Kunsilli lokali — taħditiet dwar ir-rappreżentati tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex minn Lulju 'l hawn, għadhom ma bdewx it-taħditiet mar-rappreżentati tal-ħaddiema tal-kunsilli lokali dwar il-ftehim kollettiv tagħhom? Jista' jikkonferma jekk il-laqgħa li se ssir, hix se ssir biss, wara li kien hemm theddida ta' azzjoni industrijali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proposti mressqa mill-Union Ħaddiema Magħqduin ġew diskussi f’diversi livelli fi ħdan l-Aassoċjazzjoni Kunsilli Lokali u mad-Dipartiment ikkonċernat sabiex ikun hemm linji gwida mill-Gvern Ċentrali. Infurmat ukoll li ntant saret talba minn trade union oħra biex tingħata rikonxximent tal-ħaddiema klerikali tal-kunsilli lokali. Għaldaqstant dan ħoloq il-bżonn li jsiru l-verifiki dwar min għandu jirrappreżenta lill-ħaddiema klerikali tal-kunsilli lokali. Dan il-proċess qed isir mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali. Il-Union Ħaddiema Magħqduin hi nfurmata b’dan u d-diskussjonijiet mistennija jkomplu fil-21 ta’ Jannar 2011.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat biex jieħu l-injection mill-awtoritajiet tas-saħħa li għandhom problema ta' Osteoporosis?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-osteoporożi mhux waħda mill-kundizzjonijiet ta’ Skeda V fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Il-pazjenti huma ntitolati biex jieħdu mediċina f’forma ta’ injection għall-Osteoporożi meta din tirriżulta bħala komplikazzjoni minn kundizzjoni (jew kura) li taqa’ taħt Skeda V.
Tista' l-Ministru tgħid bil-ftehim li kien iffirmat mis-Sindku ta' San Pawl il-Baħar u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Appoġġ li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u permezz tiegħu l-Appoġġ se tipprovdi impjegat għal 20 siegħa fil-ġimgħa biex iwettaq xogħol komunitarju fil-lokalità, x'tip tax-xogħol se jiġi mitlub li jwettaq? Min hi l-persuna li se taħdem f'dan il-kunsill? Jista' jitpoġġa kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna li ser taħdem għall-kunsill lokali ser tħares lejn l-iktar sitwazzjonijiet soċjali diffiċli li qegħdin jgħaddu minnhom ir-residenti. Sitwazzjonijiet li jolqtu setturi differenti tal-komunità: bħal per eżempju, l-anzjani li qegħdin waħedhom mingħajr ebda sapport, żgħażagħ li m'għandhomx attivitajiet stabbli, u li jistgħu jaqgħu f'delinkwenza u tfal li għandhom il-ġenituri li jaħdmu għal-siegħat twal.
Ser jiġu identifikati ukoll opportunitajiet bħal per eżempju
courses
fuq l-użu tal-kompjuter u ħiliet oħra, kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti u jiġu mħajra li jattendu u jigwadanjaw għall-futur tagħhom.
L-għanijiet ta' xogħol komunitarju huma li flimkien mal-komunità stess kif ukoll ma’ entitajiet fil-komunita li jinkludu l-kunsill lokali, l-iskola tal-lokal, l-parroċċa u għaqdiet oħra, jinħolqu opportunitajiet għal gruppi differenti, biex itejbu l-kwalità ta' ħajja tagħhom, kif ukoll li jissaħħu r-riżorsi diġà preżenti fil-komunità.
Il-persuna li se taħdem ma’ dan il-kunsill hija Lee Mary Thomson. Kopja tal-ftehim qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif kollu mitlub minn kull kunsill lokali għal Memo 146/2010, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mingħand il-kunsilli lokali hi waħda ferm voluminuża, tant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali bħalissa jinsab fil-proċess li jevalwa din l-informazzjoni miġbura sabiex ikun jista’ jislet minnha dak li jeħtieġ. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li miniex f’pożizzjoni li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif kollu mitlub minn kull kunsill lokali għal Memo 146/2010, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mingħand il-kunsilli lokali hi waħda ferm voluminuża, tant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali bħalissa jinsab fil-proċess li jevalwa din l-informazzjoni miġbura sabiex ikun jista’ jislet minnha dak li jeħtieġ. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li miniex f’pożizzjoni li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li għal xi żmien kien jgħix fil-fond, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fiż-żmien li kien jgħix f'dan il-fond lanqas qatt ma kien hemm provvista tal-elettriku u lanqas tal-ilma, u ilu bosta snin joġġezzjona għall-kontijiet li qed jirċievi mingħand l-awtoritajiet, illum l-Arms Ltd u anke ħa affidavit, u qed jitlob biex jittieħdu l-passi neċessarji biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax dawn il-kontijiet hu m'għandux x'jaqsam magħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qegħdin jinbnew units mill-Awtorità tad-Djar bħalissa? Fejn qed jinbnew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tibni disa’ appartamenti kif indikat fit-tabella segwenti. Bħalissa l-awtorità tinsab fi proċess biex tistudja fejn hemm possibiltà li tibni aktar apartamenti.
