Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28947 Sitting 409 2011-11-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urban Improvement Fund — flus dovuti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom dovuti lejhom flus il-kunsilli lokali bl-iskema tal-Urban Improvement Fund mis-sena 2010 sal-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ammont dovut lejn il-Kunsilli Lokali bl-iskema tal-Urban Improvement Fund hu ta' €2,042,825.38 kif jidher mit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #28962 Sitting 409 2011-11-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Entitajiet tal-gvern — laqgħat u seminars

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid billi bosta entitajiet tal-gvern (inkluż dipartimenti, Segretarji Parlamentari u Ministeri) isejħu laqgħat, seminars u konferenzi għall-kunsilliera waqt il-ħin tal-uffiċċju, jista’ jgħid jekk hux iqis xi forma ta’ miżura speċjali għall-ħaddiema taċ-Ċivil biex dawn il-kunsilliera jkunu jistgħu jattendu għal dmirhom bla ma jitnaqqsilhom mill-vacation leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li skont il-Public Service Management Code, l-uffiċjali pubbliċi li jkunu eletti bħala kunsilliera lokali jistgħu jattendu għas-seduti uffiċjali tal-kunsill lokali tagħhom kif ukoll għal laqgħat ta’ informazzjoni organizzati mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali, mill-MEUSAC jew mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom, mingħajr ma jitnaqsilhom il-vacation leave tagħhom.
Leg 11 PQ #28770 Sitting 408 2011-11-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment għall-Gvern Lokali u Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali — administrative fee

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali dwar administrative fee li se tgħaddi lill-kunsilli lokali mir-Reġjuni bħala ħlas fuq l-ipproċessar ta' ħlasijiet ta' multi? Fiex tikkonsisti din l-administrative fee?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Memo 93/2011 maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali lill-Kumitati Reġjonali u lill-Kunsilli Lokali kollha, u li kopja tiegħu ntbgħatet lill-Onor. Interpellant nhar l-4 ta’ Ottubru 2011.
Leg 11 PQ #28771 Sitting 408 2011-11-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Applikazzjoni għall-proġett mill-Programm tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lokal b'lokal mis-sena 2010 sal-lum liema huma dawk il-kunsilli lokali li applikaw għal proġetti taħt wieħed mill-Programmi tal-Unjoni Ewropea? X'kien il-programm? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-description ta' dan il-programm, cioè x'jikkonsisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-programmi kollha tal-Unjoni Ewropea huma fid-dominju pubbliku u għaldaqstant nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jikseb din l-informazzjoni mis-sorzi tal-Unjoni Ewropea stess fosthom mis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea, li l-indirizz tiegħu qed jitpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #28772 Sitting 408 2011-11-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — self bankarju għall-implimentazzjoni ta' proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li daħlu f'xi forma ta' self bankarju għall-implimentazzjoni ta' proġett mill-Program tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi fl-2007, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla kien talab u ngħata awtorizzazzjoni biex jieħu self minn bank in konessjoni ma’ implimentazzjoni ta’ proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Bħalissa id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, fllimkien mal-Ministeru tal-Finanzi qed jevalwa appllikazzjoni għall-self mill-bank li hija ukoll konnessa ma’ implimentazzjoni ta’ proġetti tal-Unjoni Ewropea. Din l-applikazzjoni ġejja mill-Kunsilli Lokali ta’ Pembroke. Ta’ min isemmi ukoll illi l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qed titlob li tieħu overdraft biex hi ukoll tiffinanzja proġetti tal-Unjoni Ewropea. Dan l-overdraft qed jintalab biex jagħmel tajjeb sakemm jidħlu l-flus mill-Unjoni Ewropea. Din l-applikazzjoni qed tiġi kkkunsidrata mill-Ministeru tal-Finanzi
Leg 11 PQ #28773 Sitting 408 2011-11-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — servizz ta' konsulenza mis-settur privat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jieħdu s-servizz ta' konsulenza mis-settur privat biex jibbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti l-isem ta' kull konsulent f'kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant

White Rocks — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu s'issa l-konsulenti mqabbda mill-gvern għall-proġett propost tal-White Rocks? Min kienu l-konsulenti? Saret sejħa jew b'direct order? Kemm tħallsu flus s'issa f'konsulenza?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28730.

