Isla — problema strutturali fl-opramorta ta' dar privata
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Għassa ta' Bormla rigward periklu li hemm għal terzi minħabba problemi strutturali fl-opramorta f'dar privata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport dwar il-ħsarat imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Però in vista ta' din il-Mistoqsija, il-Pulizija bdiet il-proċeduri skont il-liġi sabiex jekk hemm xi periklu jitneħħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li minħabba problema ta' awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu it-triq bl-isem Triq San Lawrenz, Birgu ma tistax titkompla ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li dan hu proġett ta’ Transport Malta li qabbdu lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet biex iqiegħdu il-materjal. Sar qbil bejn iż-żewġ entitajiet tal-materjal li se jintuża u bħalissa għaddej il-proċess tax-xiri tal-materjal minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jieħdu l-awtoritajiet kkonċernati rigward ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel, jekk dawn il-ħsejjes humiex aċċettabbli u skont ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li is-sit Hompesch Processing Co. Ltd. huwa regolat permezz ta' Environmental Permit maħrug mill-MEPA. l-Awtorita' diġa għandha xi informazzjoni fuq ħsejjes minn dan l-impjant pero hemm bżonn jsir 'upgrading' generali ta' l-impjant li jirrekjedi permess mid-Direttorat ta' l-Ippjanar. Bħala parti minn dan il-proċess, l-impatt ta' ħsejjes ha jkun ittrattat.
Ninsab infurmat wkoll illi d-Direttiva dwar l-istorbju ma tispeċifikax limiti dwar dan jew għal xi operazzjoni oħra. Il-livelli permissibli ta’ ħoss huwa mħolli f’ idejn l-Istati Membri. Huwa għal din ir-raġuni li hemm bżonn jintalab permess jistipula il-livell massimu ta’ ħoss li jista jintlaħaq.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21374 u 20681 u jgħid liema huma l-għodod li l-kumitati amministrattivi se jkollhom biex ikunu jistgħu jaħdmu? Jista' jgħid liema huma l-kumitati amministrattivi li għamlu użu mill-iskema li hi direttament għalihom? Fiex tikkonsisti din l-iskema? Kemm hu l-ammont tal-flus li bbenefika kull kumitat amministrattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 20681
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21375 u 20686 u jgħid wara li ġie ppreżentat il-Budget 2011 u fid-diskors ġie rappurtat li l-gvern nieda diversi fondi speċjali u skemi, li ammontaw għal €6.2 miljun u li permezz tagħhom kunsilli lokali kienu megħjuna jwettqu proġetti importanti, liema huma dawn il-proġetti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' kemm ġie jqum kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt f’ mistoqsija 21496
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21307 u 20586 u jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti ta' Ħal Safi fuq l-istallazzjoni ta’ radar kbir fil-barracks tas-suldati ġewwa Ħal Safi ? L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar naqset li tagħmel il-konsultazzjoni? Għaliex? Kien hemm xi oġġezzjoni mill-kunsill lokali ta’ Ħal Safi fuq l-istallazzjoni tar-radar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-installazjoni ta' 'Air Traffic Control Radar' hija suġġetta għal notifka ta' żvilupp permezz tal-avviż legali 115/07, hekk imsejjaħ id-Development Notification Order (DNO), b'referenza DN 622/10. Din il-proposta ta' installazzjoni ta' torri għar-radar jikkwalifika taħt il-Klassi 11 tal-istess avviżż legali għal-żvilupp permess li għandu x'jaqsam ma l-avjazzjoni, peress li dan l-iżvilupp hu sitwit fil-konfini tal-ajruport hekk kif muri fi-Skeda II tal-Klassi 11 tal-istess avviżż legali hekk kif ġie emendat b'avviżż legali 226/10.
F'notifika ta' żvilupp b'DNO, kontra għal dak li jiġri f' applikazzjoni għal-iżvilupp, ma jsirx konsultazzjoni jew avviżż lil pubbliku jew mal-Kunsilli Lokali, għalkemm f'dan il-każ, l-iżvilupp propost għadda mill-iskrutinju min-naħa tad-Direttorrat tal-Ambjent għal-impatt ambjentali li fill-fatt ma jirriżultax li dan l-iżvilupp jitlob studju għal-impatt tal-ambjent (Environment Impact Assessment, EIA). Min naħa l-oħra l-MEPA għada qed tistenna mill-applikant, il-Malta Air Traffic Sevices Ltd., studju mitlub mill-Malta International Airport dwar is-sigurta tal-ajruport għal-dak li għandu x'jaqsam hekk imsejjaħ 'Obstacle Limitation Surface' li anke għandu jiġi approvat mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Civili fi ħdan il-Malta Transport.