Lokalità
Proġett
Appartamenti
Garaxxijiet
Furjana
Triq l-Argotti / Triq l-Iljun
37
24
Raħal Ġdid
Plot 13, Triq Anġlu Psaila
4
1
San Ġwann
Triq ir-Rummien
3
0
Żurrieq
Plot 4, Vjal l-Indipendenza
2
2
Totali
46
27
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet ġodda bil-kera mibnija mill-Awtorità tad-Djar is-sena l-oħra? Kemm tqassmu postijiet qodma bil-kera s-sena l-oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qassmet bil-kera 15-il appartament ġdid matul is-sena 2010 waqt li qassmet ukoll 83 appartament qadim matul din l-istess sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament fis-sena 2010? Kif mietu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom traġikament matul is-sena l-oħra kien kif jidher fit-tabellat'hawn taħt: -
Kawza tal-mewt
Nru ta’ persuni
Omiċidju
4
Inċidenti tat-traffiku
15
Suwiċidju
31
Overdose
3
Inċidenti fatali oħrajn
33
Ċirkostanza għadha mhix determinata
1
WasteServ — kontribuzzjonijiet/sponsorships u /jew adverts lill-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk ingħatawx kontribuzzjonijiet/
sponsorships
u /jew
adverts
ta’ kull xorta lil diversi kunsilli lokali matul is-snin 2008 u 2010 mill-kumpanija WasteServ? Jekk fl-affermattiv;
a) Fiex kienu jikkonsistu, kunsill b'kunsill u d-data ta’ meta ngħataw;
b) X'kien l-iskop tal-kontribuzzjoni jew
sponsorship
, in konnessjoni ma' xiex u l-ammont f'kull każ;
c) jekk
adverts
, jingħataw id-dettalji, bħal (1)
leaflets
(2) reklami f’rivisti (tingħata f’liema rivista) eċċ.u l-ispiża konnessa?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm żewġ kunsilli lokali li matul is-snin 2008 u 2010 ibenefikaw minn sponsorship tal-kumpannija Wasteserv huma l-Kunsill Lokali Għarb – f’Marzu 2008 in konnessjoni mal-attività Seher il-Punent li ppartecipat fiha l-WasteServ. L-ammont kien ta € 1,164.69 u l-Kunsill Lokali Marsascala – f’Awwissu 2010 in konnessjoni ma Jum Marsascala, li fih ippartecipat il-WasteServ. L-ammont kien ta €500. Dawn l-isponsorships ingħataw wara talba li saret mill-istess kunsilli lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tinħareġ il-Letter of Intent lill-Kunsill Lokali tal-Mosta dwar id-devoluzzjoni ta’ Ġnien l-Għarusa tal-Mosta u x-xelter nukleari, peress li l-Kunsill Lokali tal-Mosta jkun jista’ jilħaq jitfa’ l-applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward, liema applikazzjonijiet jgħalqu fl-14 ta’ Diċembru 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern għandu biss talba għad-devoluzzjoni tal-proprjetà in kwistjoni biex tgħaddi f’idejn il-Kunsill Lokali tal-Mosta liema talba ntbagħtet fl-24 ta’ Novembru 2010. Ġie deċiż li l-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta jingħata l-Kunsill Lokali Mosta permezz ta’ encroachment permit, filwaqt li xelters se jingħataw b’devoluzzjoni lill-istess Kunsill. Il-Letter of Intent se tintbagħat lill-Kunsill f’dawn il-jiem sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropeja fir-rigward ir-restawr tax-Xelters.
Awtorità tad-Djar — survey fuq partijiet komuni tal-bini tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għamlitx survey tax-xogħol li jrid isir vis-a-vis upgrade tal-partijiet komuni fuq kull binja tal-postijiet tal-gvern? Jekk iva, tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat ta' kull binja u r-rapport ta' kull binja ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ma għamlitx
survey
tax-xogħlijiet vis a via
upgrades
tal-partijiet komuni fuq kull binja tal-postijiet tal-gvern. Dan ix-xogħol irid jsir flimkien mal-kunsilli lokali darba li l-iskema li tħabbret ftit tal-ġimgħat ilu tidħol fis-seħħ.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni persuna b'diżabilità li tgħix ma’ oħtha, u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, il-linji s-sofor ta' quddiem ir-residenza tagħha ġew imneħħija wara li kollox kien għadda mill-proċeduri kollha biex ingħatat il-permess biex sarulha dawn il-linji? Jista’ jgħid meta se jerġgħu jsiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ imsemmi lil Transport Malta biex tieħu azzjoni skont il-proċeduri stabbiliti.
