Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27689 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali u/jew il-MEUSEC ħassew li għandhom inaqqsulhom il-fondi mill-MEUSEC minħabba li xi proġetti ma jkunux bdew jew tlestew fil-ħin? Jekk iva, liema kienu dawn il-kunsilli lokali, b'liema metodu ġew infurmati b'dan u kemm kienu l-ammonti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil-Onor.Interpellant għat tweġiba li tajt f’ Mistoqsija Parlamentari nru.27436.
Leg 11 PQ #27690 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' San Lawrenz — schedule of payment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu jekk il-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz, Rabat (Għawdex) u n-Nadur, is-schedule of payment tal-kunsill tagħhom qiegħed jgħaddi mingħajr ma jiġu iffirmati mill-kunsilliera? Jekk iva, liema kunsilli lokali huma? X'passi se jittieħdu fuq dan il-ksur tal-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mhux minnu li l-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz qiegħed jgħaddi x-schedule of payments tiegħu mingħajr ma jiġu ffirmati mill-kunsillieri. Intant jirriżulta li x- schedule of payments tal-Kunsilli Lokali tan-Nadur u tar-Rabat (Victoria) dejjem kienu approvati mill-Kunsilli Lokali rispettivi qabel sar il-ħlas. Minflok jiġu ffirmati minn żewġ kunsillieri, kienu parti mill-minuti u allura approvati mill-Kunsill Lokali waqt li jiġu ffirmati mis-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġibed l-attenzjoni ta’ dawn iż-żewġ Kunsilli Lokali sabiex jirratifikaw is-sitwazzjoni tagħhom.

Artijiet mhux mibnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-artijiet li mhux mibnija u l-Gvern ta' Malta huwa is-sid u li jinsabu fil-konfini ta' San Pawl il-Baħar, Kalkara, Żabbar Xgħajra, Fgura, u Wied il-Għajn? Jista' jgħid jekk humiex outside building scheme? Jista' jgħid l-area ta' kull sit? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-site plan ta' kull sit?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-maggior parti tal-proprjetà immobbli tal-Gvern f’kull lokalità u li mhix mibnija taqa’ f’outside building scheme. Sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru, trid ħafna ħin u riżorsi. Għaldaqstant, minħabba li d-dipartiment qiegħed juża’ riżorsi li għandu fuq proġetti oħra, mhux possibli li tinġabar din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #27710 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Seher il-Punent

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-aħħar attività li saret mill-Kunsill Lokali tal-Gharb -Seher il-Punent ? Meta saret ? Jista' jagħti breakdown tal-flus kif intnefqu għal din l-attività u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuti li tħallsu għal din l-attività?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi l-attivita’ li saret mill-Kunsill Lokali tal-Għarb ‘ Seħer il-Punent’ġiet tiswa €24,013.95. Din saret bejn l-1 u t-3 t’April 2011. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispejjes kif intefqu għal din l-attivita’.

Talba għal fond tal-gvern — rċevuta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għamel talba għal fond tal-gvern u għadu ma rċeviex irċevuta tat-talba tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-irċevuta bin-numru Ack 5110/2011 għat-talba tal-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, intbagħtet fid-19 ta’ Lulju 2011, lill-persuna li għamel it-talba f’isem l-applikant.

