Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28752 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — deficit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid d-deficit li kellu kull kunsill lokali meta għalaq l-aħħar rapport finanzjarju tal-kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi għas-sena li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2010 s’issa kien hemm seba’ (7) kunsilli lokali li rreġistraw deficit fil-working capital. Dawn huma: Il-Birgu: € 153,571 L-Isla: € 848 Bormla: € 72,684 Birkirkara: € 549,262 Ħal-Lija: € 8,509 Ir-Rabat (Malta): € 134,444 San Ġwann: € 38,266. Ir-rapporti tal-awdituri tal-lokalitajiet tar-Rabat (Għawdex) u tal-Imġarr għadhom ma waslux.
Leg 11 PQ #28753 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — impjegati li qed jiġu investigati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2009 sal-lum, liema huma l-kunsilli lokali, is-sindku, kunsilliera, impjegati tal-kunsill, impjegati tal-gvern li ġew jew qed jiġu investigati għall-allegat irregolarità li għamlu jew saret fit-terminu tagħhom bħala impjegati ta' xi kunsill lokali jew eletti u rappreżentanti tal-lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma jkunx infurmat dwar investigazzjonijiet mill-Pulizija iżda biss meta jittieħdu passi kriminali għalhekk ma nistax ngħid kemm ġew investigati jekk ġew investigati membri tal-kunsilli lokali.
Leg 11 PQ #28754 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għall-Gvern Lokali — monitoring unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandux monitoring unit? Minn min hu kompost? X'inhuma l-funzjonijiet tiegħu? Liema kunsilli fil-preżent qed jiġu monitored? X'inhi r-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 24442. Preżentament il-Monitoring Unit huwa kompost mis-Sur Joseph Tabone bħala head of monitoring u mis-Sur Christopher Galea bħala monitoring officer . Hija parti mill-funzjoni tad-dipartiment speċjalment tal-Monitoring Unit li jissorvelja l-ħidma ta’ kull kunsill lokali kif preżentament qed isir. Intant tajjeb li nżid li bħalissa għaddejin bi proċess ta’ tisħiħ ta’ dan il- unit biex ikompli jaqdi aħjar il-funzjonijiet tiegħu. Dan wara diskussjonijiet mal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali li matulhom kien deċiż li jkun hemm persuna fil-Monitoring Unit responsabbli mill-kunsilli lokali ta’ kull Reġjun u l-Kumitat Reġjonali tal-istess Reġjun. Fil-ġimgħat li ġejjin fil-fatt se jkollu assenjati miegħu uffiċċjali oħrajn għal dan l-iskop. B’hekk il-Monitoring Unit ikun f’pożizzjoni li jissorvelja aħjar lill-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex u l-ħidma tagħhom.
Leg 11 PQ #28755 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

The Malta Playing Fields Association — tfassil ta' upgrading tal-playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi rwol għandha The Malta Playing Fields Association fit-tfassil ta' upgrading tal-playing fields u playing grounds fil-lokalitajiet f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Malta Playing Fields Association kellha membru fil-kumitat li ħa ħsieb it-tfassil tal-istandards tal-playing fields u playing grounds li ħarġu mill-MCCAA.
Leg 11 PQ #28756 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — playing fields u playgrounds

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn playing fields/playgrounds f'pajjiżna lokal b'lokal? X'qed jagħmel il-gvern biex itejjeb is-safety standards ta' kull playing field /playground? Jista' jgħid jekk dawn humiex tal-kunsilli lokali jew le? Jekk le, min hu s-sid ta' kull playing field /playground? Jekk huwa l-gvern ċentrali s-sid ta' dawn il-playing field /playgrounds, jista' jgħid jekk għandux ħsieb li jiġu devoluti lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li hawn total ta’ 152 playing field taħt ir-responsabiltà tal-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tindika dan. Matul din is-sena l-Gvern ħa ħsieb li jibda jsir spezzjonar professjonali tal- playing fields kollha. Fil-fatt id-Dipartiment għall-Gvern Lokali kkummissjona lill-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA), b’kuntratt ta’ tliet (3) snin sabiex ufiċċjali tagħha jispezzjonaw dawn il-152 playing field annwalment u jħejju rapport apposta dwar l-istat tagħhom f’dak kollu li jirrigwardja s-sigurtà ( safety ) tagħhom. Barra minn hekk l-MCCAA tat ukoll taħriġ lir-rappre¿entanti tal-Kunsilli Lokali biex ikollhom i¿jed tagħrif f’dan il-qasam. Min-naħa tiegħu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jinsab fil-proċess li jiniedi skema ta’ għajnuna finanzjarja lill-kunsilli lokali biex jagħmlu x-xogħol meħtieġ għat-titjib tal- playing fields konċernati bl-iskop li jtejjbulhom is- safety standards tagħhom skont kif ikun spjegat fir-rapporti tal-MCCA A .

