Legislature:
Category:
Reset
Active:

customer care tal-anzjani — ittra mhux imwieġba

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ittra li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ntbagħtet lill-customer care tal-anzjani għadha ma gietx imwiegba?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lil-Onor. Interpellanet għall tweġiba Mistoqsija Parlamentari Numru 27857.
Leg 11 PQ #28322 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti fil-lokalitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ndaħħlu għal ftehim biex jidħlu għal dejn biex iħallsu l-proġetti fil-lokalità fejn fosthom hemm it-toroq? Liema huma l-proġetti oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Upgrading fix-Xatt tal-Isla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-Xatt tal-Isla, jiġifieri mill-Maċina sal-ponta tal-Isla, huwiex ser jiġi upgraded ? Jekk iva, x’kunsiderazzjonijiet qed jittieħdu għas-sidien tad-dgħajjes li jtellgħu d-dgħajjes tagħhom fuq il-moll?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb biex il-Waterfront li jibda mill-Maċina sal-Ponta tal-Isla jiġi upgraded. Fil-fatt hemm applikazzjoni mal-MEPA għal dan il-għan. Fil-pjan qed jiġi kunsidratt ir-riorgannizzjoni tad-dgħajjes fuq l-art b'konsultazzjoni mar-raprezentanti tas-sidien kif ukoll mal-kunsill lokali.

Xatt tal-Isla — Xogħol fuq l-iskalijiet

Question

Jista l-Ministru jgħid l-iskallijiet fix-Xatt tal-Isla, li uħud huma fi stat perikoluż, meta ser jiġu rranġati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li minn ispezzjoni li saret madwar ix-Xatt ta’ l-Isla, mit-tmien skallijiet eżistenti, ħames minn dawn l-iskallijiet li qegħdin fuq Dockyard Creek jinsabu fi’stat strutturali tajjeb. Mit-tlieta l-oħra li huma fuq French Creek, tnejn biss minnhom (jiġifieri dak ta’ ma ġenb ir-Regatta Club u dak ta’ ħdejn il-latrina għandhom bżonn ta’ tiswija sostanzzjali. Diġa ittieħdet nota ta’ dawn iskallijiet u huwa ttamat li x-xogħol ikun inkluż fi program ta’ xoghlijiet iktar ‘il quddiem.

Bormla — San Gwann t'Għuxa - Periklu ta' wires tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jara li ttittieħed azzjoni minnufih minħabba li hemm xi wires tal-elettriku ta' periklu fil-housing estates ta' San Gwann t'Għuxa, Bormla?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni li saret ma hemm l-ebda periklu tal-linji li huma tal-Enemalta fl-inħawi. Però jekk jingħata xi indirizz inkunu nistghu ninvestigaw aktar.

Xlendi u Xgħajra — kwalità tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-ibħra fix-Xlendi u fix-Xgħajra mhux klassifikati bħala eċċellenti u huma inqas fil-kwalità mill-ibħra l-oħra tal-gżejjer Maltin? X'inhi l-kawża biex dawn l-ibħra msemmija huma inferjuri u ma ġewx klassifikati bħala good?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont ir-rapport maħruġ fid-29 ta’ Awwissu 2011 għal-15 il-ġimgħa minn mindu beda l-istaġun uffiċjali għal-għawm, iż-żewġ siti monitorati fix-Xgħajra ġew klassifikati bħala kwalita tajba ‘good quality’ u erba siti monitorati fix-Xlendi, tnejn ġew klassifikiati bħala kwalita eċċelent ‘excellent quality’ u t-tnejn l’oħra bħala kwalita tajba ‘good quality’. Għalhekk it-87 sit immonitorati f’Malta, Għawdex u Kemmuna kollha qed jiklassifikaw ta’ kwalita eċċellenti jew tajba.

Wires li jistgħu jkunu ta' periklu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi wires tal-elettriku fiż-żona li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li jistgħu ikunu ta' periklu u li jinsabu ħerġin minn residenzi privati għal xi artijiet fil-qrib b'konsegwenza li faċilment jista' jkun hemm inċident ikrah?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-area msemmija ġiet spezzjonata imma l-wires li semma' l-Onorevoli Interpellant ma nstabux. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddi indirizz specifiku dwar dan il-każ.

