Legislature:
Category:
Reset
Active:

White Rocks — Proġett Sportiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnu l-proġett sportiv tal-White Rocks? Tista' tgħid jekk hux se jsir jew le? Jekk iva, meta mistenni li jibda? Jekk le, għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-negozjati dwar il-proġett tal-White Rocks Sports and Leisure Village għadhom għaddejjin. L-informazzjoni neċessarja tingħata meta n-negozjati jiġu konklużi.
Leg 11 PQ #28737 Sitting 400 2011-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Parking bays approvati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'kull lokal kemm hemm parking bays li huma riservati, parking għal persuni b'diżabilità, loading u unloading eċċ.? Meta Transport Malta approvat dawn il-parkings?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li din id-domanda saret ukoll lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni. Tweġiba għad-domanda ser tingħata mill-Ministeru kkonċernat f’xi seduta ohra.

Transport Malta — parking bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring tagħmel Transport Malta fejn jidħlu parking bays fil-lokalitajiet tagħna għall-parking riservat, parking għal persuni b'diżabilità eċċ.?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha r-responsabbiltà li tapprova u timplimenta l-parkeġġi riservati ġodda li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija, iżda r-responsabbiltà tal-manutenzjoni u l-ħarsien ta' tali parkeġġi fit-toroq tal-kunsilli lokali taqa' taħt l-istess kunsilli lokali.

Żoni tal-Irmiġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn żoni tal-irmiġġ? Fejn jinsabu? F'kull lokal kemm hemm irmiġġi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta identifikat ‘il fuq minn 30 żona ta' rmiġġ fid-diversi lokalitajiet, bajjiet u portijiet madwar il-kosta ta' Malta iżda għadha fil-proċess sabiex tistabilixxi kemm hemm irmiġġi f' kull żona.

Bejgħ ta' irmiġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hix konxja li qed isir bejgħ ta' rmiġġi kontra l-liġi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li Transport Malta m'għandhiex informazzjoni speċifika ta' xi abbużi li setgħu allegatament saru. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi dettalji nitolbu jgħaddihom lil Transport Malta u lill-Pulizija.

Transport Malta — irmiġġi tal-baħar u tal-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kontrol tagħmel Transport Malta fejn jidħlu rmiġġi tal-baħar u tal-art? Kemm huma mitluba li jħallsu tariffi għall-irmiġġi fil-baħar u fuq l-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta tagħmel il-kontrolli meħtieġa permezz tal-uffiċjali u l-ispetturi tagħha skont il-bżonn li jkun hemm u meta jinġieb a konjizzjoni taghħa. Hemm diversi tariffi li jitħallsu għall-irmiġġ u dawn ivarjaw skont il-qies tad-dgħajsa, it-tip ta' rmiġġ u l-lokalità u dan kif primarjament regolat mill-Mooring of Small Ships and Boats Regulations kif ukoll fil-"Yachting Centres Regulations" kif applikabbli f'kull każ.

Transport Malta — irmiġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-irmiġġi li hemm fil-Kottonera ċioe Birgu, Isla u l-Kalkara jiġu organizzati minn Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta bdiet proċess sabiex tidentifika dawk iż-żoni ta' rmiġġi li jistgħu jiġu organizzati aħjar. Il-Kottonera hija waħda minn dawn iż-żoni.

Transport Malta — żoni tal-irmiġġi

Question

Fid-dawl li Transport Malta qed torganizza ż-żoni tal-irmiġġi tal-baħar u l-art, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isiru b'konsultazzjoni mal-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta m’għandhiex obbligu li tikkonsulta mal-kunsilli lokali fil-proċess tal-organizazzjoni tal-irmiġġi minħabba li l-kunsilli lokali m’għandhomx ġurisdizzjoni fuq zoni marittimi. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li tajt struzzjonijiet lil Transport Malta biex tassigura li tikkonsulta mal-kunsilli lokali milquta minn xi inizzjattivi dwar organizzazzjoni t'irmiġġi.
Leg 11 PQ #28727 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — kawżi pendenti quddiem il-Qorti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-preżent għandhom kawża quddiem il-Qorti? Min għamel din il-kawża? X'inhi r-raġuni tal-kawża? Meta ġiet għall-ewwel darba għall-attenzjoni tal-kunsill lokali waqt il-laqgħat tal-kunsill? F'liema seduta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Minuti fejn din il-kawża ġiet diskussa fil-laqgħa tal-kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li telenka l-kunsilli lokali li għandhom kawżi pendenti l-Qrati. Intant il-Kunsilli Lokali tal-Fontana, tal-Imsida, ta’ San Ġwann u tal-Imtarfa ma bagħtux l-informazzjoni mitluba minnhom.

