Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28427 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċitazzjonijiet magħmula mill-gwardjani lokali — flus lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2010 sal-lum kemm ħa kull kunsill lokali minn flus li ġew minn ċitazzjonijiet magħmula mill-gwardjani lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. W294

Kummissjoni tal-Artijiet — informazzjoni dwar l-avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati li jaħdmu mal-Kummissarju tal-Artijiet? B'liema mod daħlu mal-kummissarju? Hemm avukati li huma impjegati bħala full-timers, part-timers u/jew konsulenti privati li jirrapreżentaw lill-Kummissarju tal-Artijiet u fl-istess ħin għandhom kawżi kontra l-istess kummissarju ċioe kawżi kontrih? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-avukati li bħalissa qed jirrappreżentaw lill-Kummissarjutal-Artijiet fil-kawżi kontrih, kif ġew appuntati, jekk sarux calls for application u jekk humiex impjegati mal-gvern bħala avukati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-avukati li huma impjegati mad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern fuq bażi full time huma tlieta. Dawn ġew ingaġġati wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ Uffiċċjali Legali, bl-approvazzjoni tal-Kummisjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment għandu 34 avukat fil-prattika privata fuq bażi ta’ kuntratt li xogħolhom hu li jistabbilixxu min huma is-siden ta’ proprjetà privata li tkun ġiet esproprijata mill-Gvern għal skop pubbliku, ħalli b’hekk id-Dipartiment ikun jista’ jagħmel il-kuntratti tal-ħlas ta’ kumpens ma’ dawn is-sidien. Għalkemm il-Kuntratt sar mall-Kummissarju tal-Artijiet, dawn ma jirrapreżentawx lill-Kummissarju iżda lis-sidien privati li l-art tagħhom tkun ser tiġi esproprijata. Fil-fatt l-ismijiet ta’ dawn l-34 avukat, jingħataw lis-sidien privati sabiex jekk iridu, jagħżlu wieħed minn dawn l-avukati biex jagħmlilhom ir-riċerka li tipprova t-titlu tagħhom fuq l-art li tkun ġiet dikjarata meħtieġa għal skop pubbliku skont l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kap. 88). Dawn l-avukati ġew ingaġġati on an ad hoc basis wara sejħa għall-applikazzjoni ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern datata 11 u 15 tal- Lulju, 2003. Minħabba li tnejn mit-3 avukati impjegati full-time mad-Dipartiment qegħdin fuq unpaid leave jew maternity leave , id-Dipartiment qiegħed jixtri s-servizzi ta’ 3 avukati oħra fil-prattika privata sabiex jittrattaw każijiet quddiem il-Qrati, jagħtu pariri u jagħmlu xogħol ieħor legali skont il-bżonn. Dawn ġew ingaġġati temporanjament fuq bażi ta’ kuntratt wara li ħarġet sejħa għall- Expression of Interest minn Avukati li kienu lesti li jipprovdu servizz legali lid-Dipartiment, li dehret fil-gazzetti lokali tal-5 ta’Ġunju 2011. Fost l-avukati li jirrappreżentaw lill-Kummissarju tal-Artijiet, ħadd minnhom m’għandu kawża kontra l-Kummissarju tal-Artijiet, imma hemm minnhom li jirrapreżentaw klijenti tagħhom fuq kawżi mad-Dipartiment tal-Artijiet. Fil-Kuntratt li għamlu dawn l-avukati mad-Dipartiment, hemm stipulat li dawn għandhom jiddikjaraw minn qabel dawn il-każijiet u jiġbdu l-attenzjoni tad-Dipartiment biex ma jittrattawx każijiet fejn jista’ jkun hemm konflitt ta’ interess. Fil-fatt dawn l-Avukati, iddikjaraw huma stess dawk il-kawżi li huma ma jistgħux jidħlu fihom minħabba konflitt ta’ interess. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet tal-avukati.

Ċimiterju tal-Addolorata — Human remains

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex se jinħoloq preċedent biex il-human remains li jinsabu fl-oqbra ta' fratellanzi tal-Knisja (u/jew għaqdiet/soċjetajiet tal-Knisja) u jinsabu fiċ-ċimiterju tal-Addolorata u jitpoġġew fl-osqrja tal-istess għaqda jew fraternanza qed jiġu mitluba li jagħmlu permess ta' trasport għal kull human remains li jkun hemm biex jitpoġġa fl-osqrja meta qabel ma kien għamel hekk kien jintuża l-permess tat-tindif biss?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont l-Ordinanza Dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Kapitlu 18, Artiklu 3, huwa meħtieġ li jiddaħlu d-dettalji ta’ fejn isir id-difna u t-titolu tal-mejjet li jiġi midfun f’dak il-qabar. Skont il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kapitlu 10, Artiklu 142 ‘ Ħadd ma jista’ jaqla’ mejtin mill-oqbra jew jiftaħ oqbra mingħajr permess tal-Pulizija. ’ Għaldaqstant għall-ġarr ta’ kull kadavru minn ġewwa qabar għall-ossarju jew għall-qabar ieħor hu meħtieġ il-permess tal-pulizija fejn id-dettalji ta’ fejn tpoġġa l-katavru jiġu mniżżla.

