri fuq il-bord u x'inhu l-funzjoni ta' dan il-bord? Kemm-il darba ltaqa'? X'rakkmandazzjoniet saru s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku dwar il-bord li għalih qed jirreferi peress li ma jidhirx li fir-rapport dwar ir-riforma (Strengthening the Local Enforcement System) hemm xi referenza għal dan il-bord.