Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baċir Numru 1 — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fil-Baċir Numru 1 humiex qed jiġu segwiti mis-Supretendent tal-Wirt Kulturali kostantament u kemm-il darba dawn qed jiġu segwiti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li qed isiru fil-Baċir Numru 1 qed ikunu segwiti kontinwament mis-Supretendent tal-Wirt Kulturali, tant hu hekk li hemm rappreżentant preżenti waqt l-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet biex ikun jista’ jimmoniterja dak li qed isir.

Bormla — proġett propost

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-proposti ta' bini ta' aktar appartamenti f'Bormla, fil-parti li tiġi bejn Triq Alessandra, Triq Santa Liena, Triq il-Pellegrinaġġ u Triq it-Torri tgħid: a) l-ewwelnett fiex se jkunu jikkonsistu dawn il-binjiet bħala appartamenti, garaxxijiet, ħwienet eċċ.; b) kemm se jkun l-għoli tagħhom meta mqabbel mal-karatteristika tal-lokal u xi stil se jkollhom li jaqbel mal-karatterisitka tal-lokal? Kemm hu n-numru ta' units għall-abitazzjoni; ċ) jekk sarx survey arkeoloġiku u ġeoloġiku serju u dettaljat fiż-żona billi f'din iż-żona hemm fdalijiet u binjiet storiċi uniċi għal Malta bħal Knisja mħaffra fil-blat, palazz tal-Gran Mastru u xi torrijiet medjevali; d) jekk hijiex se tinbidel il-pjanta tat-toroq kif ġara fil-proġett ta' appartamenti f'Santa Liena u nbidlet ix-xejra ta' Triq l-Ajkla; e) jekk sarx studju serju u akkademiku dwar l-impatt soċjali ta' aktar bini ta' appartamenti fuq is-soċjetà Bormliża u l-ambjent urban; f) jekk sarx studju serju u akkademiku dwar l-impatt fuq it-traffic management u l-parking spaces available li jistgħu jirriżultaw minn proġetti bħal dawn f'dik iż-żona li diġà hi popolata ħafna u għandha problema ta' traffiku u parkeġġ; g) jekk sarx studju u ppjanar serju u akkademiku dwar l-impattt li jista' jkun hemm fuq l-inħawi jekk kemm-il darba se jsiru xi proġetti ta' pedestrianisation fil-qrib u fiż-żona tal-Knisja Parrokjali; h) jekk il-bini fejn twieled l-ex Prim Ministru ta' Malta Dom Mintoff kienx se jitwaqqa'; i) jekk il-pavimentar taż-żonqor u ż-żonqor tal-bankini kienx se jsirlu ħsara jew modifikazzjoni fit-twettiq tal-proġetti proposti; j) jekk l-użu ta' makkinarju bħal hydraulic jack-hammers u skavar hux se jkun ta' ħsara għall-għerien u passaġġi taħt l-art li hemm f'dan is-sit; k) jekk hux se jitħalla spazju ta' rikreazzjoni u żriegħ ta' siġar/pjanti biex isebbħu; u l) jekk saritx konsultazzjoni fuq dan il-proġett mal-Kunsill Lokali ta' Bormla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-permess għat-tielet fażi tal-proġett ta’ Tiġdid Urban fejn il-Bieb ta’ Santa Liena ġewwa Bormla ilu li ħareg mill-2003. Għall-benefiċċju tal-Onorevoli Interpellant, it-tweġibiet għall-punti mressqa fil-mistoqsija tiegħu huma s-segwenti: a) Il-permess numru PA 01520/00 approva l-iżvilupp ta’ 56 unit residenzjali u 120 garaxx. b) L-għoli u d-disinn tal-binja ġew approvati skont il-policies tal-MEPA viġenti dak iż-żmien, li jitolbu li jiġi rrispettat il-kuntest tal-madwar. c) L-Awtorità tad-Djar ma hiex f’pożizzjoni tikkonferma jekk il-MEPA jew xi Dipartimenti ieħor wettaqx xi surveys arkeoloġiċi jew ta’ xi tip ieħor. d) Ma saret l-ebda applikazzjoni min-naħa tal-Awtorità tad-Djar sabiex tinbidel il-linja tal-iżvilupp. e) Minn meta beda l-programm ta’ Slum Clearance u War Damage sa llum, dawn l-impatti qatt ma kienu saru. L-Awtorità tad-Djar tħoss li għandha tibda tistudja dawn l-impatti fost ħafna affarijiet oħra, sabiex taġġorna l-policies tagħha dwar l-iżvilupp. f) Il-proġett approvat mill-MEPA ma kienx jirrekjedi Traffic Impact Assessment. g) It-twaqqif ta’ żoni pedonali mhux kompitu tal-Awtorità tad-Djar. h) Il-bini fejn jingħad li twieled l-ex Prim Ministru Duminku Mintoff ma jifformax parti mill-proġett ta’ Tiġdid Urban. i) L-Awtorità tad-Djar m’għandhiex interess li tagħmel ħsara fil-bankini viċin il-fondi assenjati lilha. j) Għadu ma ġiex stabilit x’makkinarju sejjer jintuża biex jitwettaq ix-xogħol approvat. k) Nirreferi l-Onovervoli Interpellant għat-tweġiba għall-punt (d). l) Il-Kunsill Lokali ta’ Bormla huwa wieħed mill-entitatijiet li magħhom il-MEPA ikkonsultat matul il-proċess li wassal għall-approvazzjoni tal-permess.

