Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arms Ltd — meter reader

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm l-Arms Ltd biex jibgħat il-meter reader fil-fond, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Meta mistenni jsir ir-reading?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-Arms Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Leg 11 PQ #25767 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għall-Gvern Lokali — ilment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex iwieġeb l-ittra li qed tintbagħat separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvren Lokali jinsab f’kuntatt mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq dwar dan il-każ, sabiex il-problema tissolva malajr kemm jista' jkun.

azzjoni fuq kwestjoni partikolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet konċernati għadhom ma ħadux azzjoni fuq l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

azzjoni fuq kwestjoni partikolari

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-awtoritajiet konċernati għadhom ma ħadux azzjoni fuq l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #25516 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Kumitati Amministrattivi u Kumitati tar-Reġjuni

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid min huma l-kunsilliera kollha li hemm fil-kunsilli lokali? Min huma l-membri fil-Kumitati Amministrattivi? Min huma l-membri fil-Kumitati tar-Reġjuni? Lil min jirrappreżentaw, ċioe liema hu l-partit politiku tagħhom (jekk huma f'partit) u x'dikasteru għandhom? Minħabba li dawn huma uffiċjali pubbliċi, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-indirizz fejn joqogħdu, l-email tagħhom u l-mobile tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Kumitati Reġjonali, Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi m’humiex uffiċċjali pubbliċi kif qed jimplika, iżda huma rappreżentanti tal-poplu eletti demokratikament f’elezzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza wkoll li l-pubblikazjzoni ta’ tali informazzjoni tmur kontra l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data. Għaldaqstant miniex f’pożizzjoni li ngħaddi d-dettalji personali tagħhom, fosthom l-indirizz fejn joqgħodu, l-email u l-mobile tagħhom, kif qiegħed jitlob.

Talbiet għall-Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm talbiet biex isiru pelican lights? Fejn huma mitluba li jridu jsiru? Meta saret it-talba? Min għamel it-talba? Meta mistennija jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet pendenti għall-pelican crossings huwa ta' tnejn u għoxrin (22), li d-dettalji dwarhom qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn it-talbiet qegħdin jiġu analizzati skond il-policies applikabbli, sabiex jitressqu għall-kunsiderazzjoni tal-Bord għall-Immaniġġjar tat-Traffiku. Dawk it-talbiet li jiġu approvati, jgħaddu għand l-uffiċjali responsabbli sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.

Ħsara fis-servizz tat-telecare

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mara anzjana u armla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li għandha s-servizz tat-telecare, ilha aktar minn jumejn tirrapporta li għandha s-servizz bil-ħsara b'konsegwenza li m'għandhiex linja u s'issa l-awtoritajiet ma ħadux il-passi neċessarji biex tissolva din il-problema?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li meta persuna li għandha s-servizz tat-telecare tirraporta ħsara fil-linja tat-telefon tagħha lill-operaturi tat-Telecare, din tiġi rappurtata immedjatament lill-kumpanija GO permezz ta’ link apposta. Is–sezzjoni tat-Telecare mhijiex responsabbli mit-tiswijiet tal-linji tat-telefon. F’dan il-każ partikulari, minn meta ġiet irrapurtata l-ħsara lis-sezzjoni tat-Telecare, il-kumpanija GO ġiet notifikata ħames darbiet dwar din il-ħsara Sadanittant id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ġie nfurmat li l-ħsara ġiet imsewwija u s-servizz ġie lura għan-normal.

Care order

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-tifel ta' 12-il-sena li d-dettalji dwaru qed jinbagħtu separatament, għadu ma ngħatax lura lil ommu, allavolja din ilha ħafna titlob li binha jiġi ritornat id-dar u anke ġiet infurmata li dan se jmur lura magħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità u għal raġunijiet skont il-gwidi stabbiliti mill-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440) ma nistax nipprovdi din l-informazzjoni dwar il-minuri. Il-ġenitur jista’ jikkuntattja l-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali sabiex tingħata l-informazzjoni li tixtieq. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li Ordni tal-Ħarsien toħroġ għal raġunijiet serji, dejjem fl-interess tal-minuri. Waqt li l-għan ewlieni jibqa’ li t-tfal jingħaqdu mal-familja tagħhom fl-inqas żmien possibli, dan ma jseħħx jekk tkun nieqsa ċ-ċertezza li dan il-pass ikun fl-interess tal-minuri.

informazzjoni dwar fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwiex milqut bil-liġi possession and use ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fond li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament huwa mibni fuq art li kienet ġiet akkwistata taħt titlu ta’ Pussess u Użu permezz ta’ Avviż numru 300, tal-20 ta’ Mejju, 1949.
Leg 11 PQ #25478 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x' inhu l-ammont ta' flus li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ibbenefika mill-proġett Operational Programme Project Ref No 33 - Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-proġett ERDF 33 Tourism Zone Upgrade with Landscaped Urban Spaces and other faciltities qed jiġi implimentat mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u mhux mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar.

