Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24259 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skema Insaħħu l-Komunità — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid bi tnedija tal-iskema b'risq ir-riġenerazzjoni fl-oqsma tal-bini tal-gvern bl-isem "Insaħħu l-Komunità", kemm applikaw kunsilli lokali biex jibbenefikaw minn din l-iskema? Liema huma? Kemm ġew aċċettati? Kif se taħdem eżatt din l-iskema? Meta se tidħol fis-seħħ u kemm se jibbenefika fi flus kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li minn 52 kunsill li setgħu japplikaw, applikaw biss 35 kunsill. Dawn ser jinqasmu fuq firxa ta’ 3 snin u se jkun hemm proġetti fiżiċi fl-oqsma tal-binijiet u anke proposti edukattivi skont it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-fond allokat għal kull proposta huwa massimu ta’ € 75,000.
Leg 11 PQ #24260 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistennija li tibda l-iskema tal-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenjali tal-gvern li tħabret ftit taż-żmien ilu bl-involviment tal-kunsilli lokali? Kif mistennija li taħdem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-iskema ser tibda f’Marzu 2011 meta l-Awtorità tad-Djar ser tidħol fi ftehim uffiċjali ma’ dawk il-kunsilli lokali li magħhom se jsir ix-xogħol din is-sena. Il-kunsilli se jagħmlu l-manutenzjoni fil-komun tal-binjiet waqt li l-Awtorità tad-Djar u l-Kunsill ser jiltaqgħu mar-residenti biex titwaqqaf għaqda għar-residenti.

Provvista tal-Elettriku — kontijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23142, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet m'għamlux kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rigward dan il-każ, sar kuntatt mal-klijenti fil-ġimgħat li għaddew u għadu ma ntlaħaqx ftehim finali, minħabba li għadna qed nistennew risposta mingħand l-istess klijenti, sabiex tiġi stabilita data għal-laqgħa finali.
Leg 11 PQ #24146 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — flus miġbura minn ċitazzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23908, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-ammont totali li għandu jiġbor kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet li ma ġewx imħallsa fil-passat? Kemm suppost imorru għal kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 23908 u 24046.
Leg 11 PQ #24109 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urban Improvement Fund — proġetti mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23916 u jgħid liema huma l-proġetti li qed jagħmlu l-kunsilli lokali li huma ffinanzjati mill-iskema tal-Urban Improvement Fund tal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn jinsabu? X'tip ta' proġetti huma? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa kull proġett? F'kull proġett kemm se jkun hemm flus finanzjati mill-Urban Improvement Fund? Meta beda kull proġett? Meta mistenni jitlesta kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24110 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzji tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23980 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li jibbenefikaw mis-servizzi li joffri l-gvern bħal Appoġġ, Sedqa eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.23980.
Leg 11 PQ #24111 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — użu tal-internet banking

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23992 u jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li qed jużaw l-Internet Banking 24x7? Jekk iva, min huma dawn il-kunsilli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 23992.
Leg 11 PQ #24112 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — xiri ta' servizzi klerikali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23993 u jgħid jekk hawnx xi kunsilli lokali li għadhom jixtru servizzi klerikali? Jekk iva, liema huma dawn il-kunsilli u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu integrati fil-kunsill bħala full-time clerks?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.23993

Djar tal-anzjani — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24005 u jgħid fil-preżent kemm hawn djar tal-anzjani joperaw? Liema huma? Fejn huma? Liema huma tal-Gvern? Liema huma tal-privat ? Liema huma bil-public private partnership?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24114 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24006 u jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li fil-preżent għandhom pjan u applikaw għal djar tal-anzjani? Jekk iva, ma' min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24006.
Leg 11 PQ #24041 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — vacancy għal Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx vacancy f'xi kunsilli lokali bħala Segretarji Eżekuttivi? F'liema kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li preżentement jeżistu vakanzi għal Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, tal-Mosta, tar-Rabat (Malta), ta’ Ħal Safi, ta’ Santa Venera, tax-Xgħajra u tal-Imtarfa.
Leg 11 PQ #23916 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urban Improvement Fund — proġetti mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti li qed jagħmlu l-kunsilli lokali li huma ffinanzjati mill-iskema tal-Urban Improvement Fund tal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn jinsabu? X'tip ta' proġetti huma? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa kull proġett? F'kull proġett kemm se jkun hemm flus finanzjati mill-Urban Improvement Fund? Meta beda kull proġett? Meta mistenni jitlesta kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23980 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzji tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li jibbenefikaw mis-servizzi li joffri l-gvern bħal Appoġġ, Sedqa eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 13/2011, maħruġ u mibgħut mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali lill-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex. Għaldaqstant tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23992 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — użu tal-internet banking

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li qed jużaw l-Internet Banking 24x7? Jekk iva, min huma dawn il-kunsilli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 15/2011, maħruġ u mibgħut mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali lill-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex. Għaldaqstant tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23993 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — xiri ta' servizzi klerikali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hawnx xi kunsilli lokali li għadhom jixtru servizzi klerikali? Jekk iva, liema huma dawn il-kunsilli u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu integrati fil-kunsill bħala full-time clerks?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 16/2011, maħruġ u mibgħut mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali lill-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex. Għaldaqstant tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.

Djar tal-anzjani — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn djar tal-anzjani joperaw? Liema huma? Fejn huma? Liema huma tal-Gvern? Liema huma tal-privat ? Liema huma bil-public private partnership?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24006 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li fil-preżent għandhom pjan u applikaw għal djar tal-anzjani? Jekk iva, ma' min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 17/2011, maħruġ u mibgħut mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali lill-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex. Għaldaqstant tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10582 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarxien, Paola, Santa Lucia u Fgura — ilmenti fuq trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa l-Gvern u cioè l-awtoritajiet kompetenti, rigward l-ilment ta' trab iswed li qed ikollhom il-Kunsilli Lokali ta' Tarxien, Paola, Santa Lucia u Fgura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti ta’ Mistoqsijiet Parlamentari li weġibt f’dan il-Parlament fuq dan is-suġġett b’mod partikolari l-mistoqsijiet bin-numri 12048, 11810,12216 u 14790. Barra dan, bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, twaqqaf Kumitat Parlamentari sabiex isir sforz ieħor ħalli tinstab soluzzjoni għal din il-problema.
Leg 11 PQ #12583 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — sejħiet għall-offerti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li għamlu sejħiet għall-offerti din is-sena? Għal liema kienet is-sejħa ta' kull offerta? Min ħadha? Kemm kien il-prezz valutat fit-tender mill-kunsill qabel ma ngħatat ? Jista' jgħid minn meta daħlu l-miżuri ta' l-Att li jemenda l-Att dwar il-kunsilli lokali, liema huma il-kunsilli lokali li għamlu sejħiet għall-offerti? Dawn ġew ippubblikati fuq il-gazzetti? Fuq liema gazzetta? Liema huma l-kunsilli lokali li għamlu sejħa għall-offerti u dan il-kunsill ma ppubblikahomx fuq il-gazzetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt f’mistoqsijiet parlamentari numri 13708 u 13265.
Leg 11 PQ #22696 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm u liema huma l-kunsilli lokali li daħħlu magħhom fis-sena 2009, 2010 u 2011 impjegati direttament minn barra s-sistema fejn l-ewwel jintalbu persuni mill-kunsilli lokali stess, imbagħad mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jgħid x' kienu r-raġunijiet biex sar dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’ Mistoqsija Parlamentari 23292.