Sptar Mater Dei — appuntamenti li ma nżammux

Question

Jista' l-Ministru jgħid mix-xahar ta' Jannar 2011 sal-lum, xahar b' xahar kemm kienu dawk l-appuntamenti li ma ġewx miżmuma minn pazjenti individwali fl-Outpatient Department tal-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #28764 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — dejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kunsill lokali kemm għandu dejn sal-lum? Meta huwa previst li jitħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 102/2011 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #28765 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — commitment minn banek kummerċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kunsill lokali mis-sena 2009 sal-lum kemm daħħlu għall-commitment biex jissellfu flus minn banek kummerċjali? Kemm huwa l-loan? Għaliex ġie mitlub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi mill-2009 kien hemm żewġ Kunsilli illi daħlu għall-committment biex jissellfu flus minn banek kummerċjali. Dawn kienu: Il-Kunsill Lokali tal-Ħamru illi f’Jannar tal-2009 ġie awtorizzat jissellef is-somma ta’ € 1,128,152 biex jibni l-uffiċini amministrattivi tiegħu kif ukoll parkeġġ taħt l-art, ġnien pubbliku u playground ; u Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi illi f’April 2011 ġie awtorizzat jissellef is-somma ta’ € 56,000 biex jixtri garaxx biex ikompli jestendi l-uffiċini amministrattivi tiegħu.
Leg 11 PQ #28766 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — flus miċ-ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fis-sena 2009, 2010 u 2011 sal-lum, kemm daħħal kull kunsill lokali minn flus ġejjin miċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-wardens?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal PQ W294 fir-rigward tal-informazzjoni li talba għas-snin 2001 u 2011. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi il-bilanċ jew l-iżbilanċ li kull Kunsill Lokali baqgħalu mis-sistema tal-infurzar lokali għas-sena 2009.
Leg 11 PQ #28767 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — rċevuti fiskali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-persuni/ditti li ma ħarġux irċevuta mill-kunsill lokali fis-sena 2011 u mhumiex reġistrati taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud jiġifieri mhumiex obbligati li joħorġu rċevuti fiskali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija peress li l-Mistoqsija Parlamentari mhux tinftiehem. Ikun tajjeb jekk l-Onor. Interpellant jiċċara jekk hux qed jirreferi għal irċevuti “mill-Kunsill Lokali” jew inkella riedx jgħid “lill-Kunsill Lokali”.
Leg 11 PQ #28768 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat reġjonali — proġetti għall-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kumitati reġjonali li proponew u mistennija jimplimentaw proġetti għall-ambjent u stil ta' ħajja aħjar liċ-ċittadini fil-lokalitajiet? X'jikkonsisti kull proġett? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument ta' dan il-proġett? Kemm se jiġi jiswa kull proġett? Kemm ħareġ fi flus il-Gvern Ċentrali? Meta mistenni jibda kull proġett? Meta mistenni jintemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern Ċentrali f’Awwissu 2011 ħareġ skema li kienet miftuħa għall-ħames Kumitati Reġjonali u li gġalqet fis-16 ta’ Settembru. Din l-iskema toffri massimu ta’ fondi ta’ €50,000 lil kull Kumitat Reġjonali. Erba’ Kumitati Reġjonali, dawk tan-Nofsinhar, tax-Xlokk, Ċentrali u ta’ Għawdex, tefgħu l-applikazzjoni tagħhom. Bħalissa l-applikazzjonijiet qegħdin fil-fażi ta’ evalwazzjoni u r-riżultat jinħareġ hekk kif jintemm dan il-proċess.
Leg 11 PQ #28769 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ċitazzjonijiet mogħtija mill-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li ma kenux qed jaċċettaw ħlas għal ċitazzjonijiet mogħtija mill-gwardjani lokali? X'passi ttieħdu kontra dawk il-kunsilli lokali li ma għamlux hekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultali li kien ebda Kunsill Lokali li ma kienx qed jaċċetta ħlas għal ċitazzjonijiet mogħtija mill-gwardjani lokali. Jekk l-Onor. Interpellant hu konxju ta’ xi każ partikolari jkun tajjeb li jgħaddili d-dettalji kollha sabiex ngħaddiehom lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali għall-istħarriġ tiegħu.

Ġbir ta' skart separat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux isir moniteraġġ li fil-jum tal-ġbir tas-separazzjoni tal-iskart mid-djar, fil-lokalitajiet ta' pajjiżna, hux qed jinġabru fl-istess trakk ma' skart imħallat? Min qed jagħmel dan il-moniteraġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ġbir ta’ skar separat isir minn skemi awtorizzati mill-MEPA wara li jkunu saru arranġamenti mill-kunsill lokali rispettiv. B’hekk ir-responsabbiltà hi ta’ l-iSkemi u kunsilli lokali rispettivi minn fejn qed isir il-ġbir. Ta’ min jgħid li ma’ jghamilx sens li l-iskart jithallat meta l-prezz tal-iskart imħallat hu ta’ €20 kull tunnellata filwaqt li l-iskart separat iqum €0.50 kull tunnellata. Minkejja dan, il-Ministeru jaghmel inspection sporadici u f’każ ta’ nuqqas sew il-kunsill lokali u sew l-iskemi jiġu notifikati.

Toroq li qatt ma saru

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull lokal liema huma t-toroq li qatt ma saru? Meta mistennija ssir kull triq mill-gvern ċentrali?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri: 19277 u 24717, infakkar li t-toroq residenzjali dejjem kienu żviluppati skont l-iżvilupp li jsir fil-bini. Jien infurmat ukoll li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta' toroq oħra li qatt ma nbnew sabiex ikunu jistgħu jidħlu fi pjan ġdid għal wara li jitlestew il-202 triq residenzjali li jridu jitlestew sal-2012.
Leg 11 PQ #28760 Sitting 406 2011-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — toroq li għad iridu jsiru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-toroq f'kull lokal, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali, li mistennija jsiru u jitlestew din is-sena? Liema huma t-toroq f'kull lokalità li mistennija jsiru s-sena dieħla 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra

Transport Malta — toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod Transport Malta investiet bis-sħiħ fit-toroq residenzjali f'kull lokal din is-sena? Kemm ħarġet fi flus Trasport Malta f'toroq residenzjali f'kull lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta investiet bis-sħiħ fit-toroq residenzjali matul din-sena bi programm intensiv ta' bini mill-ġdid ta' dawn l-imsemmija toroq u fejn Transport Malta s'issa nvestiet b'valur ta' Euro 8,404,578.96 f’dawn it-toroq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra , il-fondi li ġew allokati għal kull lokalità.
Leg 11 PQ #28762 Sitting 406 2011-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Toroq residenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2010 sal-lum kemm u liema huma t-toroq residenzjali li saru f'kull lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 99/2011 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #28763 Sitting 406 2011-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — flus f'servizzi infrastrutturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2010 sal-lum, kemm ħareġ kull kunsill lokali fi flus f'servizzi infrastrutturali fit-toroq residenzjali li kellhom jerġgħu jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward ta’ kunsilli lokali li ma ppreżentawx l-informazzjoni d-dipartiment ikkonċernat se jkun qed jieħu l-passi neċessarji fil-konfront tagħhom.