Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-avukati impjegati mal-gvern ċioe dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi, kemm jekk b'kuntratt, kemm jekk fuq bażi indefinità, kif ukoll bħala konsulenti, li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għandhu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingġand id-Dipartimenti u l-Entitajiet kollha li jaqgħu taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess jkun konkluż.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati impjegati mal-gvern ċioe dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi, kemm jekk b'kuntratt, kemm jekk fuq bażi indefinità, kif ukoll bħala konsulenti, li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar Avukati impjegati mal-Gvern fi ħdan dan il-Ministeru li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati impjegati mal-gvern ċioe dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi, kemm jekk b'kuntratt, kemm jekk fuq bażi indefinita, kif ukoll bħala konsulenti, li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25319 rigward il-care order fil-konfront tal-minuri, li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament li bħalissa jirrisjedi f'St. Joseph Home f'Santa Venera, tista' l-Ministru tispjega dettaljatament għaliex il-minuri għadu ma ngħaqadx lura mal-familja tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ma tistax tipprovdi l-informazzjoni speċifika rigward il-każ lill-Onorevoli interpellanti għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalita u għal raġunijiet skond il-gwidi stabbiliti mill-att dwar il-protezzjoni u l-privatezza tad-data (Kap. 440).
Il-ġenitur jista’ jikkuntatja l-Aġenzija Appoġġ sabiex tingħata l-informazzjoni mixtieqa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min, mill-impjegati kollha mal-gvern, hu ntitolat li jieħu unpaid leave u f'liema ċirkostanzi jingħata l-unpaid leave?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unpaid leave fis-Servizz Pubbliku huwa regolat minn Kapitolu 4 tal-Public Service Management Code (PSMC) li jista jiġi aċċessat minn http://www.mpo.gov.mt/downloads/PSMC2011.pdf.
Hemm numru ta’ tipi ta’
unpaid leave
li jistgħu jibbenefikaw minnhom impjegati tal-gvern u dawn huma elenkati f’Kapitolu 4 u 5 tal-PSMC.
Kapitlu 4 tal-PSMC jelenka dawk iċ-ċirkostanzi fejn uffiċċjal pubbliku jista' jieħu l-
unpaid leave
. Hemm spjegat fid-dettal min huma dawk intitolati għat tipi varji ta’
unpaid leave
, il-kriterji li jintużaw biex jiġi approvat l-
unpaid leave
u l-proċedura ta’ kif għandha tiġi ipproċessata t-talba.
Kapitlu 5, li jittratta l-Miżuri Favur il-Familja, jinkludi tipi ta’ miżuri li huma ibbażati fuq it-teħid ta’
unpaid leave
, per eżempju Parental u Responsibility Leave. Kapitolu 5 tal-PSMC huwa applikabbli kemm għal uffiċċjali pubbliċi kif ukoll għal impjegati fis-settur pubbliku.
impjegati tal-gvern — unpaid leave - ħatra ta' konsulenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk impjegat mal-gvern jistax jieħu unpaid leave sabiex ikun jista' jinħatar konsulent mal-istess gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li impjegat fis-Settur Pubbliku, mhux uffiċċjal pubbliku, jista’, kemm-il darba jkun fl-interess pubbliku, jingħata unpaid leave mill-entità fejn ikun impjegat, sabiex jaqdi dmirijiet ta’ Konsulent fis-Servizz Pubbliku fuq bażi ta’ fiduċja.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proġett ta' Triq Santa Tereża, Bormla qed iddum daqshekk u qed jieħu ħafna fit-tul b'konsegwenza ta' inkonvenjenza lill-komunità tal-Kottonera?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol imsemmi huwa parti mill-proġett tal-Grand Harbour Regeneration Corporation u għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proġett ta' Triq Santa Tereża Bormla qed iddum daqshekk u qed jieħu ħafna fit-tul b'konsegwenza ta' inkonvenjenza lill-komunità tal-Kottonera?
ġemellaġġ bejn kunsill f'Malta u wieħed internazzjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali hux se japprova il-ġemelaġġ bejn il-Kunsill ta' Pembroke u kunsill lokali internazzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jevalwa din it-talba fid-dettal biex jassigura li r-residenti ta’ Pembroke verament jistgħu jibbenfikaw minn ġemellaġġ ma’ lokalità fiċ-Ċina. Dan peress li hemm distanza konsiderevoli u allura din żgur li ser tkun ta’ xkiel biex ikun hemm skambji bejn residenti minn Pembroke ma’ dawk tal-lokalità Ċiniża.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kunsill lokalikemm għandu
green wardens
assenjati miegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sistema tal-green wardens titħaddem minn dawk li kienu l-Kumitati Konġunti.
