Jista' l-Prim Ministru jieħdu azzjoni mill-awtoritajiet konċernati sabiex fl-interess tal-komunità ta' St.Peters, Ħaż-Żabbar fi Triq il-Farfett tal-Fejgel fejn hemm plot mhux mibni u hemm boundary wall ta’ xi tliet filati biss, jitranġa għax dan il-ħajt huwa ta’ periklu kbir għar-residenti anke peress li f'dan l-istess sit hemm ammont kbir ta’ skart u anke annimali mejta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi uffiċjali tal-Infurzar tal-MEPA spezzjonaw il-post indikat fl-Interpellanza u rriżula li f'din fil-plot vakanti hemm ammont ta' ħaxix selvaġġ. Is-sidien tal-art ġew identifikati u nfurmati, u qablu li jnaddfu s-sit u jttellgħu ħajt tal-madwar tmien filati għoli. Dan se jagħmluh fil-futur qarib u l-awtorità se tibqa' ssegwi l-każ.
Jista' l-Ministru jieħdu azzjoni mill-awtoritajiet konċernati sabiex fl-interess tal-komunità ta' St.Peters, Ħaż-Żabbar fi Triq il-Farfett tal-Fejgel fejn hemm plot mhux mibni u hemm boundary wall ta’ xi tliet filati biss, jitranġa għax dan il-ħajt huwa ta’ periklu kbir għar-residenti anke peress li f'dan l-istess sit hemm ammont kbir ta’ skart u anke annimali mejta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan l-ilment kien mibgħut mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar permezz ta’ ittra li ġġib id-data tas-26 ta’ Lulju 2011 iżda b’timbru postali tal-31 t’ Awwissu 2011 u li ġie riċevut u rreġistrat fid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentail fl-1 ta’ Settembru 2011.
Kienet saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tal-istess Direttorat fil-5 ta’ Settembru 2011 fejn ma nstabu l-ebda annimali mejtin u/jew akkumuli ta’ skart organiku u ma kienx hemm irwejjaħ jintnu. Kien sar trattament kontra l-ġrieden minn uffiċjali tat-Taqsima tal-Pest Control fi ħdan l-istess Direttorat, fl-14 ta’ Settembru 2011. Il-Kunsill Lokali, kien ġie mgħarraf b’dan u ġie nfurmat ukoll li l-kostruzzjoni ta’ ħitan u l-għoli tagħhom ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ dan id- Direttorat.
Ninfurmak li reġgħet saret spezzjoni oħra fl-10 ta’ Ottubru 2011 fis-sit indikat, fejn ukoll ma nstabu l-ebda annimali mejtin u/jew akkumuli ta’ skart organiku u ma kienx hemm irwejjaħ jintnu. Is-sit fih biss ħaxix ħażin li kiber fuq terrapien tal-bini.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħaż-Żabbar li għadhom qatt ma saru? F’liema stadju waslu l-permessi biex jinbeda x-xogħol fi Triq Parti Dun Felicjan Grech li din għadha qatt ma saret?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq ta' Ħaż-Żabbar li jagħmlu parti mill-programm ta' bini residenzjali li se jinbew sal-2012 u għadhom ma bediex ix-xogħol fihom huma:
Triq A Errardi (parti minnha)
Triq iċ-Ċimiterju (parti minnha)
T/G fi Triq Dun Salv Sciberras
Triq il-Kaħwiela
Triq il-Krexxuni
Triq il-Misqa
Triq N Cottoner
Triq il-Qoton
Triq iż-Żabra
Triq iż-Żagħrun
Triq Parti Dun Feliċjan Grech ma tagħmilx parti minn dan il-programm imma ta' min iżid li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta' toroq li Transport Malta qed tevalwa għall-programm li jmiss ta' bini ta' toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterja tingħata l-karta r-roża rigward dawk morda bid-dijabete peress li ċertu persuni qed jgħidu li mhux qed tingħatalhom għax huma fuq dieta biss meta xi konsulenti mid-dipartiment qed jgħidu li din xorta tingħata anke jekk mhux qegħdin fuq treatment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Kartuna r-roża tingħata lill-pazjenti kollha li huma dijabetiċi u għandhom bżonn trattament għall-kura tad-dijabete.
Kunsilli lokali — kunsilliera nvestigati mill-pulizija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum, min huma l-kunsilliera li ġew investigati mill-pulizija minħabba l-imġieba ħażina tagħhom fil-konfront tal-kunsilli lokali li jirrappreżentaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali ma jkunx infurmat b’ investigazzjoni li jkunu qegħdin issiru mill-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2009 sal-lum kemm hemm persuni li ġew mitluba jiffirmaw dik l-imsejħa bħala immigration notice fejn jiddikjaraw li kienu fil-gżejjer Maltin illegalment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar tal-2009 sal-aħħar ta' Settembru 2011, inħarġu 920 immigration notice.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew persuni Malta (minn xi pajjiżi li mhux fiż-Żona Schengen) li nżammu milli jidħlu Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta din is-sena, kien hemm 71 persuna li kienu wasslu Malta minn xi pajjiżi barra miż-żona Schengen u nżammu milli jidħlu Malta.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-operazzjonijiet li mistennija li jsiru lill-pazjenti li huma fuq il-waiting list tal-Isptar Mater Dei fi sptarijiet privati? Kemm se jħallas għal kull operazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-operazzjonijiet li qed jsiru fi sptarijiet privati lill-pazjenti fuq il-waiting list ta’ Mater Dei huma tal-katarretti.