Parking riservat

Question

Jista' l-Ministru jgħid lokal b'lokal kemm hemm parking bays riservati għall-impjegati tal-gvern, awtoritajiet, Ministri, mħallfin, maġistrati, sindki u uffiċjali tal-kunsilli eċċ.? Kemm hu n-numru f'kull lokal? Meta ħareġ il-permess għal dan il-parkeġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #28746 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani lokali — sistema taċ-ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min eżattament iħaddem is-sistema tal-gwardjani lokali fejn jidħlu ċitazzjonijiet? Kif taħdem eżatt is-sistema taċ-ċitazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sistema tal-infurzar lokali, kif kienet titħaddem sal-1 ta’ Settembru li għadda, kienet titħaddem mill-Kunsilli Lokali permezz tal-Kumitati Konġunti. Il-Kumitati Konġunti kienu jidħlu fi ftehim ma’ waħda mill-kumpaniji li tipprovdi s-servizz tal-gwardjani lokali, wara sejħa għall-offerti, kif jitolbu r-regolamenti tas-servizz pubbliku. Il-ħlas li jingħataw dawn il-kumpaniji hu regolat b’dawn il-ftehim individwali ffirmati minn kull Kumitat Kongunt. Il-kumpaniji tal-gwardjani kienu responsabbli milli jipprovdu l-gwardjani lokali, servizz ta’ back-office li jitħaddem 24 siegħa kuljum sebat’ijiem fil-ġimgħa biex jiġu pproċessati l-kontravenzjonijiet li jidħlu, il- field officers li jwettqu s-superviżjoni, il-vetturi, il-muturi u l-fuels biex jitħaddem is-servizz, l-apparat ( hand-held devices ) li jintuża mill-gwardjani, l-uniformijiet tal-gwardjani, il-licenzji tas-software kif ukoll il-kera tal-uffiċċini. Il-flus li kienu jibqgħu wara li jinqatgħu dawn l-ispejjeż amministrattivi kollha, kienu jitqassmu bejn il-Kunsilli Lokali. Bil-flus isiru proġetti fil-lokalitajiet. Fl-1 ta’ Settembru 2011, permezz ta’ avviż legali apposta, id-delega tal-infurzar lokali għaddiet mingħand il-Kunsilli Lokali (li kienu miġbura f’Kumitati Konġunti) għal għand il-Kumitati Reġjonali li twaqqfu bl-emendi li saru fil-liġi waqt ir-riforma tal-Kunsilli Lokali (Artiklu 37 ta’ Kap 363 tal-Ligijiet ta’ Malta u l-Avviż Legali 320 tal-2011). Jiġifieri sa qabel l-1 ta Settembru li għadda d-delega kienet għand kull Kunsill Lokali individwali u issa għaddiet għand il-Kumitati Reġjonali li għandu personalità legali distinta, għalkemm iffurmat minn grupp ta’ Kunsilli Lokali. Il-Kumitat Reġjonali huwa mmexxi minn President Reġjonali, elett minn fost il-Kunsillieri kollha ta’ dak ir-reġjun. Is-Sindku ta’ kull lokalità f’dak ir-reġjun huwa membru fil-Kumitat Reġjonali. Is-servizzi kollha li jkollu bżonn ir-reġjun biex iħaddem is-sistema jintgħażlu mill-Kumitat Reġjonali stess wara sejħa pubblika għall-offerti. Kull Kumitat Reġjonali joħroġ sejħa pubblika għall-offerti u jkun hu permezz ta’ kumitat ta aġġudikazzjoni li jagħżel minn fost l-offerti li jidħlu. Kull Kumitat Reġjonali huwa dejjem obbligat li jsegwi il- public procurement regulations . Min iħossu aggravat mid-deċiżjoni tal-Kumitat Reġjonali jista’ juża l-metodi tal-appell, li tagħtih il-Liġi, quddiem il-Bord tal-Appell tal-Kuntratti kif ukoll fil-Qrati. Dwar liema kumpaniji ntagħżlu minn kull Kumitat Reġjonali l-mistoqsija għandha ssir lill-Kumitati Reġjonali nfushom għaliex ir-responsabilità hi tagħhom. Id-dħul kollu miċ-ċitazzjonijiet mogħtija fir-reġjun imur għand il-Kumitat Reġjonali u mhux għand il-Kunsilli Lokali ndividwali tramite il-Kumitati Konġunti kif kienet qabel. Il-Kumitati Reġjonali huma responsabbli wkoll għall-ispejjeż biex titħaddem is-sistema. Hekk ser tispiċċa darba għal dejjem il-possibilità li xi Kunsill Lokali partikolari jagħmel użu mis-sistema prinċipalment biex jagħmel profitti minnha
Leg 11 PQ #28747 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet fuq ksur tar-regolamenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena u lokal b'lokal mis-sena 2010 sal-lum kemm ħarġu fi flus f'ċitazzjonijiet fuq ksur tar-regolamenti tat-traffiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28325, liema tweġiba tinkludi fiha l-informazzjoni rikjesta mitluba minnu.