Awtorità tad-Djar — proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex proġetti ta' riġenerazzjoni f'dan il-qasam? X'tip ta' proġetti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Proġetti ta’ riġenerazzjoni ma jolqtux biss il-qasam tad-djar. Għaldaqstant l-Awtorità tad-Djar ma tistax toħloq proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana waħedha.

Proġett ta' slum clearance

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm proġetti ta' slum clearance? Fejn huma l-lokalitajiet ta' dawn il-proġetti? X'jikkonsistu dawn il-proġetti? Kull proġett f'liema sena kien identifikat li se jsir? F'liema sena saret l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti tal-Awtorità tad-Djar — traffic management u parking spaces

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarx studju minn Trasport Malta dwar l-impatt fuq it-traffic management u l-parking spaces fi proġetti li bniet l-Awtorità tad-Djar mis-sena 2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-2008, kien hemm tlett applikazzjonijiet tal-Awtorità tad-Djar, li kienu jirrikjedu studji tal-impatt tat-traffiku - (Traffic Impact Statements - TIS). Dawn kienu: PA6450/06 - Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siggiewi - TIS ġie sottomess f'Novembru 2007 u r-rapport mid-direttorat tal-MEPA tlesta f'Marzu 2008. Din l-applikazzjoni għadha ma ġietx deċiża mill-MEPA. PA5802/07 - Triq San Ġużepp, Żabbar - TIS ġie sottomess f'Awwissu 2008 u r-rapport mid-direttorat tal-MEPA tlesta f'Diċembru 2008. L-applikazzjoni ġiet approvata. PA2786/07 - Triq il-Ġdida, Luqa - TIS ġie sottomess fi Frar 2008 u r-rapport mid-direttorat tal-MEPA tlesta f'Ottubru 2009. Dan it-TIS kien jinkorpora żewġ siti - wieħed tal-Awtorità tad-Djar u ieħor privat. Dawn l-applikazzjonijiet għadhom ma ġewx deċiżi mil-MEPA.

Postijiet u akkomodazzjoni tal-gvern — kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm għandu postijiet/akkomodazzjoni l-gvern li inkwilini jħallsu l-kera lilu? Fis-sena 2008, 2009, 2010 u 2011 sal-lum, kemm ġabar kera mingħand dawn l-inkwilini rikonoxxuti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ tenements li fil-preżent huma mikrija għall-akkomodazzjoni tal-gvern huwa ta’ 7536. Rigward l-ammont ta’ kera miġbur, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħidma bejn il-gvern u kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod qed jaħdem il-gvern mal-kunsilli lokali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Preżentament l-Awtorità tad-Djar qiegħda taħdem mal-kunsilli lokali fuq żewġ skemi ta’ manutenzjoni u upgrading kif diġà ġie spjegat lill-Interpellant f’tweġibiet ta’ Mistoqsijiet Parlamentari minn Numru 24280 sa 24288.

Awtorità tad-Djar — pjanijiet tal-gvern - akwist ta' appartamenti mis-settur privat

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet tal-gvern kif l-Awtorità tad-Djar se takkwista appartamenti mis-settur privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament l-Awtorità tad-Djar għada għaddejja bi pjan ta’ studju fuq din l-inizjattiva. Aktar dettalji jingħataw fil-futur.

Awtorità tad-Djar — kuntratti u konvenji

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm-il kuntratt sar fejn l-Awtorità tad-Djar xtrat u bdiet tikri mis/mas-settur privat? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt/konvenju li ġie ffirmat bejn l-Awtorità tad-Djar u s-settur privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mis-sena 2008 sal-lum ma sar l-ebda kuntratt fejn l-Awtorità tad-Djar xtrat u bdiet tikri mis-settur privat.

Proġett ta' Riġenerazzjoni ta' Bormla

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju jinsab il-proġett tar-riġenerazzjoni ta' Bormla? Fiex jikkonsisti dan il-proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proġett ERDF104 – Stronger Cottonera Communities, min-naħa tal-Awtorità tad-Djar, jinvolvi xogħlijiet ta’ rinovazzjoni fil-partijiet komuni ta’ Kwartieri San Nikola u l-Kumpless ta’ Verdala f’Bormla. Il-partijiet komuni jinkludu kuriduri, turġien, il-faċċata, l-bejt, id-dawra tal-blokk u partijiet oħra fejn huma għall-użu komuni tar-residenti kollha. Il-proġett se jinvolvi wkoll miżuri li jiffrankaw l-enerġija. Ix-xogħlijiet huma maħsuba li jibdew fix-xhur li ġejjin. Dan il-proġett huwa ko-finanzjat mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali.