Ħaż-Żabbar — St. Peters - Triq Patri Dun Felicjan Grech - nuqqas ta' dawl fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jieħdu azzjoni minnufih biex fi Triq Patri Dun Felicjan Grech,St.Peters, Ħaż-Żabbar, fil-parti tan-naħa fejn għadha ma ġietx asfaltata, ikun hemm arblu ta' dawl peress li t-triq hija mudlama?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħaż-Żabbar — Triq Dun Salv Sciberras u Triq l-Għakrux - informazzjoni dwar għalqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sit jew l-għalqa kbira ta’ bejn Triq Dun Salv Sciberras u Triq l-Għakrux, St.Peters, Ħaż-Żabbar hijiex tal-Gvern ta' Malta jew tal-Uffiċċju tal-Joint Office?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartimnet Proprjetà tal-Gvern, l-art li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onorevoli Membru hija proprjetà privata.
Leg 11 PQ #28709 Sitting 398 2011-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żabbar — Triq Dun Salv Sciberras u Triq l-Għakrux - sit mimli ġrieden

Question

Peress li fis-sit ta' bejn Triq Dun Salv Sciberras u Triq l-Għakrux, St.Peters, Ħaż-Żabbar ftit taż-żmien ilu ħa n-nar u l-ġrieden spiċċaw jiġru ma’ kullimkien, jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni fl-interess tar-residenti ta' dawk l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se jagħti il-Ministru tas-Saħħa u Anzjani u Kura fil-Komunita’ f’ Mistoqsija Parlamentari nru.28710.

Ħaż-Żabbar — Triq Dun Salv Sciberras u Triq l-Għakrux - sit mimli ġrieden

Question

Peress li fis-sit ta' bejn Triq Dun Salv Sciberras u Triq l-Għakrux, St.Peters, Ħaż-Żabbar ftit taż-żmien ilu ħa n-nar u l-ġrieden spiċċaw jiġru ma’ kullimkien, jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni fl-interess tar-residenti ta' dawk l-inħawi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara li kienu waslu ilmenti fuq l-istess suggett, saru diversi trattamenti għal kontra l-ġrieden minn Ħaddiema tat-Taqsima tal-Pest Control fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fit 30 ta’ Lulju, f’10 ta’ Awwissu, fl-4 ta’ Ottubru, kif ukoll issa f’10 ta’ Ottubru 2011. Iż-żona ndikata se tibqa' tiġi trattata għal kontra il-ġrieden kif ikun hemm bżonn sakemm is-sitwazzjoni tiġi kkontrollata.
Leg 11 PQ #28711 Sitting 398 2011-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — bring-in sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel kull kunsill lokali li għandu bring-in sites u persuni rresponsabbli qed jiġu jaqgħu u jqumu mill-iskart li suppost joħorġuhom wara l-bieb ħalli jiġbruhom tal-scammel, iżda minflok qegħdin jitfgħuhom f'dawn is-siti? Kemm hemm persuni li nqabdu jitfgħu dan l-iskart illegalment quddiem dawn il-bring-in sites? Jista' jgħid ukoll kemm hemm kunsilli lokali li stallaw CCTV ħdejn dawn il-bring-in sites ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 96/2011 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.

Kunsilli lokali — talba għal devoluzzjoni ta' binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għamlu talba quddiem l-awtoritajiet konċernati biex fil-lokal tagħhom jiġu devoluti xi binja jew art u t-talba tagħhom qatt ma ġiet milqugħa mill-2008 sal-lum? X'inhi t-talba ta' kull kunsill lokali? Meta saret t-talba tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ talbiet magħmula mill-kunsilli lokali għad-devoluzzjoni ta’ bini jew art fil-lokalità tagħhom li ma ġewx milqugħa mill-2008 sal-lum, bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Awtorizzazzjoni għad-difna ta' persuni li mietu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni li mietu u l-awtortajiet għadhom ma awtorizzawx id-difna tagħhom? Min huma? Meta mietu? Għaliex ma ġietx awtorizzata d-difna tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm persuna waħda li l-mewt tagħha kienet soġġett għall-inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa li għadha ma ġietx midfuna. Dan huwa persuna ta’ nazzjonalità barranija li kien miet nhar is-16 ta’ April 2011. Id-difna għadha ma saritx minħabba li l-inkjesta għadha mhix konkluża.

Kalkara — problema ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet konċernati mhux qed jieħdu azzjoni biex il-problema tal-ilma ħiereġ fl-inħawi tar-Rinella jitwaqqaf u ma jkunx aktar ta' inkonvenjent għall-komunità tal-Kalkara?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post ma jirriżultax illi hemm ilma jew drenaġġ ħiereġ fl-inħawi tar-Rinella limiti tal-Kalkara. Jirriżulta illi fil-passat kien hemm sadd fis-sistema tad-drenaġġ, u li parti minnu ħareġ barra, iżda il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet ħadet azzjoni, twaqqaf, u anke sar it-tindif tiegħu.

Xatt tal-Kalkara — ilma u drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-awtoritajiet konċernati biex isolvu l-ilma/drenaġġ li ilu ħiereġ għal dawn l-aħħar snin fix-Xatt tal-Kalkara ħdejn id-dgħajjes u ħdejn il-klabb tal-boċċi tal-Kalkara?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illli minn spezzjoni li saret fuq il-post ma jirriżultax illi hemm ilma jew drenaġġ ħiereġ fuq ix-xatt ħdejn id-dgħajjes jew ħdejn il-klabb tal-boċċi tal-Kalkara. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħaddi aktar informazzjoni rigward il-post li qed jirreferi għalih.
Leg 11 PQ #28704 Sitting 397 2011-10-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tieni u t-tielet distretti elettorali — toroq taħt l-iskema tal-public private partnership

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li l-kunsilli lokali tat-Tieni u t-Tielet Distretti Elettorali se jagħmlu taħt l-iskema tal-public private partnership u meta l-kunsill se jagħmilhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq li l-kunsilli lokali rispettivi applika għalihom sabiex isiru taħt l-iskema PPP tat-toroq. Dawn it-toroq mistennija li jsiru fix-xhur li fadal din is-sena u fl-2012.