Xogħlijiet fix-Xatt ta' Bormla — health and safety

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li jindika li x-xogħol li qed isir fix-Xatt ta' Bormla, aktar magħruf bħala s-Suq ta' Bormla, huwa provdut bil-miżuri neċessarji kollha fejn tidħol health and safety skont il-liġi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett imsemmi huwa responsabbiltà tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qawra — parkeġġ għad-double deckers

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u jara li ma jibqax isir ipparkjeġġar ta' double deckers u vetturi oħra tat-turisti quddiem il-lukandi Suncrest u Qawra Palace, il-Qawra, għaliex qegħdin literalment jimblukkaw Triq il-Qawra? Jista' jingħatalhom post adegwat għal dan il-għan f'parti aktar wiesgħa tat-triq imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta tinforza r-regolamenti tat-traffiku fl-inħawi indikati. Għar-rigward ta’ post adegwat fejn jistgħu jipparkjaw dawn it-tip ta’ vetturi, ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda tevalwa din il-proposta fl-aħjar interess tas-sigurtà u mmaniġġjar tat-traffiku f’dawk l-inħawi.
Leg 11 PQ #27836 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra — Aquarium Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal il-proġett li ilu snin sħaħ imwiegħed tal-Aquarium Pubbliku ġewwa l-Qawra u meta se jitlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li wara l-proċess kumplikat tat-tendering ġie fi tmiemu, l-kuntratt ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru u b’hekk beda l-proċess tad-disinn u bini tal-proġett. Il-perjodu ta’ ‘performance’ tal-kuntratt relatat mal-fażi tad-‘design-build’ huwa ta’ 500 ġurnata.

Venda ta' Buġibba — karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju li l-venda ta' Buġibba mhix kbira biżżejjed sabiex tilqa' fiha l-ammont ta' karozzi tal-linja skedati għaż-żona ta' San Pawl il-Baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ bus bays provduti fil-venda ta’ Buġibba hu meqjus bħala wieħed adekwat għall-ammont ta' karozzi tal-linja skedati.

Customer care

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-customer care tal-anzjani ma rrispondiex email, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ċ-Ċentru Servizz Anzjan ma jirriżultalux li rċieva l-e-mail li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, sakemm din l-e-mail ma daħlitx bħala spam u tkun ġiet imħassra. L-anzjan imsemmi f’din l- e-mail applika fl-24 ta’ Marzu 2011 biex jidħol fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla. Il-Bord tal-Ammissjoni approva dan il-każ bħala High Priority fit-12 ta’ Mejju 2011 għar-Residenza San Vinċenz de Paule. B’hekk dan il-każ ġie mqiegħed fil-lista ta’ stennija tal- High Priority għar-Residenza San Vinċenz de Paule.

Awtorità tad-Djar — Skema 2011

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezzijiet kummerċjali li l-Awtorità tad-Djar qed titlob fl-iskema 2011 għad-djar ta' abitazzjoni tal-Gvern mħabbra fit-2 ta' Awwissu 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont il-kundizzjonijiet tal-Iskema Ninvesti fid-Dar Tiegħi, l-prezz kummerċjali se jkun kkalkulat fuq il-lokal, id-daqs u t-tqassim tal-bini, l-ambjent tal-madwar u kemm ikun ilu mibni il-post. Il-valutazzjoni kummerċjali tal-proprjetajiet sejrin jiġu notifikati lill-applikanti wara kull applikazzjoni li tintlaqa’ mill-Awtorità tad-Djar. Applikanti jkunu eleġibbli għal sussidju kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:- Ammont ta’ Assi Perċentwal ta’ Sussidju €0 - €70,000 45% €70,001 - €80,000 40% €80,001 - €90,000 35% €90,001 - €100,000 25% €100,001 - u aktar 0%
Leg 11 PQ #27882 Sitting 389 2011-10-05 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Ipparkjar ta' karrelli tad-dgħajjes