SR Technique — kwestjoni dwar storbju ta' magni tal-ajruplani
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20574, jista' l-Ministru jgħid jekk wara li saru d-diskussjonijiet bejn il-Malta Enterprise u l-kunsilli lokali ta' Ħal Safi u Ħal Kirkop dawn qablux ma' dak li spjegatilhom l-istess Malta Enterprise? F'liema stadju waslu t-taħditiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet għadhom għaddejin.
housing estates — stallazzjoni ta' pannelli fotovoltaiċi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20572, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemm xi applikazzjoniet għall-istallazzjoni tal-pannelli fotovoltaici fuq bjut ta' appartamenti residenzjali ta' postijiet li l-gvern huwa s-sid? Liema binjiet? Min hu l-applikant?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma rċieva ebda applikazzjoni minn xi kunsill lokali għall-istallazzjoni ta’ panelli fotovoltajċi fuq bjut ta’ appartamenti residenzjali ta’ postijiet tal-gvern.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21303, 20627 u 20082 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7617, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex it-taraġ li huwa inkluż fl-iskema tal-Awtorità mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan u skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur, isir illum qabel għada wara li ż-żona ilha li nbniet u t-taraġ għadu ma sarx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi skond il-kundizzjonijiet fil-permessi li toħroġ, il-MEPA tista biss tirregola li l-art fejn hu ppjanat it-taraġ skond il-linja u l-livelli mogħtija fuq is-sit mill-istess awtorità. Fil-permessi maħruġa fil-area imsemmija, ma jeżistu l-ebda kundizzjonijiet li jimponu lill-iżviluppatur sabiex jibnu it-taraġ kif indinkat fl-iskema tal-konfini tal-iżvilupp.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21304, 20617 u 20105 u jgħid x'tip ta' miżuri l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tagħti prijorità lil-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u liż-żoni kummerċjali f'Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar tħaddem il-Commuted Parking Payment Scheme a bażi ta’ dawn id-dokumenti, li jinsabu fuq il-website tal-awtorità:
Avviż tal-Gvern 162 tal-2003, Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap.356),
Commuted Parking Payment Scheme;
Commuted Parking Payments
25 ta’ Novembru 1993;
New Commuted Parking Payments Scheme for Malta,
23 ta’ Ottubru 1997;
Commuted Parking Scheme –
Sliema, St Julian’s Valletta and Floriana, 1 ta’ Lulju 1998;
Amendment to Commuted Parking Payment Scheme,
14 ta’ Marzu 2003.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21303, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhux qed tieħu l-passi meħtieġa skont il-liġi sabiex isir t-taraġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 21630.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21265, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-permessi tal-awtoritajiet kkonċernati għax minn informazzjoni li għandi dawn is-safeguards ma sarux bil-permessi jew ma sarux skont il-permessi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess li kien meħtieġ.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslu d-diskussjonijiet bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u s-segretarju parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali dwar kif il-kunsilli se joffru servizzi ta' child minding? Kemm saru laqgħat s'issa? Min qed jieħu sehem f'dawn il-laqgħat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara laqgħa li saret bejn id-Direttur Ġenerali għas-Servizzi Edukattivi u r-rappreżentanti tas-Segretarjat responsabbli mill-kunsilli lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qed jiġu studjati l-proposti sabiex tiġi stabbilita l-possibilità tas-Servizzi ta’ Child Minding.
Sptar Mater Dei — stallazzjoni ta' pannelli fotovoltaiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jiġu stallati pannelli fotovoltaiċi fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li permezz ta’ proġett immexxi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, ġew identifikati soqfa addattati fl-Isptar Mater Dei fejn jistgħu jkunu stallati panelli.
Gvern Ċentrali — aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20689, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-38 applikazzjoni għas-sena 2010 għall-iskema dwar aċċessibilità aħjar fil-lokalitajiet? F'liema lokalitajiet? Kemm mistenni jkun hemm proġetti? Kemm se jkun hemm flus allokati għal dawn il-proġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kunsilli lokali li ssottomettew inizjattivi u proġetti b’risq aċċessibiltà ta’ postijiet pubbliċi fis-sena 2010 skont Memo 7/2010.
Bħalissa din l-iskema tinsab fil-fażi tal-aġġudikazzjoni. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li miniex f’pożizzjoni li nagħti aktar dettalji.
Gvern Ċentrali — aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20689, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-38 kunsill li applikaw fis-sena 2009? Kif ġew allokati l-€246,784? Liema huma l-25 proġett ta' titjib fl-aċċessibilità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20690, jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-33 applikazzjoni għall-iskema ta' finanzjament għal progetti speċjali f'lokalitajiet żgħar? Liema kienu l-15-il proġett u kif tqassmu l-€240,000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20583, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-toroq f'dawk il-lokalitajiet li ssemmew? F'liema stadju waslet kull triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq sottomessi mill-kunsilli lokali u li ġew approvati biex isiru taħt l-iskema tal-public private partnership tat-toroq f’diversi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex.
Kunsilli lokali — dipartimenti u entitajiet governattivi - regolamenti ċari
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20131, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-direttiva li daħlet fis-seħħ f'Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi kopja tad-direttiva fuq il-Mejda tal-Kamra.