Ċimiterju tal-Addolorata — rapport tal-kundizzjoni u t-tindif tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-kundizzjoni tat-toroq li hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u tat-tindif ta' toroq li bħalissa jinsabu fi stadju ta' abbandun?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li m’hemm ebda rapport speċifiku dwar il-kundizzjoni tat-toroq fiċ-Ċimetrju tal-Addolorata. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjoni tat-toroq fiċ-Ċimiterju ta’ Sta. Marija Addolorata se tkun indirizzata fil-proġett tal-estensjoni u mmaniġjar tal-istess ċimiterju. It-tindif tat-toroq isir minn numru limitat ta’ ħaddiema responsabbli għat-tindif u dan ix-xogħol isir skont skeda stabbilità li biha jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet u r-riżorsi disponibbli. Ta’ min wieħed jinnota li bħal issa għaddej xogħol intensiv ta’ tindif, qtugħ ta’ ħaxix ħażin, żbir ta’ siġar, kif wkoll xogħol ta’ manteniment fuq l-istess ċimiterju.
Leg 11 PQ #18445 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17470 u 15441 u jgħid kemm ingħataw direct orders fis-sena 2009 minn kull kunsill lokali u lil kemm-il kuntrattur differenti kunsill b’kunsill? Kemm ingħataw direct orders kunsill b’kunsill fix-xhur ta’ Jannar u Frar 2010 u lil kemm kuntratturi differenti minn kull kunsill konċernat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 15986.
Leg 11 PQ #21547 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skema dwar enerġija alternattiva — kunsilli lokali li applikaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw fis-sena 2009 għall-iskema dwar enerġija alternattiva? Liema kienu l-proġetti? Kemm ħareġ il-Gvern Ċentrali għal kull proġett? Kemm ħareġ kull kunsill għal kull proġett? Kemm kien jiswa kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #24274 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skema Public Private Partnership fuq toroq — kunsilli li bbenefikaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dawl tal-iskema Public Private Partnership fuq it-toroq li bdiet ftit tax-xhur ilu, liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema? Kemm ħa kull kunsill lokali? Jista' jgħid jekk ix-xogħol f'kull lokalità hux miexi kif previst? Kemm nefaq kull kunsill sal-lum f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.L-Onor.Interpellant jifhem u japprezza li tali programm ta’ xogħol daqstant vast u ħolistiku jieħu l- ħin tiegħu. Il-gvern iżda jibqa' sodisfatt bir-rispons tal-kunsilli lokali għall-inizjativa li ħa l-Gvern Ċentrali meta nieda l-Iskema tal-PPP.
Leg 11 PQ #25950 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kull kunsill lokali għandu ħaddiema assenjati miegħu? Jista' jgħid jekk il-paga tagħhom hux qed tinħareġ mill-Gvern jew mill-kunsilli lokali? Taħt liema skema qegħdin assenjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #28323 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill lokali — dejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dejn li se jerfa' kull kunsill lokali u liema huma l-kunsilli lokali li meta jispiċċaw il-leġislazzjoni se jħallu flus għall-proġetti ta' toroq u proġetti oħra fil-ġejjieni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal-leġislatura tal-kunsilli lokali, u mhux għal-leġislazzjoni. Jekk dan hu l-każ persważ li l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li kemm il-kunsilli lokali kif ukoll id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, jkunu konxji ta’ tali informazzjoni hekk kif tispiċċa l-leġislatura rispettiva u mhux qabel.
Leg 11 PQ #28324 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — flus imġegħma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemm xi kunsilli lokali li se jispiċċaw il-leġislazzjoni bi flus imġemma' għal-leġislazzjoni ta' wara? Jista' jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali u x'tip ta' proġetti għandhom ippjanati li hemm fondi riservati għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal-leġislatura tal-kunsilli lokali, u mhux għal-leġislazzjoni. Jekk dan hu l-każ persważ li l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li kemm il-kunsilli lokali kif ukoll id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, jkunu konxji ta’ tali informazzjoni hekk kif tispiċċa l-leġislatura rispettiva u mhux qabel.
Leg 11 PQ #28423 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumitati amministrattivi tal-lokalitajiet — fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġu allokati l-fondi għall-kumitati amministrattivi tal-lokalitajiet? Kemm għandu flus għad-dispożizzjoni tiegħu kull kumitat amministrattiv? Kemm intnefqu sal-lum minn kull kumitat amministrattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull Kumitat Amministrattiv għandu budget tiegħu li jinħadem bl-istess formula li hemm fil-Liġi għall-kunsilli lokali. Ta’ min inżid li l-gvern, permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, nieda skemi ta’ fondi apposta għall-Kumitati Amministrattivi. Kemm fl-iskema tas-sena l-oħrakif ukoll dik ta’ din is-sena, il-Kumitati Amministrattivi li kwalifikaw ingħataw €20,000 kull wieħed. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-budgets tal-Kumitati Amministrattivi kollha.
Leg 11 PQ #28424 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali tan-Naxxar — fondi għall-komunità tas-Salini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu fondi għall-komunità tas-Salini mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inħawi tas-Salini m'għandhomx Kumitat Amministrattiv u għaldaqstant m'għandhomx budget għalih. Dawn l-inħawi jiffurmaw parti mill-konfini tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Allura l-flus li jintefqu huma parti mill-budget ta’ dan il-kunsill lokali.
Leg 11 PQ #28425 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali din is-sena ċioe 2011 sal-lum u għaliex? Kemm hu l-ammont kollu ta' ċitazzjonijiet li ngħataw f'kull lokal? Kemm hu l-ammont kollu din id-darba fi flus li ngħataw f'ċitazzjonijiet f'kull lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li tindika l-għadd ta’ kontravenzjonijiet validi maħruġa mill-gwardjani lokali għas-sena 2011 (sat-30 ta’ Settembru 2011) għal kull kunsill lokali.
Leg 11 PQ #28426 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fis-sena 2008, 2009 u 2010 u għaliex? Kemm hu l-ammont kollu ta' ċitazzjonijiet li inghataw f'kull lokal? Kemm hu l-ammont kollu, din id-darba fi flus, li ngħataw f'ċitazzjonijiet f'kull lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġitabella fuq il-Mejda tal-Kamra li tindika l-għadd ta’ kontravenzjonijiet validi maħruġa mill-gwardjani lokali għas-snin 2008, 2009 u 2010 għal kull kunsill lokali.