Rotot minn Buġibba għal Golden Bay u minn Buġibba għar-Rabat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27622 u 27514 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26650, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod Transport Malta u Arriva se jkunu qed jevalwaw l-użu tar-rotot biex dawn jittjiebu skont il-bżonn? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn Transport Malta u Arriva? Peress li bis-sistema l-ġdida ġew introdotti madwar 20 interchange f’Malta li l-iskop tagħhom huwa li jsir tibdil ta’ rotot minflok li r-rotot ikunu diretti lejn il-Belt Valletta, jista' jgħid preżentament fejn huma dawn l-interchanges? Jista' jgħid x'tip ta' konsultazzjoni kellha Trasport Malta mal-kunsilli lokali, jekk kellha, vis-à-vis r-rotot minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-linja? Jekk iva, ma' liema kunsilli lokali kienet din il-konsultazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tirrevedi kull rotta billi tieħu in kunsiderazzjoni l-patrunaġġ ta’ kull rotta, l-użu totali minn kull lokalità u s-suġġerimenti u l-ilmenti li tkun irċeviet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn Transport Malta u Arriva Malta Ltd. Minn din il-kopja ġiet imneħħija l-informazzjoni hekk kif ġej: · Paġna 27 tal-kuntratt fejn hemm proġezzjoni ta’ profitti ta' kull sena li Arriva Malta Ltd. tistenna li tista' tagħmel għall-raġuni ta’ kunfidenzjalità; · Schedule X - Il-lista ta’ mpjegati li kellhom jiġu offruti mpjieg minn Arriva Malta Ltd u l-ammont ta’ salarju li kellu jiġi garantit, għall-raġuni ta’ privatezza. Saru tnejn u għoxrin interchange; Mellieħa, Tarġa (Mosta), Rotunda (Mosta), Technopark (Mosta), Rabat, Warda (Attard), Rohan (Żebbuġ), Marsa, Bombi, Blata l-Bajda, Milend (Ħamrun), Żurrieq, Malta International Airport, Bir id-Deheb, Paola, Mater Dei, Buġibba, Qroqq, B’Kara, Fleur De Lys, Msida, u Ferries (Sliema). Il-konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali bdiet fil-bidu tas-sena 2009 u saret mill-Ministeru billi lil kull Kunsill Lokali ndividwali ntbagħatitlu ġabra ta’ informazzjoni u pjanti dettaljati ( hard u soft copy fuq cd). Wara li sar dan, saret laqgħa pubblika ta’ konsultazzjoni mall-Kunsilli Lokali kemm f’Għawdex fl-24 ta’ Jannar 2009 u kif ukoll f’Malta fid-9 ta’ April 2009. Kummenti dwar ir-rotot il-ġodda ġew mibgħuta lill-Ministeru fix-xhur suċċessivi minn 25 Kunsill Lokali f’Malta u Kunsill wieħed minn Għawdex. Saru wkoll laqgħat mill-Ministeru, Transport Malta u għadd ta’ Kunsilli Lokali sabiex jiġu diskussi l-proposti tar-rotot fid-dettall. F’ħafna minn dawn il-każijiet, il-proposti li saru mill-Kunsilli Lokali ġew ikkunsidrati u r-rotot proposti ġew mibdula.
Leg 11 PQ #21548 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skema ta' finanzjament għal restawr ta' postijiet storiċi — applikazzjonijiet minn kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema ta' finanzjament għal restawr ta' postijiet storiċi żgħar? Kemm saru b'kollox applikazzjonijiet? Liema huma l-proġetti? Kemm ġie jiswa kull proġett? Kemm ta fi flus il-gvern għal kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi il-l-bqija tal-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħlas ta' multi lill-Arriva

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27271, jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għal dan il-kumpens meta r-rotot jitbiddlu? Liema huma l-kundizzjonijiet stipulati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-klawsola tal-kuntratt tat-Trasport Pubbliku li tirregola l-modifikazzjonijiet. Din il-klawsola tispjega x'għandu jsir f'każijiet bħal dawn.
Leg 11 PQ #27621 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Transport Malta - rotot ġodda tat-trasport

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27513 u jgħid b'liema mod u meta l-kunsilli lokali ġew konsultati, jekk ġew, minn Trasport Malta vis-à-vis deċizjonijiet li direttament jew indirettament laqtu pożittivament u/jew negattivament lir-residenti tal-lokal rigward ir-rotot tal-karozzi tal-linja fit-toroq ta' pajjizna? Meta kienu dawn il-laqgħat? Liema kienu l-kunsilli lokali li ħadu sehem f'dawn il-laqgħat? X'kien l-eżitu ta' kull laqgħa u jpoġġi l-Minuti ta' kull laqgħa li nżammet jekk jeżistu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-konsultazzjonijiet dwar ir-rotot tat-trasport pubbliku saru hekk kif ġej: · F’Diċembru 2008 ir-rotot kienu ippubblikati għall-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni f’Konferenza Nazzjonali li kienet miftuħa għal kulħadd inklużi l-Kunsilli Lokali, li ħafna minnhom fil-fatt attendew. · F’April 2009, tlaqqgħu s-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali kollha fejn ingħataw pjanti elettroniċi li juru r-rotot ippjanati u l-waqfiet tal-karozzi tal-linja b’ismijiethom. Dawn intalbu jevalwaw ir-rotot mal-Kunsilli Lokali tagħhom u jagħtu l-fehmiet tagħhom. Għal din il-laqgħa attendew 23 Segretarju Eżekuttiv minn kollha mistednin. · Immedjatament intbagħtu lis-Segretarji Eżekuttivi li m’attendewx verżjonijiet elettroniċi tal-pjanti biex jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom. · Il-Kunsilli Lokali kollha li talbu li jiltaqgħu jew li kitbu rakommandazzjonijiet għal tibdil instemgħu u bi ftit eċċezzjonijiet it-tibdil kollu li ntalab ġie adottat. · Fit-tielet parti tal-konsultazzjoni, wara li nstemgħu l-fehmiet tal-Kunsilli Lokali, ġew ippubblikati fuq il-website tal-Ministeru il-pjanti tar-rotot kollha bil-waqfiet ippjanati b’ismijiethom. F’din il-fażi wkoll il-Kunsilli Lokali kollha li talbu li jiltaqgħu jew li kitbu b’reazzjonijiet tar-residenti tagħhom instemgħu u fil-parti l-kbira tal-każi il-pariri li taw ġew adottati fit-tender ippublikat. · Il-Gvern baqa’ jisma’ u jiltaqa’ mal-Kunsilli Lokali li hekk xtaqu anke wara li kien ippublikat it-tender u fil-fatt fuq talbiet tagħhom ġew negozjati modifiki għan-network mal-operatur qabel beda s-servizz. Il-Gvern ser ikompli jisma’ l-fehmiet u jagħmel it-tibdiliet li hemm bżonn biex ikompli jittejjeb is-servizz. F’każ li l-Onorevoli Interpellant jixtieq kopja ta’ korrispondenza li kienet saret ma’ xi Kunsill Lokali speċifiku jew fuq xi suġġett partikolari, allura għandha ssir domanda aktar speċifika.