Liċenzja tal-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni li għandhom liċenzja tal-gwardjani lokali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 369 persuna li huma reġistrati mal-Pulizija bħala Gwardjani Lokali.
Leg 11 PQ #28749 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet fuq ksur ta' regolamenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jew jiċħad jekk il-kunsilli lokali qed jisforzaw lill-gwardjani lokali biex joħorġu ċitazzjonijiet fuq ksur ta' regolamenti tat-traffiku? Jekk iva, x'passi qed jieħu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’effett mill-1 ta’ Settembru li għadda id-delega tal-infurzar lokali għaddiet lill-Kumitati Reġjonali. Waħda mir-raġunijeit għal dan keinet proprju biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn xi Kunsilli Lokali jagħmlu pressjoni biex jingħataw numru ta’ ċitazzjonijiet. L-iskop prinċipali tas-sistema tal-infurzar lokali huwa li teduka u li ġġib dixxiplina u mhux li sservi ta’ forma ta’ dħul għall-Kunsilli Lokali. Barra dan iċ-ċaħda jew il-konferma li qed jitlob l-Onor. Interpellant irridu jgħamluha l-Kunsilli Lokali u Reġjonali. Biss jekk l-Onor.Interpellant għandhu xi informazzjoni dwar tali aġir minn xi entita’ partikolari, nitolbu jgħaddili l-informazzjoni u nitlob li tiġi nvestigata.
Leg 11 PQ #28750 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani lokali — ċitazzjonijiet fuq ksur tar-regolamenti tat-traffiku biss

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2010 sal-lum u lokal b'lokal kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fuq ksur tar-regolamenti tat-traffiku biss? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet kemm daħħal il-Gvern Ċentrali? Kemm daħħlu il-kunsilli lokali lokal b'lokal? Jista' jagħti breakdown ta' kif tqassmu dawn il-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra żewġ tabelli li jindikaw l-ammonti ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw mill-gwardjani lokali fuq ksur ta’ regolamenti tat-traffiku, tabella 1 għas-sena 2010 u tabella 2 mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Settembru 2011. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Ċentrali ma jdaħħal xejn peress li s-sistema titħaddem kollha kemm hi mill-kunsilli lokali nfushom. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentati numru W 294 għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu.

Siti ta' parkeġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li s-siti kollha li huma pubbliċi fejn jipparkjaw il-karozzi f'diversi lokalitajiet se jingħataw b'tender li min joffri l-iżjed għaliha? Huwa minnu li dawn is-siti pubbliċi se jiġu privatizzati? Fejn jinsabu dawn is-siti? Kemm hu n-numru ta' parkeġġ f'kull sit?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat, illi għaddejjin diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal- car park attendants dwar kif dawn il-parkeġġi jistgħu jkunu organiżżati aħjar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta siti ta’ parkeġġ pubbliku eżistenti, bin-numru approssimattiv ta’ parkeġġ f’kull sit.

Transport Malta — parkeġġ għar-residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull lokal, kemm hemm spazji ta' parkeġġ għar-residenti lokal b'lokal? Meta saret it-talba quddiem Transport Malta biex tidħol din l-iskema? Fil-preżent kemm huma l-kunsilli lokali li għandhom talba quddiem Transport Malta biex jagħmlu parkeġġ residenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma żżommx dettalji dwar l-ammont ta’ parkeġġi riservati bl-iskema tal-parkeġġ residenzjali lokal b'lokal iżda qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' kull triq, lokal b'lokal, u l-ħinijiet meta tapplika l-iskema skont Avviż Legali 200 tal-2009 u wkoll id-dati ta' meta saret kull talba mill-kunsill lokali rispettiv. Hemm ukoll skema fi Triq Ħajt Ruman, Triq San Ġużepp u Triq Żurrieq approvata ġo Ħal Safi li għadha fil-perjodu ta' prova. L-ammont ta' kunsilli lokali li għandhom talba pendenti għal parkeġġ residenzjali fil-lokalità tagħhom huma totali ta' ħmistax.