Uħud minn dawn il-Kumitati Konġunti – dak Ċentrali, tal-Fgura, tat-Tramuntana, ta’ Għawdex, taż-Żejtun, tal-Belt Valletta u taż-Żurrieq – jassenjaw lill-
green wardens
skont l-eżiġenza tas-servizz rikjesta mill-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti minnhom.
Il-bqija tal-kunsilli lokali, li jiffurmaw parti minn dawk li kienu l-Kumitati Konġunti tal-Lvant u ta’ Birkirkara, jħaddmu sistemi ta’ numru ta’ rotot differenti li jkopru l-inħawi rikjesti mill-kunsilli lokali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23980 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li jibbenefikaw mis-servizzi li joffri l-gvern bħal Appoġġ, Sedqa eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali tal-Isla, ta’ Marsaskala u ta’ San Pawl il-Baħar jibbenefikaw minn xi servizzi li joffri l-gvern bħalma huma l-Aġenzija Appoġġ u Sedqa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23993 u jgħid jekk hawnx xi kunsilli lokali li għadhom jixtru servizzi klerikali? Jekk iva, liema huma dawn il-kunsilli u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu integrati fil-kunsill bħala full-time clerks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li ġabar id-Dipartiment għall-gvern lokali mingħand il-kunsilli lokali nfushom jirriżulta li hemm sitt (6) kunsilli lokali li jixtru servizzi klerikali. Dawn huma l-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi, tal-Imsida, ta’ tal-Pietà, tar-Rabat (Malta), ta’ San Ġwann u ta’ Ta’ Xbiex. Minn fost dawn is-sitt kunsilli lokali, dak ta’ tal-Pietà għandu ħsieb li jintegra lil persuna in kwistjoni fuq bażi full time.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24006 u jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li fil-preżent għandhom pjan u applikaw għal djar tal-anzjani? Jekk iva, ma' min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali Ħaż-Żebbuġ, ta’ Birkirkara, ta’ Ħal Kirkop, tal-Marsa, tal-Imqabba, ta’ Paola, ta’ San Ġiljan, ta’ San Ġwann u ta’ Ħal Tarxien qed jippjanaw biex ikollhom Dar tal-Anzjani fil-lokalità tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23992 u jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li qed jużaw l-Internet Banking 24x7? Jekk iva, min huma dawn il-kunsilli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom Ċentru għall-Komunità? Fil-preżent x'tip ta' inizjattivi qed jorganizzaw f'dawn iċ-ċentri għall-ġid tal-komunità tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif miġbura mingħand il-kunsilli lokali. Intant ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali tal-Kalkara u ta’ Paola baqgħu ma weġbux għall-informazzjoni mitluba u se jittieħdu l-passi neċessarji kontrihom.
Jista' l-Ministru jgħid f'Malta u Għawdex kemm hawn pelican lights? Fejn jinsabu? Ta' min hi r-responsabbiltà għall-ħsarat li jkun hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skont ir-rekords tal-Unit tal-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta, hemm 183 pelican lights approvati f’Malta u erbgħa oħra f’Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ fejn jinsabu.
F’każ ta’ ħsarat f’toroq arterjali u distributorji f’Malta, r-reponsabilità hija ta’ Transport Malta li għandha kuntrattur l-MSD (MRRA) biex tagħmel dan ix-xogħol. F’Għawdex, dawn huma responsabilità tal-Ministeru t’Għawdex.
F’toroq li huma responsabilita tal-kunsilli lokali, r-responsabilità hija tal-istess kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment għall-Proprjetà tal-Gvern li quddiemu hemm talba minn ċittadin, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li applika biex jixtri jew jikri garaxx tal-gvern u lanqas biss bagħtulu acknowledgement?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-acknowledgement għal din it-talba ntbagħat fl-20 ta’ Jannar 2011, lill-persuna li għamel it-talba f’isem l-applikant li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament. Intant id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lesta l-pjanta ta’ dan il-garaxx u nbdiet il-proċedura biex toħroġ sejħa għall-offerti għall-kiri ta’ din il-proprjetà.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — flus allokati għaż-żona ta' San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati flus mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għaż-żona ta' San Pawl il-Baħar permezz tal-fondi tal-ERDF 33 Tourism Zone Upgrade with Landscapes Urban spaces and other facilities?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kull kunsill lokali għandu ħaddiema assenjati miegħu? Jista' jgħid jekk il-paga tagħhom hux qed tinħareġ mill-Gvern jew mill-kunsilli lokali? Taħt liema skema qegħdin assenjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant permezz ta’ Memo 45/2011 li nħareg mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.