Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24275 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għall-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni tal-binjiet residenzjali tal-gvern, wara li jkun tlesta x-xogħol rikjest fil-partijiet il-komuni, min jagħmel tajjeb meta inkwilin jagħmel ilment għal xi problema fil-parti l-komuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni,l-Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24297.
Leg 11 PQ #24276 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għall-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni tal-binjiet residenzjali tal-gvern, x'possibilità hemm li lil xi inkwilini se togħlielhom l-kera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni,l-Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24296.
Leg 11 PQ #24277 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binijet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Minsitru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binijet residenzjali tal-gvern, jekk hemmx il-ħsieb li tibda taħdem l-assoċjazzjoni għar-residenti ta' kull binja? Taħt min tkun taqa' din l-assoċjazzjoni taħt il-kunsill lokali jew taħt il-Gvern Ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24297.

Informazzjoni dwar NGOs

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kollha ta' non government organisations li hawn Malta u Għawdex u l-indirizz ta' kuntatt ta' kull wieħed minn dawn l-NGOs?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

binjiet tal-gvern — devoluzzjoni lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jsir devoluzzjoni tal-binjiet tal-gvern (akkomodazzjoni) lill-kunsilli lokali? Jekk iva, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fondi mikrija għall-akkomodazzjoni residenzjali, ħlief għall-ġbir tal-kera ta’ xi wħud minn dawn il-fondi, huma amministrati jew proprjetà tal-Awtorità tad-Djar. Sa fejn hu nfurmat id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, m’hemm l-ebda ħsieb li l-gvern, jgħaddi l-fondi mikrija għall-akkomodazzjoni residenzjali lill-Kunsilli Lokali. Tajjeb ta’ min isemmi li meta fl-1999 ġie introdott il-kunċett ta’ amministrazzjoni ta’ proprjetà tal-gvern mill-kunsilli lokali, l-proprjetà li tiġi devoluta lill-kunsilli kellha: · tintuża għall-użu amministrattiv tal-kunsill, · biex isir użu aħjar minn proprjetà li tkun mitluqa, jew · biex il-kunsill ikun jista’ jagħmel xi proġett fuqha.
Leg 11 PQ #24268 Sitting 328 2011-03-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għall-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, liema huma l-kunsilli lokali li ġew ikkuntattjati mill-Awtorità tad-Djar biex isir il-kuntratt? Liema huma l-kunsilli li s'issa ffirmaw il-kuntratt? Jista' jpoġġi kopja ta' kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill Onor.Interpellant għat-Tweġiba Parlamentari li ser tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni l-Impjiegi u l-Familja, għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24288.
Leg 11 PQ #24269 Sitting 328 2011-03-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — binjiet

