Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema ta' riġenerazzjoni ta' bini tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid fid-dawl taż-żewġ skemi b'risq ir-riġenerazzjoni fl-oqsma tal-bini tal-gvern bl-isem "Insaħħu l-Komunità" kemm mistenni li jingħata fi flus kull kunsill lokali biex jagħmel tajjeb għal spejjeż amministrattivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-kundizzjonijiet mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 24288.

Skema ġdida ta' manutenzjoni ta' binjiet komuni tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, liema huma l-kunsilli lokali li diġà wasslu l-proposti bil-miktub lill-Awtorità tad-Djar, b'dettalji kollha magħmula mill-perit tal-istess kunsill? F'liema binjiet se jsir ix-xogħol, min se jibbenefika mix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru? Fir-rigward ta' dawn id-dettalji min se jħallas għal dawn l-ispejjeż amministrattivi; il-kunsill jew il-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-ftehim uffiċċjali se jsir fit-tmiem dan ix-xahar, l-ebda kunsilli s’issa għadu m'għadda l-proposti bil-miktub imma huwa previst li dan isir matul ix-xhur minn Marzu sa Ġunju 2011.

Binijiet tal-gvern — skema ta' manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, fejn mistenni isir ix-xogħol u l-units f'dawn il-binjiet huma bil-kiri, x'jiġri meta ikun hemm unit li jinbiegħ lill-inkwilin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-programm tal-manutenzjoni l-Awtorità tad-Djar ser tagħmel l-ewwel manutenzjoni fil-binjiet kollha mingħajr spejjeż għall-ebda resident, kemm dawk li huma inkwilini kif wkoll dawk li huma privati
Leg 11 PQ #24294 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — proġetti kapitali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti kapitali li qed jagħmlu kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kunsilli lokali li, apparti xogħol relatat mal-bini u kisi ta’ toroq, għaddejjin b’xi proġett kapitali fil-lokalitajiet tagħhom.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għall-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni tal-binjiet residenzjali tal-gvern, wara li jkun tlesta x-xogħol rikjest fil-partijiet il-komuni, min jagħmel tajjeb meta inkwilin jagħmel ilment għal xi problema fil-parti l-komuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhuwa stipulat fil-kundizzjonijiet, ser ikun hemm amministratur għal kull binja. Dan jara xi problemi li jista’ jkun hemm, f’każ ta’ diffikultà, l-amministrattur jidħol f’kuntatt ma’ Housing Officers tal-Awtorità tad-Djar.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għall-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni tal-binjiet residenzjali tal-gvern, x'possibilità hemm li lil xi inkwilini se togħlielhom l-kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux previst li minħabba dan ix-xogħol ta’ manutenzjonijiet ser togħla l-kera. Wara li jsir ix-xogħol kollu u jkun hemm l-għaqda tar-residenti, r-residenti jkunu responsabbli mill-manutenzjoni normali u preventiva waqt li l-Awtorità tad-Djar tkun responsabbli mill-manutenzjoni strutturali.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, b'liema mod l-Awtorità tad-Djar se tagħmel kuntatt ma' kull kunsill lokali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-Awtorità tad-Djar iltaqgħat ma’ kull Kunsill Lokali, kien hemm diversi laqgħat oħra mal-kunsilli lokali li ser jibbenefikaw mill-iskema biex l-Awtorita’ Tad-Djar tisma’ lil kull kunsill lokali. Fil-jiem li ġejjin ser isir il-ftehim uffiċjali ma’ kull kunsill lokali.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, f'liema sena nbnew il-binjiet kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għal risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 24265 tas-Seduta 327.

binjiet residenzjali tal-gvern, — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet ta' kull binja magħmula mill-Awtorità tad-Djar? Kemm se jintefqu flus f'kull binja? Kemm se joħroġ flus il-gvern ċentrali għal kull binja? Kemm se joħroġ flus il-kunsilli lokali għal kull binja? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-survey li sar fuq kull binja u x-xogħol li jrid isir f'kull binja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern , liema huma l-kunsilli lokali li ġew ikkuntatjati mill-Awtorità tad-Djar biex isir il-kuntratt? Liema huma l-kunsilli li s'issa iffirmaw il-kuntratt? Tista' tpoġġi kopja ta' kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern u kopja tal-kuntratt. L-Awtorità tad-Djar daħlet f’’kuntatt ma’ dawk il-kunsilli li se jibbenifikaw għal din is-sena skond it-tabella mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Mistoqsija Parlamentari 24283.

Kunsilli lokali — binjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal program ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, kif wasal il-gvern għal budgetannwali ta' €1,000,000 jew aħjar ta' €5,000 għal kull binja meta f'dan ir-rigward il-gvern talab lill-perit tal-kunsilli biex jagħmel l-istima tax-xogħol meħtieġ f'kull binja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità Tad-Djar għandha vot kapitali ta’ miljun Euro fis-sena għal manutenzjoni fil-binjiet tal-Gvern. Biex l-Awortità tad-Djar tkun tista’ tagħmel il-manutenzjoni meħtieġa, kien hemm bżonn ta’ pjan mifrux fuq 6 snin. Dan ifisser li ser ikun hemm manutenzjoni f’medja ta’ 200 binja. Mill-stimi tal-Awtorità tad-Djar għal kull binja qed tiġi mogħtija €5000. Il-kunsilli lokali qed jiġu mitluba jidħlu f’aktar dettal għal kull binja peress li mhux kull binja jista’ ikollha bżonn manutenzjoni daqs oħra. Kif inhu stipulat fil-kundizzjonijiet maħruġa flimkien mal-kunsilli lokali, kull binja se tagħmel tajjeb għal oħra.