Valletta — applikazzjoni għal-lift

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuni, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament li huma żewġ anzjani u jgħixu f'binja l-Belt Valletta b'ħafna inkwilini li huma ukoll anzjani, li aktar minn għaxar snin ilu applikaw flimkien ma' residenti oħra tal-istess blokk biex il-Gvern jagħmlilhom lift, imma l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx approvata meta dan il-liftjista' jsir faċilment? Hemm il-ħsieb li ssir ġustizzja magħhom u jiġi stallat dan il-lift ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni biex jiġi stallat lift fil-blokk imsemmi kienet ġiet ikkunsidrata xi snin ilu u nstab li ma kienx possibli li jiġi stallat lift. Ir-residenti kollha tal-blokk ingħataw ir-raġuni għaliex l-awtorità ma setgħatx tkompli tipproċessa l-applikazzjoni tagħhom.

Baċir Numru 1 — xogħol ta' embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif minn proġett għall-baċir Numru 1 u l-madwar issa qed issir xogħol ta' embellishment fuq in-naħat tax-xatt ta' Bormla u l-Birgu u jekk ix-xogħlijiet li qed isiru jinkludux ir-restawr, l-użu u/jew bini ġdid fuq in-naħa tal-imħażen tal-istess baċir? Kemm mistenni jiswa dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Baċir Numru 1 (Dock 1) ma jinkludix ir-restawr, l-użu u/jew bini ġdid fuq in-naħa tal-imħażen peress li dawn jaqgħu barra ż-żona tal-proġett.

Awtorità tad-Djar — Postijiet għall-bejgħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm inħarġu postijiet ġodda għall-bejgħ mill-Awtorità tad-Djar? Kemm kien il-prezz sussidjat? Kemm kien il-prezz kummerċjali ta' kull ħarġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2008 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar kellha żewġ ħarġiet għall-bejgħ ta’ postijiet ġodda, li kienu Avviż 74 u Avviż 75. It-tabella t’hawn taħt turi kemm kien hemm postijiet, it-total tal-prezzijiet kummerċjali u t-total tal-prezzijiet issussidjati, taħt kull ħarġa relattiva. Avvi ż Postijiet Total Prezz Kummerċjali Total Prezz issussidjat 74 152 € 16,256,700 € 13,005,360 75 117 € 12,370,000 € 9,279,000

Awtorità tad-Djar — Postijiet għall-bejgħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm inħarġu postijiet ġodda għall-bejgħ mill-Awtorità tad-Djar? Kemm kien il-prezz sussidjat? Kemm kien il-prezz kummerċjali ta' kull ħarġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2008 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar kellha żewġ ħarġiet għall-bejgħ ta’ postijiet ġodda, li kienu Avviż 74 u Avviż 75. It-tabella t’hawn taħt turi kemm kien hemm postijiet, it-total tal-prezzijiet kummerċjali u t-total tal-prezzijiet issussidjati, taħt kull ħarġa relattiva. Avvi ż Postijiet Total Prezz Kummerċjali Total Prezz issussidjat 74 152 € 16,256,700 € 13,005,360 75 117 € 12,370,000 € 9,279,000

Postijiet tal-Gvern — bejgħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena kemm inbiegħu postijiet tal-gvern lil inkwilini rikonoxxuti? Kemm hu l-prezz sussidjat ta' kull unit? Kemm hu l-prezz kummerċjali ta' kull unit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Postijiet tal-Gvern — bejgħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena kemm inbiegħu postijiet tal-gvern lil inkwilini rikonoxxuti? Kemm hu l-prezz sussidjat ta' kull unit? Kemm hu l-prezz kummerċjali ta' kull unit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Postijiet u akkomodazzjoni tal-gvern — kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm għandu postijiet/akkomodazzjoni l-gvern li inkwilini jħallsu l-kera lilu? Fis-sena 2008, 2009, 2010 u 2011 sal-lum, kemm ġabar kera mingħand dawn l-inkwilini rikonoxxuti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Postijiet u akkomodazzjoni tal-gvern — kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm għandu postijiet/akkomodazzjoni l-gvern li inkwilini jħallsu l-kera lilu? Fis-sena 2008, 2009, 2010 u 2011 sal-lum, kemm ġabar kera mingħand dawn l-inkwilini rikonoxxuti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Bord tal-Awtorità tad-Djar — rapport

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-analiżi dettaljata, ċioe r-rapport li l-Bord tal-Awtorità tad-Djar ikkummissjona biex jitjiebu l-iskemi li għandha l-Awtorità tad-Djar anke biex jiġu introdotti skemi ġodda? Min għamel dan ir-rapport?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità tad-Djar ma kkummisjonat lill-ebda individwi sabiex ittejjeb l-iskemi eżistenti tal-awtorità. L-Awtorità tad-Djar ħatret numru ta’ working groups magħzula mill-ħaddiema stess tal-awtorità biex jaħdmu flimkien sabiex jitjiebu dawn l-iskemi.