Jista' il-Prim Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif kollu mitlub minn kull kunsill lokali għal Memo 127/2010, li d-dettalji tagħha
qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mingħand il-kunsilli lokali hi waħda ferm voluminuża, tant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali bħalissa jinsab fil-proċess li jevalwa din l-informazzjoni miġbura sabiex ikun jista’ jislet minnha dak li jeħtieġ. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li miniex f’pożizzjoni li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — pjan għal aktar żjarat fil-Kottonera
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21313 u 20576 u jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta hux se tvara xi pjan ta’ azzjoni biex tixpruna aktar turisti li jżuru l-Kottonera? Jista’ jagħti informazzjoni ta’ x'beħsiebu jwettaq il-gvern bħala l-Vizjoni 2015 fil-qasam turistiku biex joħloq niċeċ ġodda u jattira turiżmu lejn lokalitajiet rurali u x’tip ta’ investiment qed isir fuq siti pubbliċi biex dawn ikunu konformi mal-pjan nazzjonali li jagħtu importanza assoluta lill-prijoritajiet ta’ pajjiżna? Jista’ jgħid xi pjanijiet hemm biex ikunu salvagwardjati t-tempji Ta’ Skorba u ta’ Ħaġrat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s-Segretarju Parlamentari responsabli mit-Turiżmu qiegħed iħejji politika u pjan nazzjonali ġdid għat-turiżmu.Jien infurmat lid an il-pjan ser iħares lejn kif għandhom jiġu valorizzati aħjar iż-żoni u lpkalitajiet li għandhom potenzjal turistiku, fosthom il-Kottonera.
Infurmat ukoll li rigward Skorba u ta’ Ħaġrat, il-gvern għadu kemm investa €141,860 fix-xiri ta’ art biswit it-tempji ta’ Ħaġrat sabiex jażgura li din l-art ma tinbeniex u b’ hekk ma toħnoqx l-ambjent tat-tempji b’ aktar bini.
Din is-sena tnieda proġett ta’ kollaborazzjoni bejn Heritage Malta, is-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali, l-Universita’ ta’ Bournemouth u l-istitut Arkejoloġiku Ġermaniż, li għan ewlieni tiegħu hu li nistudjaw u nifhmu aħjar l-ambjent ta’ madwar it-tempji ta’ Skorba, sabiex dawn jittħarsu dejjem aħjar.
Fl-istess waqt, minn Settembru ta’ din is-sena t-tgawdija ta’ dawn il-monumenti kompliet tissaħħaħ permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u l-Kunsill Lokali ta’ l-Imġarr, li permezz tiegħu wieħed issa jista jixtri biljetti tad-dħul għaż- żewġ siti mill-uffiċċju tal-kunsill stess, tlett ijiem fil-ġimgħa.
Sadattant il-Pjan għall-immaniġġjar u l-konservazzjoni tat-Tempji Megalitiċi ippublikat min Heritage Malta fl-2008 jidentifika l-prijoritajiet u l-viżjoni għal dawn is-siti, inkluż ta’ Ħaġrat u Skorba, għas-snin li ġejjin.
Bħala turiżmu Rurali, Heritage Malta ingħatat fondi (€4.8m) mill-programm tal-EAFRD sabiex tirriġenera wirt kulturali li jinsab f’kuntest rurali fl-inħawi tal-Imġarr u l-Mosta.Dan il-Proġett ser jikkonserva u jinterpreta żewġ siti il-Banjijiet Rumani f’ Ghajn Tuffieħa u l-Katakombi ta’ Bistra fil-Mosta, u se jinkludi l-bini ta’ ċentru tal-viżitatturi, passaġġi, protezzjoni għall-mużajċi, u faċilitajiet oħra għall-viżitaturi. Il-fond ikopri l-proġett sas-sena 2013.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21422 u 21070 u jgħid jekk hemmx kunsilli lokali fejn il-ġbir tal-iskart qed isir minn kuntrattur b'emeġenza’?
Jekk fl-affermattiv:
a) liema huma dawn il-kunsilli;
b) kemm ilu jsir ġbir b'emergenza;
c) x'wassal li l-ġbir tal-iskart jibda jsir b'emegenza; u
d) għaliex għadu qed jinġabar taħt din is-sistema ta’ emerġenza minflok ittieħdu l-passi neċessarji biex jitqabbad kuntrattur fuq bażi normali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’ riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21070 u 21422 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk il-kunsilli lokali li għandhom servizz ta’ ġbir ta’ skart b’ emerġenza.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15065, jista' l-Ministru jgħid għaliex xi snin ilu, l-awtoritajiet kkonċernati asfaltaw it-toroq li jinsabu f'dan l-estate privat u anki hemm dawl f'dawn it-toroq li ġew stallati mill-Korporazzjoni Enemalta u r-residenti lanqas qatt ħallsu, għax d-dipartimenti tal-gvern jgħidulhom li dawk it-toroq huma tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx indikazzjoni ċara li t-triq imsemmija hija triq privata u m’hemm l-ebda grada li tagħlaq l-aċċess tat-triq. Peress li t-triq tidher li tintuża għal pubbliku, ġew ipprovduti tliet lampi li qegħdin mwaħħlin mal-ħajt. Dawn it-tliet lampi ġew mgħotija lil kunsill lokali.