Bajja ta' Għar Lapsi — ħsarat strutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet konċernati biex il-ħsarat strutturali li hemm fil-bajja ta' Għar Lapsi jiġu mneħħija? Xi studju sar s'issa fuq din il-problema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru kkommissjona studju minn Periti u Geoloġista fejn kienu mqabbda jispezjonaw is-sit. Dawn l-esperti sabu li l-blat f’parti mill-bajja kien jirrapreżenta periklu għall-pubbliku. F’dan ir-rigward ittieħdet azzjoni biex l-aċċess għall-pubbliku fil-partijiet meqjusa perikolużi , jinghalqu b’chain link fence. F’partijiet oħra tal-bajja tneħħa xi materjal li kien jitqies bħala li hu fil-periklu mminenti li jista’ jaqa’. Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi da parti tiegħu ukoll qabbad Perit biex jagħmel rapport tekniku dwar din il-problema. Sadanittant l-istess kunsill lokali, ressaq talba lis-Segretarjat Parlamentari responsabli għall-Kunsilli Lokali biex isir stħarriġ kiex jiġu identifikati sors ta’ fondi possibbli li permezz tagħhom huma jkunu jistghu jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex tissolva din il-problema
Leg 11 PQ #25509 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — programm televiżiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li se jieħdu sehem fi programm televiżiv wara li ftit tal-ġimgħat ilu rċevew ittra mingħand l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn informa lill-kunsilli lokali kollha biex jieħdu sehem fil-programm “Il-Ħadd it-Tajjeb” fuq Net TV u jħallsu sponsorship ta’ € 800?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Kunsilli Lokali ntalbu jikkunsidraw li jippromwovu l-attivitajiet kulturali tagħhom billi jieħdu sehem fi programm televiżiv. Dan sar wara offerta li saret mill-produtturi tal-programm. Kull Kunsill Lokali kien infurmat b’din l-offerta u tħalla fil-libertà sħiħa li jiddeċiedi jekk għandux jipparteċipa jew jirrifjuta l-offerta. Min kien interessat li jixtri ammont ta’ ħin fil-programm kellu jagħmel kuntatt direttament mal-produtturi.

Periti, avukati u accountants — responsabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti, l-avukati u l-accountants li jaħdmu f'xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhi r-responsabbilità tagħhom? X'kariga għandhom? Huma full-timers jew part-timers?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2485 Sitting 339 2011-04-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Programmi ta' l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, liema kunsilli lokali bbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema programmi huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba sa meta saret din il-mistoqsija parlamentari ġiet imwieġba permezz tar-risposta għad-domanda parlamentari numru 1681.
Leg 11 PQ #25081 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenziji tal-gvern

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24320, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li saru bejn dawn il-kunsilli lokali u l-aġenziji tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fit-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru. 24320, mill-informazzjoni li kien ġabar id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, kien irriżulta li kien hemm tlett Kunsilli Lokali li wieġbu li jibbenefikaw minn xi servizzi li joffri l-Gvern bħal ma huma l-Aġenziji Appoġġ u Sedqa. Minn dawn it-tlieta jirriżulta li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kien qed jirreferi għal servizz ta’ community worker mill-Aġenzija Appoġġ. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratt rilevanti dwar dan. Intant iż-żewġ Kunsilli Lokali l-oħrajn, dawk tal-Isla u ta’ Marsaskala, ma għandhom ebda forma ta’ kuntratt. Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala wieġeb li joffri servizzi ta’ counselling b’xejn, liema servizz hu offrut minn counsellors irtirati. Min-naħa tal-Kunsill Lokali imbagħad jirreferi l-każijiet lill-aġenziji skont il-ħtieġa. Simili hi s-sitwazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Isla li wieġeb li l-irwol tiegħu hu li jirreferi l-każijiet lil tali aġenziji għall-għajnuna.
Leg 11 PQ #25082 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urban Improvement Fund — proġetti mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24476, 24256, 24109 u 23916 u jgħid liema huma l-proġetti li qed jagħmlu l-kunsilli lokali li huma ffinanzjati mill-iskema tal-Urban Improvement Fund tal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn jinsabu? X'tip ta' proġetti huma? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa kull proġett? F'kull proġett kemm se jkun hemm flus finanzjati mill-Urban Improvement Fund? Meta beda kull proġett? Meta mistenni jitlesta kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #25083 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li għandhom ċentru għall-komunità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24523, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasal l-eżerċizzju mitlub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24523.

Marsa — Triq Spencer B il-Marsa u Triq il-Ħaddiem - xogħol fuq it-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Spencer B, il-Marsa u Triq il-Ħaddiem mhux se ssir bit-tarmak kif ġie miftiehem mal-Kunsill Lokali tal-Marsa peress li parti minn din it-triq hija sfronduta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li Transport Malta għandha xi ftehim kif imsemmi mill-Onor. Interpellant u nitolbu biex jgħaddili kopja jekk dan jeżisti.
Leg 11 PQ #24813 Sitting 336 2011-04-06 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport fuq il-kundizzjonijiet tal-bandli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li jkun lest ir-rapport fuq il-kundizzjonijiet tal-bandli/playing fields fil-lokalitajiet f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għall-Istandards, l-MSA, fasslet standard apposta dwar l-immaniġġjar tal-playingfields fil-lokalitajiet. Intant f’Marzu l-istess awtorità bdiet programm ta’ spezzjonijiet fuq dawn il-playingfields, mifrux fuq 12-il xahar. Wara kull spezzjoni l-MSA se tħejji rapport għal kull playingfield a bażi tar-riżultati tal-istudju tagħha. Dawn ir-rapporti se jitgħaddew lill-Kunsilli Lokali nfushom kif ukoll lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. A bażi ta’ dan ir-rapport u l-istandard imfasslin mill-MSA, il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jwettqu ix-xogħol meħtieġ ta’ upgrading fil-playingfields fil-lokalitajiet tagħhom.