Rotot minn Buġibba għal Golden Bay u minn Buġibba għar-Rabat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27514 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26650, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod Transport Malta u Arriva se jkunu qed jevalwaw l-użu tar-rotot biex dawn jittjiebu skont il-bżonn? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn Transport Malta u Arriva? Peress li bis-sistema l-ġdida ġew introdotti madwar 20 interchange f’Malta li l-iskop tagħhom huwa li jsir tibdil ta’ rotot minflok li r-rotot ikunu diretti lejn il-Belt Valletta, jista' jgħid preżentament fejn huma dawn l-interchanges? Jista' jgħid x'tip ta' konsultazzjoni kellha Trasport Malta mal-kunsilli lokali, jekk kellha, vis-a-vis r-rotot minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-linja? Jekk iva, ma' liema kunsilli lokali kienet din il-konsultazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #27644 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — minuti fuq il-website

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kumitat amministrattiv ta' Marsalforn mhux qed ipoġġi l-Minuti tal-laqgħat fuq il-website tal-kunsill? Jista' jgħid liema huma l-kunsilli lokali u l-kumitati amministrattivi li mhumiex ipoġġu l-Minuti tal-laqgħat fuq il-website tal-kunsill? X'passi se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li skont Artiklu 14 A (8) fis-Sitt Skeda ta’ Kapitlu 363 tal-Liġi ta’ Malta, il-Kunsilli Lokali kollha huma obbligati li “Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jara li l-minuti approvati jitpoġġew fuq il-website uffiċjali tal-Kunsill.” F’dan ir-rigward ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jimmonitorja lill-Kunsilli Lokali kollha sabiex jippubblikaw il-minuti tal-laqgħat tagħhom, l-iskedi tal-pagamenti kif ukoll l-aġenda tal-laqgħat, hekk kif dawn jkunu approvati mill-istess Kunsill. Dwar il-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn ninsab infurmat li l-aħħar minuti li kienu ppubblikati online mill-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn fuq is-sit elettroniku www.lc.gov.mt kien fid-19 ta’ Mejju 2011. Il-minuti tal-laqgħat ta’ Ġunju 2011 u ta’ Lulju 2011 jitpoġġew online hekk kif dawn ikunu approvati mill-istess Kumitat Amministrattiv. Intant ninsab infurmat li billi kien hemm żmien meta s-Segretarju Eżekuttiv kienet bil-maternity leave kien hemm xi diffikultajiet biex il-minuti jitpoġġew online. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali segwa l-każ mill-qrib sakemm il-minuti neqsin tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn tpoġġew ukoll online.