Valletta — applikazzjoni għal-lift

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 26475, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li jindika r-raġunjiet għaliex l-Awtorità tad-Djar ma setgħatx tkompli tipproċessa l-applikazzjoni? Meta sar dan ir-rapport? Min kien il-perit li kiteb dan ir-rapport ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Saru diversi rapporti rigward l-applikazzjoni għall-istallazzjoni ta’ lift. Dawn ir-rapporti inkitbu mill-Perit Sandra Magro (Dep. General Manager), is-Sur Charles Vella (Technical Manager), u l-Inġinier Ray Spiteri (konsulent), kif ikkonfermat fil-kopji tar-rapporti u l-minuti tal-file li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Santa Luċija — art ħdejn il-grawnd tal-futbol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-art ta' maġenb il-grawnd tal-futbol ta' Santa Luċija se tiġi devoluta lill-istess klabb? Jista' jikkonferma jew jiċħad li l-gvern ma kkonsultax mal-kunsill lokali f'dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-grawnd tal-futbol flimkien ma’ siti oħra madwar dan il-grawnd, ġew trasferiti lill-Kunsill Malti għall-Isport skont l-Att dwar l-Isports (Kap 455), permezz ta’ Avviżi Legali Nru 352/2009 u 25/2011. Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern m’għamel l-ebda konsultazzjoni mall-Kunsill Lokali dwar dan it-trasferiment.

Government property Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Government Property Division għadu ma rrispondiex għat-talba, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għat-talba magħmula intbaghtet lill-applikant f’dawn il-ġranet, fejn ġie nfurmat li l-art mitluba hija diġà mikrija lill-terzi.

Government Property Division — talba għal risposta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Government Property Division fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ma ħadux il-passi biex it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tigi risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-talba ta’ din il-persuna qiegħda fil-fażi li tittella quddiem il-Kumitat tat-Tenders tad-Dipartiment sabiex tinkiseb l-approvazzjoni finali biex toħroġ sejħa għall-offerti għall-kiri tal-proprjetà mitluba. L-applikant jiġi nfurmat permezz ta’ ittra meta tkun ser toħroġ is-sejħa għall-offerti.