Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-meter reader ma marx jaqra l-meters ta' dawl u ilma fil-ħin li kien indikat fit-toroq, li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, peress li r-residenti baqgħu jistennew għalxejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara l-investigazzjonijiet li saru min naħa tad-dipartiment ikkonċernat, jirriżulta li l-meters fit-toroq riferuti inqraw kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s-sid tal-uffiċċju amministrattiv tagħhom huwa l-gvern ta' Malta? Meta bdiet tgħodd il-kera? Kemm hi l-kera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s-sid tal-uffiċċju amministrattiv tagħhom huwa l-gvern ta' Malta? Meta bdiet tgħodd il-kera? Kemm hi l-kera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kunsilli lokali li jokkupaw Uffiċini Amministrattivi li s-sid tagħhom huwa l-gvern, bid-dettalji kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Kunsilli lokali — applikazzjoni biex jieħdu binja u/jew biċċa art
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-preżent għandhom applikazzjoni biex jieħdu binja u/jew biċċa art għall-użu tal-kunsill? X'inhu l-użu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsilli lokali — applikazzjoni biex jieħdu binja u/jew biċċa art
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-preżent għandhom applikazzjoni biex jieħdu binja u/jew biċċa art għall-użu tal-kunsill? X'inhu l-użu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet magħmula minn diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex biex jieħdu proprjetà tal-gvern u għal-liema użu dawn qegħdin jintalbu.
skema Public Private Partnership fuq toroq — kunsilli li bbenefikaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24274 u jgħid fid-dawl tal-iskema Public Private Partnership fuq it-toroq li bdiet ftit tax-xhur ilu, liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema? Kemm ħa kull kunsill lokali? Jista' jgħid jekk ix-xogħol f'kull lokalità hux miexi kif previst? Kemm nefaq kull kunsill sal-lum f'dan ir-rigward?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tal-Artijiet ma weġibx għall-ittra li bgħatt dwar l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ittra li qed jagħmel referenza għaliha ġiet imwieġba u mibgħuta lill-Onorevoli Membru fil-11 ta’ Frar 2011, fejn kien infurmat permezz ta’ email sabiex iressaq it-talba tiegħu, għan-nom tal-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, quddiem l-Awtorità tad-Djar, peress li din l-awtorità hija responsabbli mir-reviżjoni ta’ kirjiet ta’ postijiet residenzjali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23980 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li jibbenefikaw mis-servizzi li joffri l-gvern bħal Appoġġ, Sedqa eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali tal-Isla, ta’ Marsaskala u ta’ San Pawl il-Baħar jibbenefikaw minn xi servizzi li joffri l-gvern bħalma huma l-Aġenzija Appoġġ u Sedqa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23993 u jgħid jekk hawnx xi kunsilli lokali li għadhom jixtru servizzi klerikali? Jekk iva, liema huma dawn il-kunsilli u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu integrati fil-kunsill bħala full-time clerks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 23993.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali li ngħataw għajnuna sabiex jibnu uffiċini jew ċentru ċiviku? Fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna: devoluzzjoni ta’ art, kera ta’ art, għajnuna finanzjarja, jew xi għajnuna oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Urban Improvement Fund — proġetti mill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24256, 24109 u 23916 u jgħid liema huma l-proġetti li qed jagħmlu l-kunsilli lokali li huma ffinanzjati mill-iskema tal-Urban Improvement Fund tal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn jinsabu? X'tip ta' proġetti huma? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa kull proġett? F'kull proġett kemm se jkun hemm flus finanzjati mill-Urban Improvement Fund? Meta beda kull proġett? Meta mistenni jitlesta kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom Ċentru għall-Komunità? Fil-preżent x'tip ta' inizjattivi qed jorganizzaw f'dawn iċ-ċentri għall-ġid tal-komunità tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onorevoli Interpellant permezz ta’ memo 22/2011 li nħareġ mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
binijet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni
Question
Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binijet residenzjali tal-gvern, jekk hemmx il-ħsieb li tibda taħdem l-assoċjazzjoni għar-residenti ta' kull binja? Taħt min tkun taqa' din l-assoċjazzjoni taħt il-kunsill lokali jew taħt il-Gvern Ċentrali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-kundizzjonijiet mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 24288.
Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni fil-binijiet residenzjali tal-gvern, fejn hu mitlub li titwaqqaf assoċjazzjoni tar-residenti, min jista' jkun mitlub biex ikun amministratur tal-binja? X'se tkun il-funzjoni tiegħu u kif se jitħallas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-kundizzjonijiet mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 24288.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet/awtoritajiet governattivi li jdumu biex iwieġbu għall-ilmenti mressqa mill-kunsilli lokali fi żmien speċifiku? X'qed jagħmel il-gvern ċentrali biex tiġi solvuta din il-problema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Għoti ta’ servizzi hija suġġettiva ħafna u dan jorbot ħafna ukoll dwar is-sodisfazzjon li klijent ikollu fl-għoti ta’ dan is-servizz.
Id-Dipartiment u l-entitajiet tal-Gvern jagħmlu dak kollu possibli sabiex jagħtu l-aħjar servizzi kemm lill-kunsilli lokali, entitajiet oħrajn kif ukoll lill-Pubbliku in ġenerali. Dan is-servizz għandu jkun ikkunsidrat fil-pressjoni ta’ xogħol kif ukoll fid-domanda ta’ talbiet li kull entità governattiva jkollha kuljum.
Barra dan jekk il-Kunsill Lokali għandu jew ikollu xi problema ma’ xi entità partikulari jista’ jiddiskuti dawn il-problemi bil-libertà kollha mad-Direttur jew mac-Chairman/CEO ta’ dan l-entità partikulari.
Ukoll jekk l-Onor Interpellant għandu xi ilmenti partikulari minn xi kunsill lokali nistiednu sabiex jgħaddili l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma il-kunsilli lokali li fihom Transport Malta jew l-Awtorità dwar it-Trasport tat l-approvazzjoni tagħha biex idaħħal xi skemi fil-lokal tagħhom mis-sena 2009 sal-lum? Xi skemi huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema skemi qed jirreferi.
kunsilli lokali — benefiċċju minn inizjattiva/skema/fondi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-preżent qed jibbenefikaw minn xi inizjattiva/skema/fondi tal-Unjoni Ewropea? Minn liema inizjattiva/skema/fondi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onorevoli Interpellant permezz ta’ memo 22/2011 li nħareġ mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tiġi ppreżentata u dan id-Dipartiment li jieħu passi kontra dawn il-Kunsilli Lokali skont il-proċedura stabbilità.
*Vide PL 6888 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 4 ta’ April 2011 f’Seduta 334.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24006 u jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li fil-preżent għandhom pjan u applikaw għal djar tal-anzjani? Jekk iva, ma' min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali Ħaż Żebbuġ, ta’ Birkirkara, ta’ Ħal Kirkop, tal-Marsa, tal-Imqabba, ta’ Paola, ta’ San Ġiljan, ta’ San Ġwann u ta’ Ħal Tarxien qed jippjanaw biex ikollhom Dar tal-Anzjani fil-lokalità tagħhom. Din hija informazzjoni mogħtija mill-kunsill lokali stess.