Kunsilli Lokali tal-Belt — binja tal-gvern

Question

Jista' l-Minstru jgħid meta u jekk saret l-ittra mill-Kunsill Lokali tal-Belt biex jakkwista binja tal-gvern biex imbgħad tinbena lukanda, liema binja tinsab fuq is-Sur Salvatore eżattament fuq il-pitch tal-waterpolo tal-Belt? Jista' jpoġġi kopja ta' din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ġie notifikat permezz ta’ ittra datata 30 ta’ Settembru 2010 li ser issir applikazzjoni lill-MEPA biex jintalab permess għal Guest House u Lido fil-proprjeta’ numru 60 Triq Marsamxett il-Belt Valletta. Minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment, hemm applikazzjoni quddiem il-MEPA imressqa mill-Kunsill Lokali tal-Belt, biex jikkonverti u jirrestawra binja storika u sit fi Triq Marsamxett u l-water-polo pitch fi Triq il-Lanċa l-Belt Valletta f’guest house ta’ 40 kamra u Lido. Qiegħed inpoġġi kopja ta’ din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra.

White Rocks — konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu s'issa l-konsulenti mqabbda mill-gvern għall-proġett propost tal-White Rocks? Min kienu l-konsulenti? Saret sejħa jew direct order? Kemm tħallsu flus s'issa f'konsulenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28730

Qormi — Valley Road - bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bridge li hemm f'Valley Road, Qormi, li huwa għoli biss madwar 1.5 metru mit-triq jitneħħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond il- pjani mfassla tal-Proġett Nazzjonali għal Kontra l-Għargħar, dan il-pont se jitneħħa. Minflok f’din iż-żona se jsiru żewġ culverts kbar taħt il-livell tat-triq li jkunu jistgħu jieħdu l-ilma tax-xita u għalhekk dan il-pont ma jibqax ħtieġa għalih.
Leg 11 PQ #28744 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riforma ġdida tat-trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta bdiet taħdem ir-riforma il-ġdida tat-trasport pubbliku bir-rotot il-ġodda, liema huma l-lokalitajiet li tnaqqsulhom il-parkeġġi? Kemm tnaqqsu minn kull lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat tweġiba li se tingħata f’Mistoqsija Parlamentari nru.28745.