Problema ta' ilma u drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta il-problema ta' ilma jew drenaġġ li ilu ħiereġ bosta ġimgħat fi triq li dettalji tagħha qed jingħataw separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ġie stabbilit li dan mhux drenaġġ imma leak ta’ ilma. Il-Korporazzjoni se tagħmel ix-xogħol neċessarju biex issewwi l-ħsarat mingħajr dewmien.
Leg 11 PQ #27688 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27436, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk xi kunsilli lokali li ħadu assistenza mill-MEUSAC u fil-fażi tal-mili tal-applikazzjoni għal xi raġuni jew oħra ma komplewx l-applikazzjoni ġew immultati biex iħallsu xi flus?? Fuq liema raġuni? Liema huma dawk il-kunsilli? X'kien l-ammont li kellu iħallas kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif tħabbar fil-MEMO 46/2010 maħruġ mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali fit-30 ta’ Marzu 2010 u li fiħ kien ikkupjat ukoll l-Onorevoli Interpellant bħala l-Kelliemi Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali, Kunsill Lokali li jirrikorri għall-assistenza tal-MEUSAC qed jiġu mitlub iħallas depożitu qabel ma jibda l-proċess tal-mili tal-applikazzjoni. L-ammont sħiħ tad-depożitu jingħata lura jekk il-Kunsill Lokali jirrispetta l-obbligazzjonijiet tiegħu kollha taħt il-ftehim li jiġi ffirmat mal-MEUSAC. Iżda f’każ li l-Kunsill Lokali ma jżommx mal-obbligi stabbiliti permezz ta’ dan il-ftehim, l-ammont li jingħata lura jitnaqqas kif stipulat fl-istess ftehim. F’każ li l-Kunsill Lokali jirtira mill-proġett fl-aħħar minuta, id-depożitu jintilef kollu. Kif jispjega l-istess memo, dan sar għaliex qed jinqalgħu każi fejn l-uffiċjali responsabbli fil-MEUSAC mhumiex isibu l-kooperazzjoni sħiħa ta’ xi Kunsilli Lokali għaliex jew qed jiġu injorati deadlines jew saħansitra ikun hemm xi Kunsilli li jirtiraw mill-proġett fl-aħħar minuta. Dan qed iwassal għal telf ta’ ħin bla bżonn u diżappunt għall-uffi cjali tal-MEUSAC, kif ukoll għal sitwazzjoni fejn, entitajiet oħra fosthom NGOs li setgħu jibbenefikaw mill-għajnuna tal-MEUSAC, ma setgħux jiġu megħjuna għaliex l-uffiċjali tagħha kienu impenjati u l-MEUSAC ma setgħax jaċċetta iktar talbiet għal għajnuna minħabba limitazzjonijiet ta’ riżorsi umani. L-Onorevoli interpellant japprezza li il-MEUSAC joffri dan is-servizz b’xejn u b’hekk qed jevita lill-kunsilli eluf ta’ Euro f’ consultancy fees li kienu jridu jħallsu kieku qabbdu konsultenti private. Ta’ min jgħid ukoll illi għalkemm i-servizz hu b’xejn, dan qed jiġi ffianzjat minn fondi pubbliċi u għalhekk hu fl-interess ta’ kulħadd li ma jsirx abbuż minn dan is-servizz sempliċement għax il-kunsilli ma jħallsux għalih. Il-kunsilli li tilfu d-depożitu jew parti minnu kienu dawn fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 11 PQ #25945 Sitting 383 2011-07-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — flus allokati għaż-żona ta' San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati flus mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għaż-żona ta' San Pawl il-Baħar permezz tal-fondi tal-ERDF 33 Tourism Zone Upgrade with Landscapes Urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li kif ġie identifikat fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari 20761, l-MTA bħalissa qed timplimenta proġett ERDF 033 bl-isem ta’ ‘Tourism Zone Upgrade witħ Landscaped Urban Spaces and other Facilities’. Dan il-proġett hu ko-finanżjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. B’dan il-proġett qed isiru dawn l-interventi: · Bini ta’ public aquarium ġewwa l-Qawra; · Tisbiħ tal-promenade ta’ San Pawl il-Baħar u l-krejażżjoni ta’ cantilevered gallery ; · Bini ta’ ġnien pubbliku ġewwa Pembroke; · Krejazzjoni ta’ Walkinġ/Cycle Track li tgħaqqad lil Pembroke mat-torri tal-Madliena; u · Restawr tat-Torri tal-Madliena. Fil-fatt iż-żona ta’ San Pawl il-Baħar hija dik li ser tibbenefika l-aktar, minħabba li ser jitwettqu dawn il proġetti: · Żvillupp ta’ attrazzjoni turistika li tinvolvi akkwarju għall-pubbliku, estensjoni tal-prome nade u faċilitajiet ta’ istitut għad- diving . Dan il-proġett ser isir fuq bażi ta’ PPP mal-privat u ser jinħarġu €7.5 miljun + VAT mill-proġett u ser jiġu investiti aktar minn €5.5 miljun + VAT mill-kuntrattur privat; · Upgradinġ tal-Promenade fi Triq San Publiju, Triq San Franġisk, Triq San Ġilardu u Triq il-Knisja f’San Pawl il-Baħar li ser jammonta għal madwar €1.3 miljun + VAT. Ta’ min wieħed igħid ukoll illi l-MTA qed toħroġ ukoll il-flus għal bdil ta’ serviżżi taħt l-art li ma humiex eliġibli għal fond i tal-UE u li jammontaw għal aktar minn €40,000 + VAT. Il-valur totali ta’ dawn il-proġetti għalhekk ilaħħaq €14.34 miljun ewro. Ma’ dawn wieħed irid iżid il-proġetti li qed isiru mill-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, li jinkludi t-tisbieħ taż-żona ta’ Chadwick Lakes u s-Salini kif ukoll il- Water Park li hemm proġettat għal Buġibba.