Question

Jists' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għall-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, kif wasal il-gvern għal budget annwali ta' €1,000,000 jew aħjar ta' €5,000 għal kull binja meta f'dan ir-rigward il-gvern talab lill-perit tal-kunsilli biex jagħmel l-istima tax-xogħol meħtieġ f'kull binja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24289.
Leg 11 PQ #24270 Sitting 328 2011-03-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol illegali f'xi binja tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għall-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet, fejn ikun hemm xi illegalità f'xi waħda minn dawn il-binijiet, min hu mitlub li jkellem lil dawk l-inkwilini li jkunu għamlu dan ix-xogħol, l-Awtorità ta' Djar jew il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni u l-Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24290.
Leg 11 PQ #24271 Sitting 328 2011-03-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ta' riġenerazzjoni ta' bini tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl taż-żewġ skemi b'risq ir-riġenerazzjoni fl-oqsma tal-bini tal-gvern bl-isem "Insaħħu l-Komunità" kemm mistenni li jingħata fi flus kull kunsill lokali biex jagħmel tajjeb għal spejjeż amministrattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-kundizzjonijiet mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fil-mistoqsija parlamentari numru 24268.
Leg 11 PQ #24272 Sitting 328 2011-03-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ġdida ta' manutenzjoni ta' binjiet komuni tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għall-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, liema huma l-kunsilli lokali li diġà wasslu l-proposti bil-miktub lill-Awtorità tad-Djar, b'dettalji kollha magħmula mill-perit tal-istess kunsill? F'liema binjiet se jsir ix-xogħol u min se jibbenefika mix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru? Fir-rigward ta' dawn id-dettalji, min se jħallas għal dawn l-ispejjeż amministrattivi; il-kunsill jew il-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u l-Impjiegi u l-Familja, għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24292.
Leg 11 PQ #24261 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern li jkopri 1,209 ta' postijiet tal-gvern, fejn jinsabu dawn il-binjiet ċioe indirizz ta' kull binja u f'kemm-il unit tikkonsisti kull binja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li ser tagħti l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u l-Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 24282.
Leg 11 PQ #24262 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern kemm qed jippjana f'numru ta' binijiet l-gvern li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' dawn il-partijiet kull sena? Liema huma l-binjiet għal din is-sena? Liema huma il-binjiet għas-sena d-dieħla? Liema huma l-binjiet għas-sena 2013? X'kriterji uża l-gvern biex jintagħżlu dawn il-binjiet? Kif ġew involuti l-kunsilli lokali s'issa f'din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja, għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 24283.
Leg 11 PQ #24263 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, jikkonferma li l-flus se jitqassmu lill-kunsilli lokali wara li jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li ser tagħti l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni,l-impjiegi u l-Familja f’ Mistoqsija Parlamentari nru.24284.
Leg 11 PQ #24264 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, b'liema mod l-Awtorità tad-Djar se tagħmel kuntatt ma' kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill Onor.Interpellant għat-tweġiba li ser tagħti l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni l-Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24285.
Leg 11 PQ #24265 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, f'liema sena nbnew il-binjiet kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 23225 tas-Seduta 312.
Leg 11 PQ #24266 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binjiet residenzjali tal-gvern, — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Prim Ministru, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet ta' kull binja magħmula mill-Awtorità tad-Djar? Kemm se jintefqu flus f'kull binja? Kemm se joħroġ flus il-gvern ċentrali għal kull binja? Kemm se joħroġ flus il-kunsilli lokali għal kull binja? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-survey li sar fuq kull binja u x-xogħol li jrid isir f'kull binja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni,l-Impjiegi u l-Familja, għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24287.
Leg 11 PQ #24243 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — żjarat il-Libja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm-il darba mar uffiċjalment il-Libya u meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dati taż-żjarat tiegħi fil-Libja kienu kif segwenti: 13 ta’Lulju 2010 – minħabba l-kwestjoni tal-visas bejn il-Libja u UE. 7 u 8 t’Awwissu 2010 – fuq stedina tal-Corinthia Group sabiex inżur l-investiment li għamlu f’dan il-pajjiż. Ġie ffirmat ukoll MOU mal-Gvern Libjan. 1 u 2 ta’ Settembru 2010, fuq stedina uffiċjali għaċ-ċelebrazzjoni li saret fil-bidu ta’ Settembru. 8 ta’ Frar 2011 għal taħdidiet bilaterali. Barra dawn mort ukoll il-Libja fid-29 u 30 ta’ Novembru 2010 sabiex attendejt għas-Summit li sar bejn il-pajjiżi tal-EU u l-pajjiżi Afrikani.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — żjarat il-Libja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm-il darba mar uffiċjalment il-Libya u meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2008 sallum mort tmint darbiet fuq xogħol uffiċjali l-Libja: 22-23 ta' April u 30-31 ta' Lulju (Żjara mal-President ta' Malta) 2008 5-6 ta' Mejju u 1 ta' Settembru (Żjara mal-President ta' Malta) 2009 10 ta' Marzu, 13 ta' Ġunju u 27-28 ta' Ottubru 2010 8-9 ta' Frar 2011.
Leg 11 PQ #24252 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali tal-Belt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nhar it-Tnejn, 7 ta' Marzu, il-Kunsill Lokali tal-Belt sal-09:45 kien għadu magħluq għall-pubbliku? Jista' jgħid jekk il-kunsill talabx permess biex jibqa' magħluq u jekk dan il-permess ingħatax? Dan iktar u iktar fid-dawl li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali kien inaqqas mill-allokazzjoni ta' dawk il-kunsilli lokali li ma kenux qed jiftħu s-Sibtijiet sa mill-bidu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, waqt li uffiċċjalment kien miftuħ għall-pubbliku fil-ħin normali tal-uffiċċju, jirriżulta li l-pubbliku ma setgħax ikun moqdi b’mod sħiħ fis-servizzi offruti. Dan b’rabta ma’ funeral ta’ persuna qrib tal-kunsill lokali tal-lokalità. Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ma talab ebda permess. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jinvestiga l-każ.
Leg 11 PQ #24256 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urban Improvement Fund — proġetti mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24109 u 23916 u jgħid liema huma l-proġetti li qed jagħmlu l-kunsilli lokali li huma ffinanzjati mill-iskema tal-Urban Improvement Fund tal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn jinsabu? X'tip ta' proġetti huma? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa kull proġett? F'kull proġett kemm se jkun hemm flus finanzjati mill-Urban Improvement Fund? Meta beda kull proġett? Meta mistenni jitlesta kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.