Riforma tat-trasport il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet taħdem ir-riforma il-ġdida tat-trasport pubbliku bir-rotot il-ġodda, liema huma l-lokalitajiet li tnaqqsulhom il-parkeġġi? Kemm tnaqqsu minn kull lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li tneħħew is-sussegwenti parkings mill-lokalitajiet ta’: Valletta 45 parkeġġ u 20 parkeġġ riservat Gżira 2 parkeġġi Żebbuġ 3 parkeġġi San Ġwann 4 parkeġġi (1 għal mutur) Tarxien 2 parkeġġi San Pawl il-Baħar 6 parkeġġi Marsaskala 1 parkeġġ Sliema 26 parkeġġ
Leg 11 PQ #28728 Sitting 400 2011-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Kunsill Lokali - Triq Ġorġ Borg Olivier - diversions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kronoloġikament il-proposta li għamel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa rigward id-diversion tar-rotta ta' Triq Ġorġ Borg Olivier? X'inhu jipproponi l-kunsill? Hemm xi qbil għal dan il-proġett mill-kunsilliera kollha? Jista' jpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra il-judicial protest li għamlu r-residenti tal-Mellieħa kontra dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jirriżulta li l-problema dwar il-konġestjoni tat-traffiku fi Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa ilha tinħass għal diversi snin. Fil-fatt il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ddiskuta din il-problema xejn anqas minn ħmistax (15)-il darba bejn Novembru 2008 u Ġunju 2011. F’dan id-dawl bejn Ġunju 2010 u Ġunju 2011 il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sejjaħ seba’ laqgħat ta’ konsultazzjoni: żewġ laqgħat mal-komunità kummerċjali, żewġ laqgħat mal- General Retailers and Traders Union (GRTU), laqgħa mal- Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA), u żewġ laqgħat oħrajngħar-residenti tal-lokalità. Dawn iż-żewġ laqgħat għar-residenti kienu anke reklamati fil-ġurnali kollha ta’ kuljum ippubblikati l-Ħamis 2 ta’ Ġunju 2011 u sussegwentement ukoll il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2011. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviżi kif dehru fil-gazzetti (Dokumenti 1 u 2). Fis-Seduta Nru. 56 tal-11 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill għadda riżoluzzjoni, b’erba’ voti favur u tlieta kontra, fejn approva li titressaq proposta lil Transport Malta sabiex tikkonsidra l-introduzzjoni għal-żmien ta’ prova fuq perjodu ta’ erba’ xhur bl-arranġamenti segwenti: (a) jitwaħħlu tabelli qabel ir- roundabout ta’ Triq il-Marfa k/m Dawret il-Mellieħa, li permezz tagħhom tingħata ndikazzjoni lis-sewwieqa li l- bypass toffri passaġġ eħfef u aktar mgħaġġel; (b) tiġi ntrodotta sistema one-way fi Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier – li attwalment huma two-way – sabiex it-traffiku jkun jista’ jinżel biss, ħlief għall-karozzi tal-linja li jkunu jistgħu jinstaqu fiż-żewġ direzzjonijiet. (L-istess restrizzjoni tkun effettiva fi Triq il-Kbira bejn Triq Tas-Salib u Triq Sant’ Anna, u fi Triq Ġorġ Borg Olivier bejn Triq Sant’ Anna u Triq San Publiju. Għandu jinżamm kuntatt kontinwu mal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll ma’ Arriva Malta Ltd bil-għan li jiġi evitat is-sewqan ta’ karozzi tal-linja għat-telgħa fi Triq Ġorġ Borg Olivier, bil-ħsieb aħħari li tonqos il-konġestjoni u t-tniġġiż fl-imsemmija toroq); (c) li ssir mini-roundabout fi Triq Ġorġ Borg Olivier li tkun tippermetti aċċess għal Triq Triq Adenau mid-direzzjoni ta’ Triq il-Marfa u/jew minn Triq l-Erwieħ; (d) tiġi ntrodotta sistema one-way fi Triq Ġnien Ingraw, bejn Triq San Luqa u Triq il-Qalb Imqaddsa, fid-direzzjoni lejn tal-aħħar; (e) tiġi ntrodotta sistema one-way fi Triq il-Wied, bejn Triq Ġnien Ingraw u Triq Monsinjur Indri Fenech, fid-direzzjoni lejn tal-aħħar; (f) tiġi ntrodotta sistema one-way fi Triq Monsinjur Indri Fenech, bejn Triq il-Wied u Triq Ġnien Ingraw, fid-direzzjoni lejn tal-aħħar; (g) isir titjib fuq il- junction ta’ Triq il-Marfa k/m Triq l-Erwieħ bil-għan li t-traffiku tiela’ lejn il-Mellieħa, mid-direzzjoni tas-Sellum, jkun iggwidat lejn Triq l-Erwieħ, Triq is-Santwarju eċċ; u (h) jitwaħħlu tabelli u sinjali ta’ direzzjoni li jindikaw Misraħ il-Parroċċa bħala parkeġġ alternattiv għall-faċilitajiet eżistenti fi Triq Ġorġ Borg Olivier, Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II u fin-naħa ta’ fuq ta’ Triq il-Marfa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-mozzjoni (Dokument 3) kif ukoll kopja ta’ korrispondenza lil Transport Malta datata 12 ta’ Lulju 2011 dwar dan (Dokument 4). Min-naħa tar-residenti saru żewġ protesti ġudizzjarji datati 5 ta’ Mejju u 25 ta’ Mejju 2011, liema protesti ġudizzjajri qiegħed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra. (Dokumenti 5 u 6). Kontro Protesti saru mill-Kunsill Lokali Mellieħa u minn Transport Malta , liema kontro protesti qiegħed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra (Dokumenti 7 u 8), u ieħor mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Sar ukoll Kontro Protest ieħor li qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra (Dokumenti 9 u 10) minn numru ta’ residenti li talbu biex isimhom jiġi rtirat mill-Protest Ġudizzjarju li sar minn xi residenti u li semmejt qabel. Dawn ir-residenti, i.e. li talbu li isimhom jiġi rtirat, iddikjaraw li huma qatt ma riedu li l-firma tagħhom tintuża f`Protest Ġudizzjarju tal-Qorti. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel ukoll survey ikkummissjonat minn kumpanija privata fost ir-residenti tal-Mellieħa (404 familja) dwar x’jaħsbu huma fir-rigward tas-sitwazzjoni preżenti u dik li tista’ tittieħed marbuta mas-sistema one-way fi Triq Gorg Borg Olivier, il-Mellieħa. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja wkoll ta’ dan is- survey (Dokument 11).
Leg 11 PQ #28729 Sitting 400 2011-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett tal-White Rocks

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett sportiv tal-White Rocks? Jista' jgħid jekk hux se jsir jew le? Jekk iva, meta mistenni li jibda? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li se tingħata f’Mistoqsija Parlamentari nru.28730.