Bejgħ ta' fond tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ta' Malta ma biegħx il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, wara li dawn il-persuni li jgħixu fil-blokka li jabitaw fiha ġew inkoraġġiti mill-Awtorità tad-Djar biex jixtru dan il-fond?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku għal-liema fond qed jirreferi, għax l-informazzjoni li ta mhix biżżejjed.

Stallazzjoni ta' lift

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex fil-binja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li nbniet b'fondi pubbliċi aktar minn għaxar snin ilu ġie stallat lift li mhux regolat kif suppost bil-liġi, b'konsegwenza li dan l-istess lift ma jistax jiġi reġistrat mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards? Jista' jgħid x'passi se jieħu l-gvern biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-24 ta’ Novembru, 2010, l-Awtorità tad-Djar talbet lill-kuntrattur D&S Lifts Limited sabiex tirreġistra l-lift li twaħħal fil-fond imsemmi mal-Awtorità tal-iStandards ta’ Malta skont l-Att Legali 231 tal-2007. Sal-lum il-kuntrattur għadu m’għamilx dak li ntalab jagħmel u l-Awtorità tad-Djar beħsiebha tibda proċeduri legali kontrieh.

Awtorità tad-Djar — lift

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar mhux qed tieħu l-passi neċessarji biex issolvi darba għal dejjem il-problema tal-lift f'binja li nbniet mill-gvern u li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament peress li dejjem kien bil-ħsara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità tad-Djar talbet lill-kuntrattur D&S Lifts Limited sabiex issewwi l-ħsarat fil-lift tal-fond imsemmi. Sallum il-kuntrattur baqa’ m’għamilx ix-xogħol neċessarju u l-Awtorità tad-Djar beħsiebha tibda proċeduri legali kontrieh.
Leg 11 PQ #27513 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Transport Malta - rotot ġodda tat-trasport

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod u meta l-kunsilli lokali ġew konsultati, jekk ġew, minn Trasport Malta vis-à-vis deċizjonijiet li direttament jew indirettament laqtu pożittivament u/jew negattivament lir-residenti tal-lokal rigward ir-rotot tal-karozzi tal-linja fit-toroq ta' pajjizna? Meta kienu dawn il-laqgħat? Liema kienu l-kunsilli lokali li ħadu sehem f'dawn il-laqgħat? X'kien l-eżitu ta' kull laqgħa u jpoġġi l-minuti ta' kull laqgħa li nżammet jekk jeżistu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

Rotot minn Buġibba għal Golden Bay u minn Buġibba għar-Rabat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26650, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod Transport Malta u Arriva se jkunu qed jevalwaw l-użu tar-rotot biex dawn jittejbu skont il-bżonn? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn Transport Malta u Arriva? Peress li bis-sistema l-ġdida ġew introdotti madwar 20 interchange f’Malta li l-iskop tagħhom huwa li jsir tibdil ta’ rotot minflok li r-rotot ikunu diretti lejn il-Belt Valletta, jista' jgħid preżentament fejn huma dawn l-interchanges? Jista' jgħid x'tip ta' konsultazzjoni kellha Trasport Malta mal-kunsilli lokali, jekk kellha, vis-a-vis r-rotot minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-linja? Jekk iva, ma' liema kunsilli lokali kienet din il-konsultazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fond alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għadha ma ngħatatx fond fejn tgħix minkejja li għandha 160 punt u minkejja li din tgħix fuq benefiċċji soċjali u qegħda tużahom kollha sabiex tħallas il-kera mingħand il-privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikanta in kwestjoni toqgħod ġo post mikri mis-settur privat u preżentament qegħda tibbenefika minn sussdju fuq il-kera mħallsa minnha. L-applikazzjoni tas-Sinjura qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.