Xogħol illegali f'xi binja tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet, fejn ikun hemm xi illegalità f'xi waħda minn dawn il-binijiet, min hu mitlub li ikellem lil dawk l-inkwilini li ikunu għamlu dan ix-xogħol, l-Awtorità ta' Djar jew il-kunsilli lokali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhu mniżżel fil-kundizzjonijiet l-Awtorità tad-Djar u Kunsill Lokali flimkien ser jiltaqgħu mar-residenti ta’ kull binja. Dan ser jsir peress li l-kunsilli huma dawk li jafu aħjar il-bżonnijiet ta’ kull binja. F’każ ta’ illegalità li jista’ ikun hemm f’kull binja, L-Awtorità tad-Djar waqt li ser timxi kif hemm miktub fil-kundizzjonijiet, se titkellem mar-residenti biex huma stess ineħħu dawn l-illegalitajiet kif titlob il-liġi.
Leg 11 PQ #24279 Sitting 330 2011-03-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

binijiet residenzjali tal-gvern — Assocjazzjoni tar-residenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni fil-binijiet residenzjali tal-gvern, fejn hu mitlub li titwaqqaf assoċjazzjoni tar-residenti, min jista' jkun mitlub biex ikun amministratur tal-binja? X'se tkun il-funzjoni tiegħu u kif se jitħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24298.

skema Insaħħu l-Komunità — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid bi tnedija tal-iskema b'risq ir-riġenerazzjoni fl-oqsma tal-bini tal-gvern bl-isem "Insaħħu l-Komunità", kemm applikaw kunsilli lokali biex jibbenefikaw minn din l-iskema? Liema huma? Kemm ġew aċċettati? Kif se taħdem eżatt din l-iskema? Meta se tidħol fis-seħħ u kemm se jibbenefika fi flus kull kunsill lokali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 24259 tas-Seduta 325

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta mistennija li tibda l-iskema tal-programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern li tħabbret ftit taż-żmien ilu bl-involviment tal-kunsilli lokali? Kif mistennija li taħdem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24260 tas-seduta 325

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern li jkopri 1,209 ta' postijiet tal-gvern, fejn jinsabu dawn il-binjiet ċioe indirizz ta' kull binja u f'kemm-il unit tikkonsisti kull binja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern kemm qed jippjana f'numru ta' binijiet l-gvern li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' dawn il-partijiet kull sena? Liema huma l-binjiet għal din is-sena? Liema huma il-binjiet għas-sena d-dieħla? Liema huma l-binjiet għas-sena 2013? X'kriterji uża l-gvern biex jintagħżlu dawn il-binjiet? Kif ġew involuti l-kunsilli lokali s'issa f'din l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Se ssir manutenzjoni ta’ medja ta’ 200 binja kull sena għal dawn is-6 snin li ġejjin u tqassmu fis-sekwenza skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kriterji użati huma l-kriterji li kienu mħabbra fil-bidu ta’ din l-iskema jiġifieri skond l-ammont ta’ binjiet fil-lokalità, l-kundizzjoni tagħhom, meta inbnew u d-diversi talbiet li saru għal manutenzjoni. Il-kunsilli ġew involuti mill-bidu nett u wara diversi laqgħat mal-Awtorità tad-Djar, il-kundizzjonijiet ta’ l-iskema ġew mibnija fuq is-suġġerimenti tal-istess kunsilli. Tajjeb li ngħidu li anke l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli kienet preżenti għal dawn il-laqgħat u offriet is-suġġerimenti tagħha wkoll u anke qablet magħhom.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, tikkonferma li l-flus se jitqassmu lill-kunsilli lokali wara li jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-flus se jingħataw wara li jsir ix-xogħol kollu kif stipulat fil-kundizzjonijiet. Se jkun hemm ftehim formali ma’ kull Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #24273 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Binijiet tal-gvern — skema ta' manutenzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, fejn mistenni isir ix-xogħol u l-units f'dawn il-binjiet huma bil-kiri, x'jiġri meta ikun hemm unit li jinbiegħ lill-inkwilin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni,l-Impjiegi u l-Familja għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24293
Leg 11 PQ #24274 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skema Public Private Partnership fuq toroq — kunsilli li bbenefikaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl tal-iskema Public Private Partnership fuq it-toroq li bdiet ftit tax-xhur ilu, liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema? Kemm ħa kull kunsill lokali? Jista' jgħid jekk ix-xogħol f'kull lokalità hux miexi kif previst? Kemm nefaq kull kunsill sal-lum f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għaii-Gvern Lokali qed jiġbru l-informazzjoni mingħand il-kunsilli lokali kkonċernati u hekk kif dan l-eżerċizzju jkun lest, din l-informazzjoni tiġi mogħtija fil-Parlament.