Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-analiżi dettaljata, ċioe r-rapport li l-Bord tal-Awtorità tad-Djar ikkummissjona biex jitjiebu l-iskemi li għandha l-Awtorità tad-Djar anke biex jiġu introdotti skemi ġodda? Min għamel dan ir-rapport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ma kkummisjonat lill-ebda individwi sabiex ittejjeb l-iskemi eżistenti tal-awtorità.
L-Awtorità tad-Djar ħatret numru ta’
working groups
magħzula mill-ħaddiema stess tal-awtorità biex jaħdmu flimkien sabiex jitjiebu dawn l-iskemi.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod l-Unjoni Ewropea ħadet diversi inizjattivi li ħallew impatt ċar fuq il-policies ta' akkomodazzjoni u akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-inizjattivi li tieħu l-Unjoni Ewropea biex ittejjeb il-ħajja tal-familji, bħall-użu ta’ enerġija alternattiva ħallew impatt fuq kif l-Awtorità tad-Djar tirranġa l-postijiet tagħha.

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26314 u jgħid min huma l-avukati impjegati mal-gvern ċioe dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi, kemm jekk b'kuntratt, kemm jekk fuq bażi indefinita, kif ukoll bħala konsulenti, li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba.

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26316 u jgħid min huma l-avukati impjegati mal-gvern ċioe dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi, kemm jekk b'kuntratt, kemm jekk fuq bażi indefinita, kif ukoll bħala konsulenti, li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — akkomodazzjoni alternattiva - familji bi bżonnijiet soċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod l-Awtorità tad-Djar qed tipprovdi akkomodazzjoni alternattiva għall-familji bi bżonnijiet soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar għandha diversi skemi biex tgħin persuni bi bżonnijiet soċjali jikru mingħand il-privat billi jingħatalhom sussidju fuq il-kera. Min-naħa l-oħra jeżistu wkoll skemi fejn tingħata għotja sabiex inkwilini bi bżonnijiet soċjali jkunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet ta’ rranġar u titjib f’dawn il-postijiet mikrija.
Matul iż-żmien l-Awtorità tad-Djar tagħmel
inspections
sabiex jiġi verifikat li l-inkwilini tal-fond qegħdin verament jagħmlu użu mill-fond tal-gvern mikri lilhom. Fejn jinstab li inkwilini mhux qegħdin jagħmlu użu mill-fond dan jittieħed lura u jinkera mill-ġdid. L-Awtorità tad-Djar qiegħda wkoll tagħmel enfażi biex jinġabru ċwievet ta’ inkwilini, fi żmien raġjonevoli, li sfortuntament jkunu mietu sabiex l-istess fondi jerġgħu jiġu mikrija. Uħud mill-postijiet ġodda tal-Awtorità tad-Djar qegħdin isirilhom xogħol ta’
finishings
sabiex dawn jkunu jistgħu jinkrew fil-xhur li ġejjin.
Policy
oħra fi ħdan l-Awtorità tad-Djar hija li postijiet tal-gvern fi pjan terren jiġu riservati/allokati biss lill-familji bi bżonnijiet speċjali.

Tista' l-Ministru tgħid fis-sena 2008, 2009, 2010 u sal-lum kemm ġew provduti akkomodazzjoni alternattiva mill-Awtorità tad-Djar? Minn liema lokalitajiet ġew dawk li bbenefikaw mill-units tal-Gvern? Fejn jinsabu l-units li ġew allokati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — Applikazzjonijiet għal Skema R
Question
Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm applikaw persuni biex jibbenefikaw minn Skema R tal-Awtorità tad-Djar? Kemm ġew approvati sena b'sena? Kemm hu l-persentaġġ tas-sussidju li ħa kull applikant li l-applikazzjoni tiegħu ġiet approvata?

Awtorità tad-Djar — Skema R - Taxxi fuq dħul ta' kera
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li l-Gvern ineħħi t-taxxi fuq id-dħul mill-kera li jirċievu s-sidien tal-postijiet li jibbenefikaw taħt Skema R tal-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proġett ta' Triq Santa Tereża Bormla qed idum daqshekk u qed jieħu ħafna fit-tul b'konsegwenza ta' inkonvenjenza lill-komunità tal-Kottonera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet tal-infrastruttura fit-Triq Santa Tereża huma avvanzati u għaldaqstant ix-xogħlijiet ta’ kurduni ġodda u paviment ġdid maġenb it-Triq Santa Tereża huwa previst li jibda l-ġimgħa d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet konċernati għadhom ma ħadux azzjoni fuq l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilment li kien hemm fl-ittra li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament qed jiġu nvestigati u jekk jinstab li kien hemm xi irregolaritajiet, jittieħdu l-passi kollha neċessarji skont il-liġi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex min-naħa tal-Awtorità tad-Djar għadhom ma wieġbux għall-ittra li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-
email
tal-Onorevoli l-Interpellant waslet għand persuna li inzertat kienet mhux xogħol għal diversi ġranet, pero’ l-Onorevoli rċieva
out of office reply
fejn kienet tgħid li fin-nuqqas ta’ din il-persuna, wieħed għandu jikkomunika ma’ persuna oħra. L-Onorevoli Interpellant dan m’għamlux għalhekk huwa rċieva risposta ta’ l-email tiegħu aktar tard.