Peress li l-informazzjoni ulterjuri mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta’ natura kummerċjali u tinvolvi aktar minn sptar privat wiehed, ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie inawgurat l-Isptar Mater Dei, kemm twieldu trabi sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ trabi li twieldu Mater Dei huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
Numru ta’ trabi li twieldu Mater Dei
Bejn 19 ta’ Novembru u l-aħħar ta’ Diċembru 2007
468
2008
3740
2009
3779
2010
3611
Bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Awwissu 2011
2487
Sptar Mater Dei — waiting list - servizz tas-saħħa b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema sptarijiet l-awtoritajiet tas-saħħa ffirmaw biex pazjenti li qegħdin fuq il-waiting list tal-Isptar Mater Dei, jibbenefikaw minn servizz tas-saħħa b'xejn mill-isptarijiet privati? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull ftehim li sar ma' dawn l-isptarijiet privati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm hemm operazzjonijiet pendenti fl-Isptar Mater Dei? Liema huma dawn l-operazzjonijiet u kemm hu n-numru ta' kull kategorija li hemm bżonn operazzjoni? Mil-lista ta' kull kategorija, kemm hu n-numru taż-żmien li l-iżjed li pazjent ilu jistenna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jieħdu sehem fi programm tal-Public Broadcasting Services iffukat fuq il-kunsilli lokali? Meta ħarġet sejħa għall-kunsilli biex jieħdu sehem f'dawn il-programmi? Xi proċedura ntużat biex kollox isir above board?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskeda kurrenti l-PBS ma għandhiex programmi dwar il-kunsilli lokali.
Ċimiterju tal-Addolorata — proġetti ta' oqbra ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal dak il-proġett ta' oqbra ġodda li kienu qed jinbnew fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Mis-sena 2008 kemm inbnew oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata tinsab fl-ewwel fażi tagħha, u qed isir tħammil sabiex jitneħħa materjal mhux bżonnjuz. Sal-llum għadu ma bediex ix-xogħol ta’ bini ta’ oqbra ġodda.
Ċimiterju tal-Addolorata — waiting list biex jixtru oqbra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list biex persuni, għaqdiet eċċ jixtru qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm kienet l-itwal stennija li xi ħadd kellu jistenna biex jakkwista qabar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
In-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti biex jinxtraw oqbra fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata huwa ta’ 4,069, u l-aktar data ta’ applikazzjoni li tmur lura hija dik tat-12 ta’ Ottubru, 1991.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa qabar ġdid fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-prezz ta’ qabar ġdid fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata huwa stabbilit skont Ordni Dwar il-Prezz li għandu jitħallas Għall-Akkwist Ta’ Oqbra u Siti Għal Oqbra, Avviż Legali 97 tal-1974 kif emendat. Għalkemm l-aħħar prezz rivedut huwa ta’ €3,494.06 kif stabbilit fl-Avviż Legali 97 tal-1974, il-prezz reali huwa ta’ €8,000,00 u dan se jkun rifless meta tkun emendata l-liġi relattiva.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu kontra dawk il-persuni li qed jgħaddu informazzjoni u tagħrif lill-funeral directors u jgħidulhom b'personal sensitive data meta jmut xi ħadd?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma jirrizultax li hemm rapporti li jindikaw li kien hemm xi persuni li għaddew informazzjoni sensitiva lill-funeral directors għaldaqstant, preżentement m’huma qed jittieħdu l-ebda passi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur iċ-Ċimiterju tal-Addolorata isir privat u/jew taħt fondazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-preżent it-tmexxija taċ-Ċimterju ta’ Santa Marija Addolorata hija f’idejn il-gvern, iżda qed jiġu kkunsidrati modi oħra ta’ kif għandu jitmexxa dan iċ-Ċimiterju. Dan kollu jiġi mħabbar hekk kif id-dettalji jiġu finalizzati u kull min ikun involut jiġi infurmat meta l-proċess jinbeda.
Jista' l-Ministru jgħid issa li għaddej ir-restawr fuq l-imħażen tal-Baċir Nru 1, Bormla jafu l-awtoritajiet konċernati li skont riċerkaturi barranin dan il-bini qatt ma kien fuq il-ġebla għax dejjem kien miksi biż-żebgħa? Fid-dawl ta' dawn jista' jgħid jekk inżammx xi forma ta’ record fotografiku ta’ din iż-żebgħa li kien għad fadal mal-bini li fuqu sar ir-restawr mir-Restoration Unit u jekk dawn ir-records humiex aċċessibli għar-riċerka?
Jista' l-Ministru jgħid jekk inżammux samples ta’ din iż-żebgħa waqt li kien qed isir ir-restawr kemm fuq il-Berġa ta’ Kastilja u kemm fuq il-faċċata tal-Palazz? Jista jgħid jekk dawn is-samples ġewx ittestjati biex jiġu magħrufa l-komponimenti kimiċi tagħhom, jekk dawn sarux studji qabel ma’ tneħħew, f’liema laboratorju ġew ittestjati u jekk hemmx il-possibilità li din l-analiżi tiġi ppubblikata? Jekk minn dawn l-analiżi xjentifiċi rriżultax il-perjodu ta’ meta bejn wieħed u ieħor din iż-żebgħa ġiet mogħtija lill-bini konċernat? Jista' jgħid għaliex ir-Restoration Unit ma’ ħallietx sample areas fuq il-bini bħalma jsir f’restawr professjonali biex il-pubbliku jkun jista’ jkun jaf li dawn il-binjiet kienu miżbugħin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28103, għar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, id-Direttorat tar-Restawr jagħmel analiżi u xogħol preparattiv fuq bini storiku li jkun se jiġi restawrat skont il-ħtieġa partikulari ta' kull progett. Ir-riżultati tal-analiżi li jsiru u n-notamenti li jinġabru jinżammu għal referenza għall-ġejjieni. Dawn r-rekords huma aċċessibbli wkoll għal finijiet ta' studju.