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li fiz-zona ta' San Pawl il-Baħar ma jibqax isir ipparkeġġjar ta' karrelli tad-dgħajjes għaliex qed ikompli jitnaqqar l-ispazju għall-parkeġġ għar-residenti? X'passi qed jieħu l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar sabiex ma jibqax isir dan it-tip ta' ipparkeġġjar u jinstab parkeġġ alternattiv tad-dgħajjes u dawn is-sidien ta' dgħajjes ikunu kuntenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ħatar lis-Sotto Kumitat sabiex jistudja l-problema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant u jipproponi Bye-Law għal San Pawl il-Baħar hekk kif hemm f’xi lokalitajiet oħrajn ta’ Malta.
Leg 11 PQ #27811 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Hal Lija — fondi tal-MEUSAC

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Kunsill Lokali ta' Hal Lija huwa blacklisted mill-fondi tal-MEUSAC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nista nserraħ ras l-Onorevoli membru illi la l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija kif ukoll l-ebda kunsill lokali ieħor f’Malta u Għawdex m'huma blacklisted mill-MEUSAC fl-assistenza li joffri fil-mili ta’ applikazzjonijiet.
Leg 11 PQ #27812 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali tal-Imġarr — BIOTEC EU project

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr, Malta tal-BIOTEC EU project, re olive oil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infumat illi il-proġett dwar is-siġar taż-żebbuġ li qed jipparteċipa fih il-Kunsill Lokali ta’ l-Imġarr jismu BIOLMED. L-iskop prinċipali ta’ dan il-proġett huwa dak tat-tixrid ta’ informazzjoni dwar it-tkabbir taż-żebbuġ għal skopijiet ta’ produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa b’mod organiku. Dan il-proġett ilu għaddej sa mill-2009 u issa wasal fil-fażijiet finali tiegħu. Barra mill-konferenzi u studju li saru, l-aktar importanti kienu t-tliet protokolli li saru f’ Malta u li rriżutlaw fl-iskoperta effettiva ta’ trattament u kontroll b’mod organiku tad-dubbiena u l-ħsarat li tħalli fuq is-siġar taż-żebbuġ. L-aħħar fażi tal-proġett se tikkonsisti fit-tradizzjoni u produzzjoni tal-katalogu taż-żjut taż-żebbuġ organiku.

Persuni li jgħixu fl-open centres u li għandhom karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jgħixu fl-open centres fejn jiġu akkomodati persuni li daħlu illegalment li għandhom karozzi reġistrati fuqhom

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skont ir-rekords li għandha Transport Malta, l-ammont ta’ karozzi reġistrati fuq persuni li jgħixu fl-open centres fejn jiġu akkomodati persuni li daħlu illegalment huwa ta’ 232.
Leg 11 PQ #27814 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

yard ta' Hompesch Steel — Permessi tal-MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-yard ta' Hompesch Steel, quddiem il-Housing Estate ta' Ħaż-Żabbar, għandhiex il-permessi meħtiega kollha tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li minn investigazzjoni li kienet saret riċentament mid-Direttorat tal-Infurzar, jirriżulta li l-scrap yard indikata fl-interpellanza magħrufa bħala Hompesch Steel Co., (fuq iż-żewg naħat ta' Dejma Road), hija koperta b' liċenzji tal-Pulizija maħruġa qabel 1993 liema liċenzji għadhom validi sallum. Għaldaqstant tali żvilupp ma jirrkjedix permess ta' żvilupp. Id-Direttorat ta' l-Ambjent ħareġ permess ta' l-operat tas-sit li skada fid-29 t'April 2011 u li qiegħed fil-proċess li jiġi mġedded.

venda ta' Ħaż-Żabbar — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, issa li spiċċat il-venda ta' Ħaż-Żabbar xi pjanijiet għandu l-Gvern fuq dan is-sit?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tikkunsidra xi tibdiliet fir-rotot eżistenti u għaldaqstant, fil-preżent m’hemm l-ebda ħsieb li dan is-sit jintuża għal xi skop ieħor.

venda ta' Ħaż-Żabbar — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li spiċċat il-venda ta' Ħaż-Żabbar xi pjanijiet għandu l-Gvern fuq dan is-sit?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru m’għandux pjanijiet immedjati ta’ xogħol għas-sit imsemmi.